AFM – uffiċjali mibgħuta jservu fil-Kwartieri ta’ Northwood
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’tip ta’ taħriġ qed jingħata lil dawk l-uffiċjali fil-Forzi Armati ta’ Malta li qegħdin jiġu mibgħuta biex iservu fil-Kwartieri ta’ Northwood minn fejn tiġi kordinata l-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea kontra l-Piraterija fl-Oċean Indjan?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi rigward taħrig għall-imsemmija uffiċjali ma nbidel xejn minn kif kien isir qabel Marzu 2013.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kienu l-uffiċjali tal-pulizija li kienu fi gradi minn spettur 'l fuq (spettur inkluż), li telqu mix-xogħol tagħhom matul l-2015? Kemm minn dawn telqu għax skadielhom il-perjodu ta' 25 sena, u kemm telqu qabel dak iż-żmien? F'liema gradi f'kull każ, kienu dawk li telqu?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li fis-sena 2015 spiċċaw ħdax (11) il-uffiċjal (minn Spettur 'il fuq). Minnhom, tmienja (8) spiċċaw wara li għalqu il-ħamsa u għoxrin (25) sena servizz waqt li tlieta (3) spiċċaw qabel. Dawn kienu kif jidher fit-tabella t’hawn taħt:
DC
AC
Supt
Insp
Total
Med Unfit
1
1
Resigned
2
2
To Pension
2
2
1
3
8
Total
2
2
1
6
11
Jista’ l-Ministru jikkonferma li fil-ħin tal-inċident li sar fi Triq il-Keffa fis-Swieqi, nhar is-Sibt 28 ta’ Jannar, fit-8 ta’ filgħodu, kif ġie wkoll rrapurtat fil-media, l-għassa tas-Swieqi kienet magħluqa?
Response (ABELA, CARMELO)
Nitlob lill-Onor. Interpellant tiċċara d-data li qed tagħmel referenza għaliha fil-mistoqsija.
Jista’ l-Ministru jgħid xi ħsibijiet u proġetti għandu in the pipeline fir-rigward tas-cybercrime, kemm bħala prevenzjoni kif ukoll bħala detection?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat illi l-Korp tal-Pulizija għandu diversi proġetti fir-rigward tas-cyber crime, kemm fejn tidħol prevenzjoni kif ukoll kxif ta’ reati relatati. Fil-fatt il-Korp applika għal proġett kofinanzjati mill-Unjoni Ewropea taħt il-programm“Internal Security Funds (Police)” u sussegwentament ingħataw €1.4 miljun fondi, li ser ikunu maqsuma fuq erbgħa snin. Permezz ta’ dawn il-fondi ser jinxtara apparat ġdid li permezz tiegħu ser jissaħħaħ ix-xogħol f’din it-taqsima fejn jidħol ġbir u preservazzjoni ta’evidenza, kif ukoll analiżi ta’ investigazzjonijiet inkluż dawk relatati mal-użu u abbuż tal-internet. Barra min dan is-Cyber Crime Unit ser tkompli tagħti l-kontribut tagħha fi proġetti intiżi sabiex jitqajjem iktar għarfien dwar użu responsabbli tal-internet kif ukoll jiġu identifikati opportunitajiet ta’ taħriġ li minnhom jibbenefikaw membri tal-Korp tal-Pulizija ukoll.
(Korrezzjoni: Ara dokument PL 6559 li tpoġġa f'Seduta 355, nhar it-Tnejn 15 ta' Frar 2016)
Jista' l-Ministru jara l-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament rigward problema sabiex jiġbor xi senter mingħand il-pulizija?
Response (ABELA, CARMELO)
Għalkemm dan il-Ministeru ma jidħolx f’każi ta’ natura bħalma hija dik mqajjma mill-Onor. Interpellant, dan il-Ministeru iċċekkja u jidher li ma hemm ebda problema fil-każ tal-individwu.
Jaħsibx il-Ministru li persuna li xi darba matul ħajjitha tkun akkużata b'reat, liema reat wara, fuq ordni tal-Qorti jiġi mħassar, għal kull fini minn fuq il-fedina penali tagħha, għandha tingħata liċenza ta' gwardjan, l-aktar meta l-istess persuna tkun qed tagħmel dak kollu fil-kompetenza tagħha li tintegra ruħha fid-dinja tax-xogħol?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li fil-każ ta’applikazzjoni għal-gwardjan privat, skond il-liġi tal-Gwardjani privati, il-Pulizija tagħmel referenza għal-fedina penali miżmuma mil-Korp meta din tkun qed tiġi proċessata. Ordni tal-Qorti tista tordna biss li jitħassru certu reati minn fuq iċ-ċertifikat tal-kondotta u mhux il-fedina penali.
