Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #26281 Sitting 550 2001-06-12 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru ta' l-Intern

Ċittadinanza — Applikazzjoni

Question

Jista' l-Prim Ministru jinvestiga fiex waslet l-applikazzjoni għaċ-ċittadinanza Ref. No. CEA/NAT/471/98 l-aktar billi l-applikanta ilha żmien li issottomettiet il-karti mitluba?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-applikazzjoni li qed jirreferi għaliha l-Onor. Interpellant għadha qed tiġi pproċessata.
Leg 9 PQ #26306 Sitting 550 2001-06-12 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Intern

Kuntratt

Question

Jista' l-Ministru ġentilment jara li jsir il-progress meħtieġ u cioe' l-kuntratt li hemm pendenti tal-każ li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament? Jekk fl-affermattiv, meta?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi peress li l-proprjeta` in kwistjoni ma hix inkluża fl-Annex 8 tal-Ftehim ta` l-1991 bejn il-Gvern Malti u s-Santa Sede, għaddej proċess biex din tiġi nkluża. Il-kuntratt jkun jista` jsir hekk kif jintemm dan il-proċess.
Leg 9 PQ #26270 Sitting 549 2001-06-11 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Intern

PA — Barrakka ta' Fuq - Latrina

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'passi ħadet l-awtorita' ta' l-ippjanar biex tara li l-latrina pubblika li nbniet fil-barrakka ta' fuq tkun aktar adattata milli fil-fatt inbniet u issa qed tħassar parti sħiħa minn dan il-post storiku?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-latrina pubblika li qed jirreferi għaliha l-Onor. Interpellant hija koperta bil-permessi ta` żvilupp meħtieġa mill-Awtorita` ta` l-Ippjanar. Din tifforma parti mill-kumpless tal-proġett ta` l-'Stock Exchange' il-ġdida u li qed issir bil-permess PA 4863/98 maħruġ fis-27 ta` Mejju 1999. Il-bini tal-latrina qed jirrispetta dak li ġie approvat mid-DCC u dan wara d-diversi konsultazzjonijiet li saru ma` dawk konċernati f`dan il-qasam waqt il-proċess ta` l-applikazzjoni relattiva.
Leg 9 PQ #26301 Sitting 549 2001-06-11 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru ta' l-Intern

PA — Attard - Permess

Question

Jista' l-Ministru jispjega r-risposta għal mistoqsija parlamentari nru. 26123 li tirrigwarda żvilupp fi Triq il-Gradilja, c/w Triq il-Pitkali, Attard cioe' fejn ingħata permess għal żvilupp ta' orchard ġie permess li titneħħa l-ħamrija u l-art tingħata l-konkos sempliċement bl-iskuża li d-dipartiment ta' l-agrikoltura taw il-permess għal din it-tneħħija ta' din il-ħamrija? Ma jidhirlux li tneħħija tal-ħamrija hu ksur tal-kondizzjonijiet tal-permess biex isir orchard?

Response (BORG, TONIO)

B`referenza għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 26301 qiegħed jiġi preċiżat illi l-iżvilupp tal-permess ta` l-imsemmija orchard ġie maħruġ fil-25 ta` April 2000 b`referenza PA 6998/97. Dan il-permess kien jikkonsisti "Orchard, height increase of boundary wall together with an underground reservoir". Inħareġ permess ukoll mill-Ministeru ta` l-Agrikoltura fil-20 ta` Frar 2001 (kopja annessa) biex tiġi skavata ħamrija eżistenti minn taħt ir-reservoir. Irriżulta wkoll li sar ksur tal-permess ta` l-Awtorita` billi twaqqgħet kamra eżistenti u nbniet oħra ikbar flokha, kif ukoll wieħed mill-ħitan tal-madwar (fuq in-naħa tal-lemin tat-triq) inbena filata għola minn kif approvat. Għaldaqstant inħareġ Avviż biex Tieqaf u ta` Twettieq b`referenza ECF 95/01 fil-31 ta` Jannar 2001 u l-passi neċessarji qegħdin jittieħdu kif spjegat fir-risposta preċedenti għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 25716. Ta` min jinnota li nħareġ Outline Permit b`referenza PA 3710/95 fit-13 ta` Novembru 2000, bil-proposta għall-żvilupp ta` "Cold storage, packing facility for local and imported fruit produce". Hemm ukoll applikazzjoni pendenti PA 2741/01 "Proposed sanctioning of room as enlarged".
Leg 9 PQ #26308 Sitting 549 2001-06-11 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru ta' l-Intern

