Legislature:
Category:
Reset
Active:

Kunsill ta' l-għalliema

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 22667, jista' l-Ministru jgħid meta se jintgħażlu l-persuni li jiffurmaw il-kunsill ta' l-għalliema? Jista' jgħid ukoll x'se jiġri mit-13-il każ pendenti ħalli ma jdumux aktar jistennew?

Response (GALEA, LOUIS)

Qed jittieħdu passi biex l-organizazzjonijiet stabbiliti fil-liġi jinnominaw ir-rappreżentanti tagħhom fuq il-kunsill. Dwar il-każi pendenti qed tiġi verifikata l-pożizzjoni ta' kull każ.

Għalliema

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 23145, jista' l-Ministru jgħid jekk it-totali msemmija humiex biss għal teachers jew inkella hemm inklużi persuni oħra li qed igħallmu? F'kull każ, jista' jgħid kemm hemm persuni oħra li qed igħallmu u x'inhi n-nomenklatura tagħhom?

Response (GALEA, LOUIS)

Ninsab informat li fit-terminoloġija 'teachers' hemm inkluzi l-'instructors'.

Facilitators

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm facilitators impjegati mal-gvern? Kemm minnhom għandhom id-diploma u kemm minnhom huma full-time jew casuals?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li llum hemm 1,127 Learning Support Assistant (Facilitators) jieħdu ħsieb studenti bi bżonnijiet speċjali fi skejjel ta' l-Istat. Dawn jitqassmu hekk : Facilitators 290 K.A. (Special Education) 101 K.A. 52 Total Full-Time 443 P.T. (Special Education) 4 Supply K.A. (Special Education) 680 Total Casuals 684 290 għandhom id-Diploma.

Skejjel tal-Knisja — Għalliema

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hu l-għadd ta' għalliema fl-iskejjel tal-Knisja li l-pagi tagħhom jiġu mħallsa mill-gvern skond il-ftehim li kien sar mas-Santa Sede u kemm hu l-ammont globali ta' dawn is-salarji għas-sena 2006?

Response (GALEA, LOUIS)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.

Skejjel ġodda

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm applikazzjonijiet għal ftuħ ta' skejjel ġodda minn Kindergarten sas-Sixth Form? F'kull każ, min hu l-applikant? F'liema lokalita' hemm il-ħsieb li jinfetħu? Kemm-il student se jiddaħlu?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li hemm applikazzjoni waħda biss għal ftuħ ta'skola ġdida. L-applikant huwa is-Sur Joe Farruġia. Il-lokalita' ppjanta hija l-Kappara u ser tilqa' 25 student.

Ftuħ ta' skejjel ta' l-Ingliż

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm applikazzjonijiet pendenti għal ftuħ ta' skejjel li jgħallmu l-Ingliż lil barranin? Min applika? F'liema lokalita'?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li ma hemm l-ebda applikazzjoni pendenti għal ftuħ ta' xi skola għat-Tagħlim ta' l-Ingliz lill-Barranin.

Skejjel

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm saru spezzjonijiet fl-2005 minn uffiċjali tad-diviżjoni ta' l-edukazzjoni biex ikun żgurat li l-iskejjel għandhom il-faċilitajiet li titlob il-liġi bħalma huma biżżejjed spazju għar-rikreazzjoni, numru ta' toilets u li ma jkunx hemm aktar minn numru previst ta' studenti f'kull klassi?

Response (GALEA, LOUIS)

L-uffiċjali tad-Dipartiment ta' l-Operat izuru l-iskejjel skond il-ħtieġa, imma mill-anqas darbtejn kull sena. Informat ukoll li fl-2005 saru 27 zjara mill-uffiċjali tad-Divizjoni ta' l-Edukazzjoni fl-iskejjel mhux statali.

Eżamjijiet tal-MATSEC

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm applikaw studenti biex joqogħdu għall-eżamijiet tal-MATSEC li se jsiru fi ftit xhur oħra? Kemm hemm subien u kemm bniet? Kemm huma mill-iskejjel ta' l-istat, tal-Knisja u dawk indipendenti?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-informazzjoni mitluba dwar studenti li applikaw biex joqgħodu għall-eżami taċ-Ċertifikat tal-Matrikola għadha qed tkun ipproċessata. Informazzjoni tingħata iktar 'l quddiem.

Eżamijiet tas-SEC

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm studenti li applikaw biex joqogħdu għall-eżamijiet tas-SEC li se jsiru fi ftit xhur oħra? Kemm huma subien u kemm bniet? Kemm ġejjin mill-iskejjel ta' l-istat, tal-Knisja u dawk indipendenti?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li n-numru ta' studenti li applikaw biex joqgħodu għall-eżamijiet tas-SEC f'Mejju 2007 huwa 7,906, li minnhom 3,594 huma subien u 4,312 huma bniet. Informat ukoll hekk : Tip ta' Skola Numru ta' Studenti Statali 2,753 Tal-Knisja 1,543 Indipendenti 422 Post-sekondarji 924 Studenti privati 2,264.