Jista’ l-Ministru jgħid għaliex minkejja d-diversi stqarrijiet li kienu jgħidu li l-għassa tas-Swieqi se tiftaħ 24 siegħa, sad-data li qed inressaq din il-mistoqsija parlamentari, ħafna mill-iljieli l-għassa qiegħda tkun magħluqa?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li kif hemm tajjeb fl-interpellanza, l-għassa tal-Pulizija tas-Swieqi, ingħalqet fix-xift tal-11 u 19 ta’ Jannar, 2016 kif ukoll bejn il-ħamsa u sebgħa ta’ fil-għodu tas-17 ta’ Jannar. Dan kien riżultat ta’ problema fil-qtugħ ta’ elettriku, liema problema qed tiġi ndirizzata min-tekniċi f’dan il-qasam. Infurmat ukoll li matul dawk l-iljieli, issaħħaħ il-patrol tal-Pulizija, fiż-żona tas-Swieqi.
Infakkar ukoll li l-Onor. Interpellant li tista’ tagħmel mistoqsija fuq l-Għassa tas-Swieqi għax kien dan il-Gvern li fetaħ din l-Għassa minkejja l-bosta wegħdiet li kienu saru mill-oppożizzjoni meta din kienet fil-Gvern.
Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali — karozzi
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-karozza uffiċjali li kien juża l-Ministru bejn l-1 ta’ Jannar 2008 u t-8 ta’ Marzu 2013 kenitx tinkera jew kenitx mixtrija mill-Gvern? Jista’ jgħid ta’ liema mudell kienet il-karozza? Jista’ jgħid x’kienet l-ispiża xahar, xahar matul l-istess perjodu f’każ li kienet mikrija? Jista’ jgħid kemm kienet l-ispiża f’każ li l-karozza kienet inxtrat mill-Gvern u meta nxtrat? Jista’ jgħid x’kienu l-ispejjeż fuq xogħlijiet ta’ tiswijiet li saru fuq din l-istess karozza matul l-istess perjodu? Jista’ jgħid kemm kienet l-ispiża fuq kiri ta’ karozzi li ntużaw minflok il-karozza uffiċjali matul l-istess perjodu? Jista’ jgħid x’kienet l-ispiża u kemm intuża petrol jew diesel bejn l-1 ta’ Jannar 2008 u t-8 ta’ Marzu 2013, xahar b’xahar b’mod separat, għall-karozza/i li għamel użu minnhom il-Ministru?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li bejn l-1 ta’ Jannar 2008 u t-8 ta’ Marzu 2013 inxtrat karozza bill-mudell Citroen C5 għall valur ta’ € 29, 480.55. Ninfurmah li matul is-sena 2009 u is-sena 2011 saru żewġ kirjiet rispettivament, li ntużaw minflok il-karozza uffiċjali. Il-kirja fix-xahar ta’ Novembru 2009 kienet tammonta għal € 80 filwaqt li l-kirja ta’ Lulju 2011 kienet tammonta € 1,416.
L-ispejjeż fuq xogħlijiet ta’ tiswijiet matul l-istess perjodu kienu mqassma kif ġej, filwaqt li L-ispiża totali għall-petrol kienet tammonta €11,441, qed npoġġi fuq il-mejda tal-Kamra breakdown tal-fuel li ntuża.
