Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #33306 Sitting 733 2002-05-13 Oral · Final From: MICHAEL BONNICI To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Provvista tad-Dawl

Question

Jista' l-Ministru jikkonsidra li jiftaħ inkjesta sabiex tinvestiga x'inhi r-raġuni li applikazzjoni għal provvista ta' dawl elettriku għal applikant li ngħatatlu VAT receipt riferenza A3843/01 bid-data 12 ta' Diċembru 2001 għadha sal-lum ma ġietx ipproċessata, wisq inqas ingħata s-servizz tant meħtieġ? X'inhuma l-passi li ttieħdu u f'liema dati kienu? Hija normali li applikazzjonijiet simili jieħdu daqshekk tul ta' żmien?

Response (BONNICI, JOSEF)

Il-Korporazzjoni Enemalta ġiet infurmata bl-ilment ta' l-Onorevoli Interpellant sabiex issir l-investigazzjoni relattiva.
Leg 9 PQ #33311 Sitting 733 2002-05-13 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Enemalta — Substations

Question

Jista' l-Ministru jgħid fejn huma sitwati s-substations li jservu Tas-Sliema u San Ġiljan bil-provvista tad-dawl elettriku? Kemm ilha mibnija kull waħda minn dawn is-substations?

Response (BONNICI, JOSEF)

L-informazzjoni mitluba qed tinġabar u tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #33007 Sitting 732 2002-05-08 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

WSC — Sur Santa Liena - Bormla

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li r-residenti ta' l-area ta' l-HOS Sur Santa Liena Bormla qed ikollhom pressa baxxa għall-aħħar fis-sistema tal-ilma? Jista' jara li dan l-inkonvenjent jitneħħa?

Response (BONNICI, JOSEF)

L-ilment ta' l-Onorevoli Interpellant ġie riferut lill-Korporazjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma sabiex issir l-investigazzjoni meħtieġa u jekk ikun il-każ tittieħed l-azzjoni neċessarja.

Enemalta

Question

Jista' l-Ministru jinforma l-Kamra meta saret talba għal numru ta' bozoz tad-dwal ġodda ġewwa Triq ix-Xemx u l-Qamar, Fgura u f'liema posizzjoni din tinsab?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ninsab infurmat li mir-rekords li għandha l-Korporazzjoni Enemalta ma jirriżultax li saret xi talba biex jitwaħħlu lampi ġodda fit-toroq imsemmija.
Leg 9 PQ #33068 Sitting 732 2002-05-08 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

WSC

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari nru. 32860 u ċioe jista' l-Ministru jgħid meta u kemm ġie jiswa flus l-impjant għat-tratament tad-drenaġġ li nbena mill-MDC bħala parti miz-zona industrijali ta' Ħal Far?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ninsab infurmat li l-impjant għat-trattament tad-drenaġġ kien inbena fl-1980 mill-Korporazzjoni Maltija ta' l-Iżvilupp bħala parti miz-zona industrijali ta' Ħal Far. Il-proġett kien ġie jiswa Lm177,487.
Leg 9 PQ #33070 Sitting 732 2002-05-08 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

WSC

Question

B'riferenza għar-risposta ta' mistoqsija nru. 32923, jista' l-Ministru jgħid x'kienet ir-raġuni li l-kumitat ġenerali tal-kuntratti talab li jinbidlu l-ispeċifikazzjonijiet? X'inhu t-tibdil li ġie rikjest?

Response (BONNICI, JOSEF)

Il-kumitat ġenerali tal-kuntratti deherlu illi t-tieni paragrafu tal-klawsola numru 7.1 ta' l-ispeċifikazzjonijiet, li jiddefinixxu t-tul medju ta' servizz, kellu jkun aktar simplifikat. KIF KIEN FIT-TENDER: A standard service is a service connection to a single dwelling property (i.e. having only one water meter) in a street having an average width of 10 metres and a length of 2 metres pipework inside the property. This works out to be an average service length of 7 metres having 2 metres internal pipework, 1 metre sidewalk and 4 metres in carriageway and a maximum service length of 12 metres having 2 metres internal plumbing, 10 metres sidewalk and carriageway. Where the length of the service exceeds the maximum length of 12 metres, the extra length shall be measured in addition to the average length of 7 metres. KIF ĠIE RIKJEST IT-TIBDIL: A standard service is a service conection to a single dwelling property (i.e. having only one water meter) with a maximum total length of water service pipework of 12 metres between the water meter and water tapping in the carriageway.
Leg 9 PQ #33177 Sitting 731 2002-05-07 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Trading Licence

