Kappara Junction – tibdil fis-sistema tat-traffiku f’San Ġiljan
Question
Jista' l-Ministru, f'dan l-istadju, jgħid fejn se jsiru aktar tibdiliet fis-sistema tat-traffiku fiż-żona ta’ San Ġiljan b'rabta mal-proġett tal-Kappara Junction? Jista’ jagħti d-dettalji ta' dawn il-bidliet? Meta se jidħlu fis-seħħ? Dawn il-bidliet se jkunu temporanji jew permanenti? Kemm se jiswew ix-xogħlijiet fuq tali ħidmiet?
Response (MIZZI, JOE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant tirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari numru 26285.
Jista' l-Ministru jgħid jekk Transport Malta għandhiex diġà, jew għandhiex il-ħsieb li tixtri clamping devices biex tkun tista’ tikklampja karozzi li ma jkunux ipparkjati sew? Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif jekk illum Transport Malta għandhiex spazji fejn tpoġġi karozzi li jinġabru? Fejn jinsabu dawn l-ispazji?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Transport Malta qiegħda fil-proċess biex takkwista clamping devices kif ukoll qiegħda taġġorna avviż legali sabiex l-uffiċjali tal-infurzar ikunu jistgħu jagħmlu dan l-eżerċizzju tant bżonnjuż.
L-Awtorita’ qiegħda fil-mument tuża s-sit tagħha f'Pembroke sabiex iżżomm vetturi li jkunu ġew maqbuda filwaqt li nħarġet ukoll sejħa għall-offerti biex takkwista sit magħluq li jkun sorveljat anke minn CCTV.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il kilometru ta' tarmak sar f'toroq fil-Mellieħa, in-Naxxar u San Pawl il-Baħar b'mod separat minn Transport Malta bejn Jannar 2014 u Mejju 2016?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid meta mistenni jibda x-xogħol fuq Taraġ il-Landieri fil-Mellieħa, liema xogħol jaqa' taħt ir-responsabiltà ta' Transport Malta tant li anke fl-2012 uffiċjali tal-istess awtorità kienu għamlu spezzjoni fuq il-post? Jaf il-Ministru li bin-nuqqas ta' dan it-taraġ qed jikkawża inkonvenjent għal numru ta' residenti li jgħixu fil-madwar?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Triq Taraġ il-Landiera tinstab fuq il-lista ta’ toroq residenzjali li għandhom jingħataw wiċċ minn Transport Malta ġaladarba jkunu ffurmati mill-iżviluppaturi jew residenti, skont l-obbligi tagħhom. Ix-xogħlijiet fuq din it-triq isiru skont il-prioritajiet nazzjonali, fondi pubbliċi u l-proċess tal-akwist.
Transport Malta — clearances/permessi/go aheads/no objections - estensjonijiet ta' bankini
Question
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk Transport Malta hux qed tagħti clearance/permessi/go ahead, no objection, jew xi forma oħra ta' indikazzjoni li l-istess Transport Malta mhix kontra li jsiru estensjonijiet tal-bankini biex fuqhom ikunu jistgħu jitqiegħdu siġġijiet u mwejjed, u dan skont xi policy li għandha l-istess Transport Malta? Jista' jagħti tagħrif dwar jekk fil-fatt Transport Malta biddlitx il-policy li kienet qed tapplika, f'każijiet bħal dawn? Jista' jagħti tagħrif dwar jekk fil-fatt Transport Malta hux qed tagħti dawn il-konċessjonijiet mingħajr ma tikkonsulta mal-kunsilli lokali rispettivi? Jista' jagħti tagħrif dwar kemm kien hemm tali konċessjonijiet li ħarġu, lokalità b'lokalità, f'San Pawl il-Baħar, Mellieħa u Naxxar rispettivament, matul l-aħħar 12-il xahar, u wara li nbidlet il-policy dwar dan is-suġġett, jekk fil-fatt il-policy inbidlet? F'liema toroq jinsabu, f'kull każ fejn Transport Malta ma sabitx oġġezzjoni għal tali estensjonijiet?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Transport Malta ma toħroġx permessi għal talbiet ta’ mwejjed u siġġijiet. Tranport Malta toħroġ biss no objection għal dawn it-talbiet b’mod uffiċjali fuq is-sistema tal-Eapps tal-Planning Authority. Transport Malta tieħu id- deċiżjonijiet tagħha skont shared policy li ġiet mħabbra fil-media fit-13 ta’ Ġunju 2016 u timxi strettament mal-istess policy fejn jidħlu konsulenzi esterni. Għaldaqstant, għall-aħħar parti ta’ din il-mistoqsija, fejn qed jiġi mitlub kemm attwalment hawn permessi ta’ estensjonijiet ta’ mwejjed u siġġijiet u platforms, nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex jirreferi din il-parti tal-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
San Ġwann – residenti – informazzjoni dwar bdil fis-sistema tat-traffiku
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk ir-residenti tat-toroq li ntlaqtu direttament bil-bidliet fis-sistemi tat-traffiku li saru fi tmiem il-ġimgħa f'San Ġwann, kenux ġew infurmati b’dawn il-bidliet? Meta ġew infurmati u kif ġew infurmati? Jekk le, meta se jkunu infurmati bil-bidliet li saru u bl-impatt tal-bidliet? Jista' jgħid jekk jemminx li tal-anqas għandha ssir laqgħa ma' dawn ir-residenti biex jekk il-Gvern ma jemminx f'konsultazzjoni fuq tali bidliet, tal-anqas jikkomuniku u jispjega lir-residenti x'qed isir, l-impatt tax-xogħol u x'mistennija jkunu r-riżultati?
