Jista' l-Ministru jgħid għaliex ma jsirx pjan biex meta jinqalgħu triqat importanti jsir xogħol anke matul il-lejl? Japprezza l-Ministru li l-konfużjoni u dewmien li qed ikun hemm kuljum fit-triq prinċipali li minn Burmarrad tieħu għall-Mosta u t-triq li tagħti mis-Salina għan-Naxxar, qed ikunu ta' inkonvenjent kbir? Meta suppost li tlestew dawn it-triqat u meta fil-fatt se jitlestew? Kemm ser tqum kull waħda minnhom? Hemm xi differenza mill-istima oriġinali u kemm fil-fatt ser tiswa kull waħda?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li t-toroq imsemmija mill-Onor. Interpellant huma maħsuba li jitlestew sa l-aħħar ta' din is-sena.
Ix-xogħol kellu jieħu 52 ġimgħa biex jitlesta' u kien inbeda bejn Mejju u Ġunju tas-sena l-oħra. It-triq mis-Salina għan-Naxxar hi stmata li ser tiswa Lm1.69 Miljun filwaqt li dik minn Burmarrad għall-Mosta hi stmata li ser tiġi tiswa Lm1.64 Miljun. Iż-żieda prevista fuq l-istima oriġinali ta' l-ewwel triq hija ta' Lm280,000, filwaqt li dik tat-tieni triq hija ta' L,300,000. Fiż-żewġ każijiet iż-żidiet qed jirriżultaw minħabba l-ħtieġa li jiġi nkorporat service duct fiż-żewġ toroq, biex 'il quddiem is-servizzi jkunu jistgħu jgħaddu mill-ġenb tat-triq.
Il-Ministeru u d-Direttorat għat-Toroq huma ta' l-istess fehma ta' l-Onor. Interpellant, li meta jinqalaw triqat importanti, ix-xogħol ikompli għaddej ukoll matul il-lejl. Sfortunatament peress li n-numru ta' ħaddiema li lesti li jaħdmu fis-settur huwa limitat il-kuntratturi ma jsibux biżżejjed impjegati biex iħaddmu s-sistema ta' shifts li jirrikjedi dan it-tip ta' pjan.
B'riferenza għall-Atkins report li qed nibgħat kopja separatament, jista' l-Ministru jinfurmani x'investigazzjoni saret sabiex jitħares u jiġi rimedjata l-periklu fuq iċ-ċittadini u turisti li kkawża ċ-ċaqlieq tal-mini mill-pjanta oriġinali tal-proġett inkwistjoni? Min se jerfa' r-responsabbilta' kemm-il darba ma jiġix rimedjat il-periklu msemmi?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li r-rapport imsemmi mill-Onor. Interpellant ġie ppreparat mill-kumpanija li tmexxi l-Fortina Hotel u ngħata lid-Direttorat ta' l-Ippjanar. Għalhekk l-Onor. Interpellant hu mitlub jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jgħid jistgħux jittieħdu passi biex ma jibqax ikun hemm flooding fil-parti t'isfel ta' Triq it-Torri, l-Imsida kull meta jkun hemm xi maltempata?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li d-Direttorat għat-Toroq qed iħejji pjan għall-proġett li jelimina l-għargħar fi Triq il-Wied u Triq Mannarinu u l-Lokalita' msemmija mill-Onor. Interpellant qiegħda mdaħħla wkoll f'dan il-pjan.
Jista' l-Ministru jgħid billi t-traffiku ħiereġ minn Triq it-Torri l-Imsida għal Triq il-Wied, l-Imsida isibha diffiċli ħafna biex jaqsam għall-Main Road, jistgħawx jiġu ikkunsidrati traffic lights fl-inħawi ħalli jiffaċilitaw il-flow tat-traffiku b'anqas periklu għas-sewwieqa?
Response (GALEA, ĊENSU)
Għaddejt it-talba ta' l-Onor. Interpellant lid-Direttorat għall-Maniġġ tat-traffiku u lid-Direttorat għat-Toroq biex jaraw x'jista' jsir.
Jista' l-Ministru jindaga u jara għala ġewwa Triq il-Bieb, Fgura fejn hemm numru interessanti ta' toqob fondi li qegħdin jkunu kaġun ta' inċidenti u ħsara, kif għadu ma sarx t-tiswija neċessarja?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li d-Dipartiment tat-Toroq għamel spezzjoni fit-triq u nstab li t-triq hija diġa asfaltata u għalhekk it-tiswija ta' pot holes li jistgħu jiżviluppaw għandhom jissewwew mill-Kunsill Lokali.
Jista' l-Ministru jgħid b'referenza għad-domanda parlamentari nru. 34647, jinforma l-Kamra kemm intefqu flus f'dawn it-toroq
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li x-xogħol f'dawn it-toroq ġie jiswa kif ġej:
Dome Street - Lm23,888
P/O Triq Velleran u P/O Triq Għarnuq - Lm14,070
P/O Triq Scicluna, P/OTriq San Ġwann u P/O Triq l-Iskola - Lm31,400
P/O Triq Dejma - Lm21,957
TOTAL - Lm91,315
:
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija 34024, jista' jgħid kemm kienet in-nefqa f'ċifra ta' flus f'safar ministerjali u dipartimentali tal-ministeru għax-xhur ta' Jannar, Frar, Marzu April u Mejju ta' din is-sena?