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk it-Take Away li ser jinfetaħ f'Bella Vista Str, San Ġwann qrib l-appartamenti Block A fl-istess triq għandux trading licence? Jekk le, jista' jingħata kunsiderazzjoni lill-ilmenti tar-residenti tal-inħawi?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li minn informazzjoni miksuba mis-Sezzjoni Liċenzji tal-Kummerċ tad-Diviżjoni tal-Kummerċ, jirriżulta li l-applikazzjonijiet kollha għal-liċenzji tan-negozju bħala take away li kienu pendenti mal-Pulizija ġew trasferiti lill-Awtorita' tat-Turiżmu li issa hija responsabbli għal dawn it-tip ta' negozji.
Leg 9 PQ #32996 Sitting 730 2002-05-06 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Summer Workers

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma dawk id-dipartimenti, azjendi u entitajiet oħra fid-dekasteru tiegħu li jieħdu intake ta' summer workers? Kif isiru l-għażliet?

Response (BONNICI, JOSEF)

L-Onorevoli Interpellant huwa mitlub jindirizza l-mistoqsija lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni.
Leg 9 PQ #33019 Sitting 730 2002-05-06 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Maltapost

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li filwaqt li Triq Gerry Żammit taqa' taħt il-Gzira għall-finijiet ta' reġistru elettorali, hija taqa taħt l-Imsida għall-finijiet tal-Maltapost?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li minħabba raġunijiet ta' operat, il-posta fi Triq Gerry Zammit titqassam mill-fergħa ta' l-Imsida u l-Kodiċi Postali tagħha huwa MSD 02.
Leg 9 PQ #33034 Sitting 730 2002-05-06 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Baċir Nru. 1

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'sar mill-proġett tal-Baċir nru. 1?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ninsab infurmat li bħalissa t-Tarzna għaddejja b'diskussjonijiet ma' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar dwar il-pjan li għandha għall-baċir numru 1. Huwa ttamat li ma jdumux ma joħorġu l-permessi għall-ewwel fażi ta' l-iżvilupp ta' dan il-proġett.

Maltacom plc

Question

Jista' l-Ministru jikkonsidra li s-soċjeta' Maltacom plc tieħu ħsieb tinstalla servizz ta' telephone-box fl-akkwati ta' Triq Riħan u Triq Ċensu Busuttil, Fġura?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li din it-talba qed tkun diskussa bejn il-Maltacom u l-Kunsill Lokali.
Leg 9 PQ #33036 Sitting 730 2002-05-06 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Huts f'Għawdex

Question

Jista' l-Ministru jgħid dwar il-huts ta' Dbiegi li qegħdin limiti tal-Għarb, Għawdex, huwa minnu illi s-sidien ta' l-art fejn hemm mibnija l-istess huts qatt ma tħallsu ta' l-art li tteħditilhom mill-gvern? Sar kuntratt ta' espropriazzjoni u meta sar? Huwa minnu li l-gvern ta' b'ċens temporanju posizjonijiet mill-istess art fejn inbnew huts oħra għas-spejjeż taċ-ċenswalisti? Jekk l-art sal-llum għadha tas-sidien u hemm il-biża' li spekulaturi ta' l-artijiet beħsiebhom jixtru l-istess art mingħand is-sidien oriġinali, x'sejjer isir mis-sidien tal-huts, il-ħaddiema impjegati magħhom u l-ispejjeż li nefqu fil-bini u rranġar tal-istess huts?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nissuġġerixxi lill-Onorevoli Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru responsabbli mil-Lands Department.
Leg 9 PQ #33037 Sitting 730 2002-05-06 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Enemalta

Question

Jista' l-Ministru jieħu l-passi meħtieġa biex biex service cable tal-korporazzjoni Enemalta li jinsab għaddej minn mal-fond Valvista, Triq il-Ġisimin, Swieqi jitneħħa u dan minħabba r-raġuni li dan huwa ta' periklu u qed jagħmel ħsara lill appartament imsemmi?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ninsab infurmat li minn invstigazzjoni li saret mill-Korporazzjoni Enemalta ma jirriżultax li qed issir ħsara, iżda xorta waħda għandhom isiru x-xogħolijiet meħtieġa biex is-service cable jitneħħa minn mal-fond imsemmi.