Response (MIZZI, JOE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant tirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari numru 26285.
San Ġwann – użu ta’ toroq residenzjali għad-devjazzjonijiet
Question
Jista' l-Ministru jgħid għalfejn il-Gvern u Transport Malta qed jagħżlu li jużaw toroq residenzjali biex jiddevjaw minnhom it-traffiku li s-soltu jgħaddi minn toroq arterjali bħalma ġara ftit tal-ġimgħat ilu f'Ta' Xbiex u issa qed jiġri l-istess f'San Ġwann?
Response (MIZZI, JOE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant tirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari numru 26285.
San Ġwann – impatt fuq il-kummerċ u l-komunità kummerċjali
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk sarx studju dwar l-impatt fuq il-kummerċ u l-komunità kummerċjali f'San Ġwann bil-bidliet li saru fis-sistema tat-traffiku?
Response (MIZZI, JOE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant tirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari numru 26285.
San Ġwann – konsultazzjoni mal-operaturi kummerċjali
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk saritx xi forma ta' konsultazzjoni jew tal-anqas ingħatat xi informazzjoni lill-operaturi kummerċjali f'San Ġwann dwar l-impatt tal-bidliet li sar fis-sistema tat-traffiku jew tal-anqas informazzjoni bażika ta' kif dawn il-bidliet se jseħħu biex ikunu informati huma u min-naħa tagħhom jagħrfu jinfurmaw u jiggwidaw lill-klijenti tagħhom?
Response (MIZZI, JOE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant tirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari numru 26285.
Ta’ Xbiex – rotot tat-trasport pubbliku affettwati bit-tibdil tat-traffiku
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk bil-bidliet fis-sistema tat-traffiku f'Ta' Xbiex kenux affettwati xi rotot tat-trasport pubbliku? Liema kienu dawn ir-rotot u kif kienu affettwati?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li bit-tibdil temporanju li sar fis-sistema tat-traffiku f’Ta’ Xbiex ġiet affettwata r-rotta 15 direzzjoni lejn tas-Sliema. Infurmat ukoll li din ir-rotta minflok qed tgħaddi minn Triq ix-Xatt Ta’ Xbiex issa qed tgħaddi minn Triq Abate Rigord. Dan it-tibdil sar wara konsultazzjoni, fosthom mal-Kunsill Lokali.
Kappara Junction – tibdil fis-sistemi tat-traffiku fiż-żona ta’ Ħal Għargħur
Question
Jista' l-Ministru, f'dan l-istadju jgħid fejn se jsiru aktar tibdiliet fis-sistema tat-traffiku fiż-żona ta' Ħal Għargħur b'rabta mal-proġett tal-Kappara Junction? Jista’ jagħti d-dettalji ta' dawn il-bidliet? Meta se jidħlu fis-seħħ? Dawn il-bidliet se jkunu temporanji jew permanenti? Kemm se jiswew ix-xogħlijiet fuq tali ħidmiet?
Response (MIZZI, JOE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant tirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari numru 26285.
Jista’ l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex ix-xogħol li fadal isir fit-telgħa tal-Wardija, limiti ta’ San Pawl il-Baħar, jitkompla, għaliex minkejja li tneħħa parti mill-periklu, xorta għad fadal bosta diffikultajiet għal dawk li jgħaddu minn dawn l-inħawi? Meta hu mistenni li jitlesta x-xogħol indikat?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Transport Malta qiegħda fil-preparazzjoni biex tlesti l-parti tat-triq li ntervjeniet fuqha. Nfakkar lill-Onor. Interpellant li din it-triq taqa’ taħt ir-responsabbilità tal-Kunsill Lokali.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema toroq fil-kampanja (f'żoni rurali) saru mill-Ministeru (permezz ta' Transport Malta), matul l-aħħar tnax-il xahar? Kemm swew dawn it-toroq, lokalità lokalità?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-lista ta’ toroq rurali li tlestew minn Transport Malta f’dawn l-aħħar tnax- il xahar qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Il-Mellieħa – Triq il-Qortin – xogħlijiet ta’ tarmak
Question
Jista' l-Ministru jgħid meta mistenni jibda x-xogħol ta’ għoti tat-tarmak fi Triq il-Qortin fil-Mellieħa liema xogħol kien tpoġġa fost it-toroq li kellhom jingħataw prijorità mill-amministrazzjoni preċedenti tant li fl-2012 kien diġà nbeda l-proċess għat-tenders?