Response (GALEA, ĊENSU)
L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhu jistenna t-traffic control board biex jawtorizza u jara li jsiru traffic lights fil-by-pass ta' Wied il-Għajn (Triq il-Latmija) fil-parti ta' Triq San Ġużepp, Żabbar? Billi Triq San Ġużepp, Żabbar tinqasam bil-by-pass u billi huwa perikoluż ħafna biex taqsam din il-by-pass, x'inhi r-raġuni li dawn it-traffic lights baqgħu ma sarux minkejja diversi talbiet, fosthom anki mistoqsijiet parlamentari tiegħu stess? Billi minn din il-parti tal-by-pass ta' kuljum jaqsmu għadd ta' nies, fosthom tfal fi triqthom għall-iskola possibbli dawn il-lights isiru immedjatament qabel ma jiġri xi inċident fatali?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li d-Direttorat għat-Toroq qed jikkunsidra li ż-zebra crossing li hemm fil-viċinanza tiġi spostata u tinbidel f'pelican crossing, peress li biex issir pelican crossing ħdejn Triq San Ġużepp tkun perikoluża minħabba l-kisra li hemm fil-bypass ta' Marsaskala f'din il-lokalita'.
Jista' l-Ministru jgħid hemmx xi ħsieb li Triq it-Torri, l-Msida li illum tinsab maqsuma fi tnejn, dawn iż-żewġ partijiiet tat-triq jiġu linked flimkien permezz ta' xi fly-over minħabba l-inkonvenjenza kbira u l-periku li r-residenti għandhom biex imorru minn parti għall-oħra tat-triq u f'każ ta' emerġenza qed jkun diffiċli biex dawn ir-residenti joħorġu mill-parti li joqogħdu fiha?
Response (GALEA, ĊENSU)
Tajt struzzjonijiet lid-Direttorat għat-Toroq biex jikkunsidra s-suġġeriment ta' l-Onor. Interpellant.
B'riferenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari nru. 34489, jista' l-Ministru jgħid meta d-direttorat tat-toroq daħħal sistema ta' monitoraġġ fuq xogħol tal-kunsilli lokali kif spjegajt fir-risposta?
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja taċ-ċirkolari li intbagħtet lill-kunsilli lokali dwar din il-proċedura?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li s-sistema ta' monitoraġġ bdiet titħaddem għall-ħabta t'Awissu 1999. Dan ma sarx b'ċirkolari iżda permezz ta' korrispondenza li tgħaddi bejn id-Direttorat għat-Toroq u l-Kunsill Lokali fejn ikun ser isir ix-xogħol meta ssir l-applikazzjoni għall-ħruġ tal-permess.
Ser inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' korrispondenza simili li kienet għaddiet bejn id-Direttorat għat-Toroq u l-Kunsill Lokali tal-Birgu fil-25 t'Awissu 1999.
Jista' l-Ministru jgħid meta hemm il-ħsieb li d-Direttorat għat-Toroq jiddeċiedi dwar Triq it-Tiben b'referenza għall-mistoqsija parlamentari nru. 34657?
Response (GALEA, ĊENSU)
M'għandi xejn x'inżid mar-risposta mogħtija għal Mistoqsija Parlamentari Nru. 34657.
Jista' l-Ministru jgħid meta hemm il-ħsieb li d-Direttorat għat-Toroq jiddeċiedi dwar Triq in-Nissieġ, Naxxar b'referenza għall-mistoqsija parlamentari nru. 34682?
Response (GALEA, ĊENSU)
M'għandi xejn x'inżid mar-risposta mogħtija għal Mistoqsija Parlamentari Nru. 34682.
Jista' l-Ministru jgħid f'hiex wasal il-proċess ta' tender biex issir Triq l-Imriekeb, Wied il-Għajn? Meta bejn wieħed u ieħor hu maħsub li se jibda x-xogħol f'din it-triq?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li d-Direttorat għat-Toroq ħareġ sejħa għall-offerti għax-xogħol li għandu jsir fi Triq l-Imriekeb f'Wied il-Għajn u t-tender qiegħda fil-proċess li tiġi aġġudikata sabiex ix-xogħol ikun jista' jinbeda.
B'referenza għal mistoqsija parlamentari nru. 32869, jista' l-Ministru jgħid jekk ir-rapport imsemmi fir-risposta sarx u jekk sar, jista jpoġġi kopja tiegħu fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (GALEA, ĊENSU)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta mogħtija għal mistoqsija parlamentari Nru. 32869 u għalissa m'għandi xejn x'inżid.
Jista' l-Ministru jagħti informazzjoni jekk hemmx xi ħsieb li titwessa Triq San Ġużepp (fejn tmiss ma' Triq Sant' Antnin) f'Ħaż-Żabbar, fejn bini antik ta' valur arkittetoniku jista' jkun mhedded?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li fil-preżent m'hemmx il-ħsieb li Triq San Ġużepp fejn tmiss ma' Triq Sant Antnin Żabbar titwessa.
Jista' l-Ministru jara li d-deċiżjoni għal reserved parking fil-Marsa - il-partikolaritajiet qed jintbagħtu separatament - titmexxa?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li l-applikazzjoni għal reserved parking li qed jirreferi għaliha l-Onor. Interpellant ġiet approvata mid-Direttorat għall-Maniġġ tat-Traffiku, u d-Direttorat għat-Toroq ġie mitlub biex jagħmel is-sinjali meħtieġa.
Jista' l-Ministru jgħid xi żviluppi qed isiru fit-tarf ta' Triq Bajada, Ħaż-Żabbar in konnessjoni mat-traffic lights li qed isiru fit-triq li tagħti għal Wied il-Għajn?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li fil-lokalita' msemmija qed isiru c-channelisations sabiex it-traffiku li joħroġ minn Triq Bajjada għal ġo Labour Road lejn is-signalised junction fit-tarf tat-triq ta' M'skala jkun jista' joħroġ b'mod ordnat u li ma joħloqx hazards għal traffiku ieħor li jgħaddi mill-lokalita'.