Senior Turbine Operators

Question

Jista' l-Ministru jinvestiga għall-liema raġuni s-sejħa interna għall-senior turbine operators ġewwa l-Enemalta għadha ma ħarġitx?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ninsab infurmat li bħalissa l-Korporazzjoni Enemalta tinsab għaddejja b'diskussjonijiet ma' l-Union fuq l-operating grades fil-fergħa tal-Generation. Huwa ttamat li matul dawn id-diskussjonijiet jintlaħaq ftehim dwar il-grad ta' Senior Operator.
Leg 9 PQ #33053 Sitting 730 2002-05-06 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

MIA

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm sar xogħol ta' konsulenza minn Vienna Airports għall-MIA minn Settembru 1998 sal-lum?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li Airport Consulting Vienna Gmbh, waħda mill-kumpaniji ta' konsulenza ta' Vienna International Airport plc, għamlet xogħol ta' konsulenza għall-Malta International Airport fuq is-sistema ta' Schengen matul Lulju 1999. Dan ix-xogħol ġie jiswa Lm19,133.
Leg 9 PQ #33081 Sitting 730 2002-05-06 Oral · Final From: CHRIS CARDONA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Maltacom

Question

Jista' l-Ministru jispjega kif il-Maltacom plc qiegħda toffri s-servizz ġdid tal-voice mail lill-klijenti tagħha u għaliex dan is-servizz qed jiġi impost fuq il-klijenti u dan mingħajr il-kunsens tal-klijenti stess?

Response (BONNICI, JOSEF)

Tajjeb jingħad li il-Maltacom qed toffri dan is-servizz avvanzat lill-abbonati tagħha mingħajr ħlas. Difatti l-abbonat mhuwiex obbligat li jżomm dan is-servizz u jista' jiddiżattivaħ meta jrid billi jċempel fuq freephone 0800774141. Tajjeb jingħad ukoll li l-Maltacom qed tieħu l-passi biex is-sejħiet li daħlu fil-PhoneMail matul April u Mejju ma jiġux iċċarġjati.
Leg 9 PQ #33084 Sitting 730 2002-05-06 Oral · Final From: ANGELO FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Maltacom

Question

Jista' l-Ministru jara s-sistema l-ġdida ta' l-ansewring mail fuq it-telphone kemm qedha tiswa aktar lil-konsumatur ? Jista' wkoll jara l-Ministru kemm huwa n-numru totali ta' complaints fuq din is-sistema w ukoll kemm huma t-total ta' complaints fuq il-kontijiet tat-telefon dawn l-aħħar sitt xhur?

Response (BONNICI, JOSEF)

Is-sistema l-ġdida ta' l-Answering Mail tiswa lil abbonat skond kemm jagħmel użu minnha. Ninsab infurmat li bejn Otturbru 2001 u April 2002 kien hemm 601 ilmenti mil-miktub dwar il-kontijiet tat-telephone.
Leg 9 PQ #32956 Sitting 729 2002-04-30 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Maltapost

Question

Peress li d-direttorju tal-kodiċi postali ġie ippubblikat ħdax (11) -il sena ilu, jista' l-Ministru jgħid hemmx xi ħsieb li jiġi ippublikat wieħed aġġornat peress li l-posta tesiġi il-kodiċi postali biex ittri jitqassmu aktar malajr?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ninsab infurmat li bħalissa l-Maltapost qed taħdem biex id-Direttorju tal-Kodiċi Postali jiġi aġġornat u fi żmien mhux il-bogħod jiġi pubblikat.
Leg 9 PQ #32976 Sitting 729 2002-04-30 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Enemalta — Triq Alessandra - Bormla

Question

Jista' l-Ministru jara li jissewwew iż-żewġ lampi li ilhom maqtugħa fuq il-pont li jagħti għal Triq Alessandra Bormla?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-talba ta' l-Onorevoli Interpellant ġiet riferuta lill-Korporazzjoni Enemalta sabiex tittieħed l-azzjoni relattiva.
Leg 9 PQ #32977 Sitting 729 2002-04-30 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Enemalta — Sqaq it-Torri - Bormla

Question

Jista' l-Ministru jara li tinbidel il-bozza li hemm maqtugħa fuq il-bieb 39 Sqaq it-Torri Bormla?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-talba ta' l-Onorevoli Interpellant ġiet riferuta lill-Korporazzjoni Enemalta sabiex tittieħed l-azzjoni relattiva.