Dual Citizenship — Passaporti

Question

B'riferenza għal mistoqsija parlamentari nru. 26245, jista' l-Ministru jgħid kemm ħarġu passaporti li ntalbu għax riedu ċittadinanza doppja? Ta' liema nazzjonalita' kienu dawk il-persuni li talbuhom?

Response (BORG, TONIO)

Kif diġa` infurmajt lill-Onor. Interpellanti fit-tweġiba tiegħi għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 26245, tajt istruzzjonjiet sabiex tinġabar iċ-ċifra ta` kemm ħarġu passaporti simili. Din l-informazzjoni għad trid tinġabar mill-Ambaxxati tagħna barra minn Malta u għalhekk tweġiba tingħata f`xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #26357 Sitting 549 2001-06-11 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru ta' l-Intern

PA — Ħanut - Permess

Question

Jista' l-Ministru jara li jinħareġ il-permess ta' ħanut li l-partikolaritajiet tiegħu qed jintbagħtu separatament peress li l-individwu dejjem iċempel biex jara fiex wasal il-każ imma jibqa' bla risposta?

Response (BORG, TONIO)

Jiena bħala Ministru ma għandi l-ebda poter li ngħid lill-Awtorita` ta` l-Ippjanar x`għandha tagħmel. Ninsab infurmat iżda, li l-applikazzjoni qiegħda fi stadju finali għal deċiżjoni.
Leg 9 PQ #25477 Sitting 548 2001-06-06 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern

Użu Ħażin tat-Telephone

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu irrapurati każi ta' abbuż jew użu ħażin tat-telephone lil-pulizija is-sena l-oħra? Kemm ġew solvuti każi ta' dan it-tip?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi matul is-sena l-Pulizija kellha 12,000 rapport ta` telefonati anonimi, filwaqt li ġew rintraċċati 51.
Leg 9 PQ #25534 Sitting 548 2001-06-06 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Intern

Villa Cassar Torregiani

Question

Jista' l-Ministru jgħid sa x'ħin huwa permess li jsir xogħol fuq Villa Cassar Torregiani f' San Ġiljan mill-kuntratturi kif stipulat fil-permess? Jikkonferma l-Ministru li x-xogħol qiegħed idum sa' tard bil-lejl, anki sal-10.00 ta' filgħaxija u li minkejja li saru rapporti lill-pulizija dwar dan ma ittieħdu l-ebda passi? Jista' jgħid x'passi serji, immedjati u konkreti ser jittieħdu biex dan l-abbuż li qed joħloq inkonvenjent kbir għar-residenti fl-inħawi ma' jibqax jiġi ripetut?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi Kundizzjoni Nru. 12 tal-permess relevanti maħruġ mill-Awtorita` ta` l-Ippjanar tindika li "All plant, machinery and any other equipment which is audible at the application boundaries, shall only be operated within the application site between 0700 and 1900 hours on Mondays to Fridays, between 0700 and 1700 hours on Saturdays, and at no time on Sundays or public holidays." Rigward ix-xogħlijiet li qed isiru tard bil-lejl, l-Awtorita` irċeviet żewġ rapporti kemm ilu jsir l-iżvilupp. L-Awtorita` irċeviet l-ewwel rapport f`Diċembru 2000 u meta ġie nvestigat irriżulta li l-kuntrattur qabeż il-ħin minħabba xogħol ta` emerġenza. It-tieni rapport, l-Awtorita` irċevietu f`April 2001. Irriżulta li l-kuntrattur qabeż il-limitu minħabba ħsara fil-crane u kien neċessarju li jqegħdu tnax-il jarda kubu ta` konkrit. Il-kuntrattur ġie mwissi mill-istess uffiċjali ta` l-Awtorita` biex ma jerġax jaqbeż il-ħin skond kif hemm fil-permess u ġew notifikati l-Pulizija. Ninsab infurmat ukoll illi l-Pulizija ma kelliex ilmenti dwar xogħol tard bil-lejl fil-post imsemmi. Infurmat ukoll illi meta l-Pulizija jkollha lmenti mill-ġirien, il-Pulizija tipproċedi skond il-liġi.
Leg 9 PQ #26073 Sitting 548 2001-06-06 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru ta' l-Intern