2008 - € 3,443.95
2009 - € 3,236.18
2010 - €1,754.44
2011 – €2,084.01
2012 - €2,751.79
Persuni mressqa l-Qorti fuq akkużi tat-traffiku tad-droga
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm tressqu persuni l-Qorti fuq akkużi ta’ traffiku ta’ droga, sena b’sena, fl-2012, 2013, 2014 u 2015?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li matul is-sena 2012 u is-sena 2015 ġew mressqa l-Qorti ħames mija sebgħa u sebgħin persuna fuq akkużi tat-traffiku tad-droga. Dawn kienu mqassma kif ġej:
Sena 2012 – 170
Sena 2013 – 152
Sena 2014 – 123
Sena 2015 – 132
Jista’ l-Ministru jgħid kemm tressqu persuni l-Qorti fuq akkużi ta’ traffikar ta’ droga, fejn fil-każ rispettiv tagħhom it-traffiku kien qiegħed isir f’post ta’ divertiment, sena b’sena bejn l-2008 u l-2015? Jista’ jaqsam l-informazzjoni mitluba skont il-lokalità li fihom allegatament seħħ ir-reat?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ninsab infurmat li mis-sena 2008 u is-sena 2015 ġew mressqa l-Qorti mija u erbgħa persuni fuq akkużi ta’ droga, dawn kienu mqassma kif ġej:
2008 – 8
2009 – 3
2010 – 3
2011 – 4
2012 – 23
2013 – 29
2014 – 20
2015 – 14
Il-postijiet li fihom allegatament seħħ ir-reat jvarja bejn: Għajnsielem Għawdex, Rabat, Ħal Farruġ, Ta’ Qali, San Ġiljan, Buġibba, Paceville, St. Paul’s Bay, Ħal Luqa, il-Gżira, il-Mellieħa, il-Belt Valletta, ir-Raħal Ġdid u San Ġwann rispettivament.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm tressqu persuni l-Qorti fuq akkużi ta’ traffikar ta’ droga, fejn fil-każ rispettiv tagħhom it-traffiku kien qiegħed isir f’post ta’ divertiment, u l-persuni mressqa kienu impjegati, bouncers u uffiċjali tas-sigurtà, sidien jew organizzaturi tal-istess post, sena b’sena bejn l-2008 u l-2015? Jista’ jaqsam l-informazzjoni mitluba skont il-lokalità li fihom allegatament seħħ ir-reat?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ninsab infurmat li mis-sena 2008 sas-sena 2015, disa’ persuni li kienu jaħdmu f’postijiet ta’ divertiment ġew imressqa quddiem il-Qorti u ġew akkużati bi traffikar ta droga. Persuna oħra għad trid titressaq. Ħamsa min dawn kienu Bouncers, tnejn kienu barmen u tlieta kienu is-sidien tal-post ta’ divertiment. Ħamsa mil-każi seħħew ġewwa Paċeville, erbgħa San Pawl il-Baħar u każ ieħor ġewwa Għajnsielem, Għawdex. Dawn kienu mqassma kif ġej:
Paceville – Sena 2011 -1, Sena 2013 – 1, Sena 2015 – 3
San Pawil il-Baħar – Sena 2013 – 4
Għajnsielem Għawdex – Sena 2013 – 1
Karozzi bi pjanċi ta’ reġistrazzjoni bi kliem bl-Għarbi
Question
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 20979, jista’ l-Ministru jgħid jekk hux konxju li bħalissa f’Malta hawn kwantità kbira ta’ karozzi bi pjanċi tar-reġistrazzjoni bl-Għarbi? Jaf kif daħlu Malta?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ninsab infrumat li l-Pulizija m’għandhiex din l-informazzjoni.
Karozzi bi pjanċi ta’ reġistrazzjoni bi kliem Għarbi
Question
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 20981, jista’ l-Ministru jgħid f’każ li wieħed jixtieq jagħmel rapport dwar inċident jew xi irregolarità, kif wieħed jagħmel rapport, meta l-pjanċi tar-reġistrazzjoni huma bl-Għarbi u allura isib diffikultà biex jinterpreta n-numru ta’ reġistrazzjoni?
Response (ABELA, CARMELO)
Filwaqt li nifhem li jista’ jkun hemm din id-diffikulta, mill-banda l-oħra l-Pulizija f’każi ta’ rapporti jkollha bżonn aktar dettalji fuq il-vettura jew dettalji oħra fuq is-sewwieq biex il-vettura tiġi identifikata u tinstab.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm irċieva applikazzjonijiet taħt l-iskema tal-IIP minn meta beda jitħaddem dan il-programm u jaqsam l-informazzjoni skont il-pajjiżi li tagħhom huma ċittadini?
Response (ABELA, CARMELO)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex jirreferi d-domanda lill-Ministeru konċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm irċieva applikazzjonijiet taħt l-iskema tal-IIP minn meta beda jitħaddem dan il-programm u jaqsam l-informazzjoni skont f’liema stadju ta’ proċessar waslu?
Response (ABELA, CARMELO)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex jirreferi d-domanda lill-Ministeru konċernat.
Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali –bordijiet
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 19742, 13507 u 11305 u jgħid liema huma l-bordijiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista’ jgħid għal kemm kienet tammonta l-ispiża tal-ħatriet fuq dawn il-bordijiet għas-sena 2012, għas-sena 2013, u għas-sena 2014?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u ser tingħata f’seduta oħra.
Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali – spiża ta’ ħatriet fuq bordijiet
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 19743 u jgħid liema huma l-bordijiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista' jgħid kemm hi stmata li se tkun l-ispiża tal-ħatriet fuq dawn il-bordijiet, separatament għal matul is-sena 2015?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u ser tingħata f’seduta oħra.