Il-Mellieħa – Triq Għar u Casa – xogħlijiet ta’ bini mill-ġdid
Question
Jista' l-Ministru jgħid meta mistenni jinbeda x-xogħol ta’ bini mill-ġdid u ta’ għoti tat-tarmak fi Triq Għar u Casa fil-Mellieħa, liema triq kienet diġà tpoġġiet fuq il-lista tat-toroq prijorità li kienet ħarġet Transport Malta fl-2012?
Response (MIZZI, JOE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari numru 21209.
Il-Mellieħa – Triq Louis Wettinger u Triq ta’ Masrija — inkonvenjent
Question
Jista' l-Ministru jara li jiġi rimedjat imqar temporanjament l-inkonvenjent li qed isofru minnu numru ta' residenti li jgħixu fi trejqa (mingħajr isem) li tinsab bejn Triq Louis Wettinger u Triq ta' Masrija fil-Mellieħa billi jekk mhux possibbli li tingħata wiċċ bit-tarmak f'dan l-istadju, tal-inqas jingħata ftit jardi konkos b'mod temporanju?
Response (MIZZI, JOE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jikkonferma jekk hux qed jirreferi għal Triq ir-Riħan. Jekk fl-affermattiv, ninforma lill-Onor. Interpellant li din it-triq tinstab fuq il-lista ta’ toroq residenzjali li għandhom jingħataw wiċċ minn Transport Malta ġaladarba jkunu ffurmati mill-iżviluppaturi jew residenti, skont l-obbligi taghhom. Ix-xogħlijiet fuq din it-triq isiru skont il-prioritajiet nazzjonali, fondi pubbliċi u l-proċess tal-akkwist. Jekk din mhiex it-triq li qed jirreferi għaliha l-Onor. Interpellant nitolbuh jippreżenta site plan ħalli nkunu ċerti dwar liema triq qiegħed jirreferi.
Jista’ l-Ministru jikkonferma jekk ir-rumble strips li saru fl-aħħar ġimgħat fi Triq il-Kbira fil-Mellieħa sarux bl-approvazzjoni ta' Transport Malta? Jista’ jgħid jekk Transport Malta hijiex konxja mill-periklu li qed jesperjenzaw is-sewwieqa li jkunu għaddejjin minn din it-triq traffikuża minħabba l-istess rumble strips?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Triq il-Kbira fil-Mellieħa għandha limitu ta’ veloċita’ ta’ 35km/h. Minħabba li dan il-limitu ta’ veloċità ma kienx qed jiġi rispettat u anki seħħew diversi inċidenti f’din it-triq, il-Kunsill Lokali talab li jsiru rumble strips li ġew approvati minn Transport Malta. L-Awtorità hija nfurmata li dawn l-istess rumble strips saru skont l-istandards applikabli.
Jista' l-Ministru jara li jitneħħew jew jiġu modifikati numru ta' sinjali tat-traffiku kontradittorji li jinsabu fiċ-Ċirkewwa fil-parti fejn hemm il-parkeġġ biswit it-terminal tal-Gozo Channel, liema sinjali qed jisgwidaw lis-sewwieqa li jkunu se jagħmlu użu minn spazju suppost riservat għall-parkeġġ (No Entry fuq barra u ġewwa l-art indikata bi spazji sabiex jiġi pparkjati l-karozzi)?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li hemm żewġ parkeġġi ħdejn it-terminal taċ-Ċirkewwa. L-ewwel parkeġġ huwa ndikat bħala No Entry ħlief għal vetturi tat-trasport pubbliku u vetturi tal-blue badge holders. Għaldaqsant, il-kaxxi tal-parkeġġ li hemm f’din iż-żona huma ta’ daqs partikolari u adattati għall-karozzi tal-linja, coaches, mini buses u vetturi tal-blue badge holders. Hija ċara li vetturi oħra m’għandhomx jidħlu f’din iż-żona.
It-tieni parkeġġ biswit it-terminal huwa wieħed pubbliku u dak prinċipali. L-entratura għal dan il-parkeġġ huwa mit-triq fuq ix-xellug fid-daħla tal-port (qrib il-lukanda) kif indikat mit-tabelli. Il-ħruġ minn dan il-parkeġġ għandu wkoll tabella No Entry fuq barra. Għaldaqstant, min irid jidħol iċ-Ċirkewwa biex jipparkja għandu jieħu din it-triq fuq ix-xellug għax m’hemmx aċċess ieħor għal dan il-parkeġġ. Meta wieħed jidħol minn hawn, għandu wkoll aċċess għal partijiet l-oħra tat-terminal, fosthom iż-żewġ parkeġġi sekondarji, dik ta’ ħdejn l-għassa tal-pulizija u dik ta’ ħdejn il-moll ta’ Kemmuna.
Is-sewwieqa għandhom jobdu is-sinjali kif indikati mit-tabelli.