Parking ta' Containers

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'qiegħed isir biex fl-areas residenzjali iżda li huma semi-industrijali, r-residenti ma jiġux esposti għal ċerti riskji bla bżonn bħal ma per eżempju jista' jsir b'parking ta' containers u vetturi kbar wara 'l bieb tagħhom jew taħt il-galleriji tagħhom?

Response (BORG, TONIO)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 7672.
Leg 9 PQ #25258 Sitting 547 2001-06-05 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern

Barranin Residenti Malta

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn barranin residenti Malta illum? Kemm minn dawn huma mill-pajjiżi membri ta' l-U.E. u kemm minn dawk applikanti?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #26070 Sitting 547 2001-06-05 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta l-pulizija se tneħħi l-van żdingat li tħalla f'Tal Ħlas Road, Ħal Qormi u li qed isiru abbużi fih?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-vettura msemmija mill-Onorevoli Interpellant tneħħiet.
Leg 9 PQ #26071 Sitting 547 2001-06-05 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru ta' l-Intern

9th Scheme

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm fadal persuni li huma fuq in-9th Scheme li kienet ħarġet fl-1988, jiġifieri dawk li huma meqjusa bħala is-second tenants ta' plots mogħtija mill-Gvern?

Response (BORG, TONIO)

L-Onorevoli Interpellant huwa mitlub li jressaq id-domanda tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Leg 9 PQ #26169 Sitting 547 2001-06-05 Oral · Final From: JEAN PIERRE FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Intern

Korp tal-Pulizija

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li ex-pulizija jerġgħu jiġu recruited fil-Korp tal-Pulizija?

Response (BORG, TONIO)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-Tweġibiet li jien tajt għall-Mistoqsijiet Parlamentari Nru. 25986 u Nru. 26021.
Leg 9 PQ #26216 Sitting 547 2001-06-05 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru ta' l-Intern

PA

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'kienet ir-raġuni li l-Awtorita' ta' l-Ippjanar reġgħet ħarġet is-sejħa għall-ingaġġ ta' Operations Manager? Kemm-il persuna applikaw għall-ewwel sejħa?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-Awtorita` ta’ l-Ippjanar reġgħet ħarġet is-sejħa għall-ingaġġ ta’ Operations Manager minħabba li ma nstabux kandidati li, fl-opinjoni tal-Bord ta’ l-Għażla, kienu jissodisfaw il-bżonnijiet ta’ l-Organizazzjoni. In-numru ta’ applikanti li jinkludi kemm dawk eliġibbli kif ukoll dawk mhux eliġibbli kien ta’ disa’ (9).
Leg 9 PQ #26219 Sitting 547 2001-06-05 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru ta' l-Intern

Plant Yard

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma jekk il-plant yard (Godwin's Garage) li hemm fl-inħawi tal-Vibes , f'Tal Balal, hijiex koperta bil-permessi meħtieġa ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar u tal-Pulizija?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi rigward il-plant yard li hemm fl-inħawi tal-Vibes, jirriżulta li l-Awtorita` ta’ l-Ippjanar ħarġet Avviż biex Tieqaf u ta’ Twettieq b’referenza ECF2/00 fit-3 ta’ Jannar, 2000. Dan l-Avviż inħareġ talli nbena boundary wall u talli sar bdil ta’ użu ta’ l-art għall-ipparkjar ta’ vetturi kummerċjali mingħajr permess. Ta’ min jinnota li saret applikazzjoni għal żvilupp b’referenza PA1806/00 għall-bdil ta’ użu ta’ l-art u bini ta’ boundary wall. Din l-applikazzjoni ġiet rifjutata mill-Kummissjoni għall-Kontroll ta’ l-Iżvilupp fil-11 ta’ Diċembru, 2000, iżda l-applikant għazel li jitlob rikonsiderazzjoni tad-deċizjoni, liema talba qed tistenna li tiġi diskussa mill-istess Kummissjoni. Ninsab infurmat ukoll illi m’hemmx liċenzja tal-Pulizija fuq il-post imsemmi.
Leg 9 PQ #26223 Sitting 547 2001-06-05 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru ta' l-Intern

Open Air Parties

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn individwi li applikaw għal-open air parties fil-perjodu tas-sajf (1) Kemm ħarġu permessi (2) Kemm ma ħarġux?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi s`issa l-Pulizija għad ma kelliex talbiet sabiex isiru open air parties matul is-sajf li ġej.
Leg 9 PQ #26245 Sitting 547 2001-06-05 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru ta' l-Intern

Dual Citizenship

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu in-numru ta' dawk il-Maltin li joqgħodu barra min Malta, li applikaw biex jieħdu d-dual citizenship minn mindu daħlet fis-seħħ il-liġi sal-lum l-aħħar ta' Mejju? Mill-liema pajjiż ġejjin, u x'inhuma l-eta' ta' dawk li applikaw?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li fil-każ taċ-ċittadinanza doppja, ir-rwol tad-Dipartiment taċ-Ċittadinanza huwa li min jagħmillu talba biex jiġi kkonfermat lilu jekk għandux dritt iżomm żewġ ċittadinanzi, id-Dipartiment joħroġ konferma bil-miktub jekk dan ikun il-każ. Ma tinżammx statistika ta` fejn joqogħdu dawk li jagħmlu talbiet simili kif qed titlob l-Onor. Membru. Fejn għandhom x`jaqsmu l-Maltin li jgħixu barra minn Malta, minħabba n-numru kbir involut, li qed jiġri huwa li fil-każ tal-persuni li jikkwalifikaw biex iżommu żewġ ċittadinanzi, l-Ambaxxata Maltija, jew il-Kummissjoni Għolja jew il-Konsolat fejn issir talba, jekk jikkonfermaw li dik il-persuna veru tikkwalifika biex ikollha żewġ ċittadinanzi, joħorġulha passaport Malti. Tajt istruzzjonijiet sabiex tinġabar iċ-ċifra ta` kemm ħarġu passaporti simili.
Leg 9 PQ #25385 Sitting 546 2001-06-04 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Intern

Trasferimenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid separatament kemm ingħataw trasferimenti mill-11 ta' Settembru 2000 sal-lum lill-ħaddiema tal-Ministeru u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista' jgħati r-raġuni għaliex saru dawn it-trasferimenti, każ b'każ?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi 'transfers' minn dipartimenti/entitajiet li jaqgħtu taħt id-dekasteru ta` l-Intern għal dipartimenti/entitajiet fl-istess dekasteru mill-11 ta` Settembru 2000 sa llum jammonta għal 184. Ir-raġunijiet għal dawn it-'transfers' kienu kif ġej:- 2 fuq talba ta` l-impjegat stess 182 minħabba esiġenzi tas-servizz Tagħrif dwar 'transfers' fis-Servizz Pubbliku approvati mill-Management and Personnel Office matul l-istess perijodu jingħata mill-Prim Ministru.
Leg 9 PQ #25964 Sitting 546 2001-06-04 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru ta' l-Intern

Joint Office

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma jekk hijiex mistennija toħroġ skema ġdida dwar ċnus tal-joint office?

Response (BORG, TONIO)

Il-Ministeru flimkien ma` l-Uffiċċju Konġunt qiegħed jeżamina l-proposti li għamlet il-kummissjoni mwaqqfa biex tipproponi skemi ġodda għal fidi ta` ċens li kienu tal-Knisja.
Leg 9 PQ #26060 Sitting 546 2001-06-04 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru ta' l-Intern

Parking

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'qiegħed isir biex jiġi kkontrollat il-parking ta' vetturi kbar fl-areas semi industrijali ma jkunux ta' periklu għar-residenti fit-toroq ta' dawn l-areas?

Response (BORG, TONIO)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellanti tirreferi din il-Mistoqsija lill-Ministru responsabbli mit-Traffic Control Board.