Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hemm persuni li huma meqjusa bħala single parents mid-Dipartiment responsabbli mis-servizzi soċjali, lokalità b’lokalità u wkoll skont is-sess tagħhom?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, in-numru ta’ persuni li huma ddikjarati mad-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali bħala single parents u jirċievu l-allowance tat-tfal mill-istess Dipartiment, maqsuma lokalità lokalità u skont il-ġeneru, jammonta għal 10,913, skont kif jidher fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Servizzi ta’ Home Help u Meals on Wheels – lista ta’ stennija
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hi l-lista ta' stennija għas-servizzi tal-Home Help u Meals on Wheels sas-6 ta' Ġunju 2016?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, il-lista ta’ stennija għas-servizz tal-Meals on Wheels sal-perjodu indikat hija ta’ 182 applikant.
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li, in-numru ta’ każijiet approvati mill-bord għas-Servizz tal-
Home Help
sas-6 ta’ Ġunju 2016 u li qed jistennew li jibda jingħatalhom s-servizz huwa ta’ 36 każ.
Jista' l-Ministru jindika jekk hux se jkun hemm tibdil fil-mod kif is-servizz tal-Meals on Wheels qed jingħata sal-lum?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi s-servizz tal-Meals on Wheels, ser ikun qed jiġi aġġornat biex jirrifletti l-prattici u regolamentazzjonijiet reċenti fuq rakkomandazzjoni tal-Ispetturi tas-Saħħa.
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi, minkejja t-tibdiliet, il-prezz ser jibqa’ l-istess għal dak li jħallsu għalih l-anzjani li jagħmlu użu minn dan is-servizz fil-preżent.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 23163 u 22853 u ċjoè jgħid kemm kien in-numru ta’ individwi f’Malta u Għawdex li twaqqfilhom is-servizz tal-Home Help minħabba nuqqas ta’ ħaddiema bejn l-20 t’April 2015 u l-20 ta’ Jannar 2016?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, is-servizz qiegħed jingħata regolarment.
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 991, jista’ l-Ministru jgħid kemm hija l-ispiża ta’ kull ġimgħa għal kull tifel jew tifla li hemm f’dawn id-Djar u kemm huma l-fondi mogħtija mill-Gvern biex jgħinu lil dawn l-istituti?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li, sal-aħħar ta’ Diċembru, 2015 kien hemm 207 minuri li kienu protetti b’ Ordni ta’ Ħarsien u li kienu jirrisjedu f’ djar magħrufa bħala Residential Care Homes for Children.
L-ispiża totali li għamlet l-Aġenzija Appoġġ biex tagħti s-servizzi ta’
social workers
, psikologi,
support workers, care workers
u
high support services
matul l-2015, ammontat għal €1,777,198. Minbarra hekk, il-Ministeru kellu ftehim ta’
Public Social Partnership
mal-Knisja biex tmexxi waħda mir-residenzi fejn jinżammu dawn it-tfal. Dan il-ftehim sewa €610,000 fl-2015. L-ispiża totali meta tgħodd kollox f’daqqa tammonta għal €2, 387,189.
Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-koppja li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament peress li kulma qed tirċievi hu €588 fix-xahar fejn qed jaraw li l-pensjoni hija baxxa u qegħdin jaħsbu li hemm xi żball?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, id-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali ħa azzjoni minnufih fuq il-każ ikkonċernat u l-individwu ġie nfurmat bl-eżitu.
Jista' l-Ministru jikkonferma jekk bejn Jannar u Mejju 2016 seħħewx inċidenti kemm f'Vermont House f'Santa Venera kif ukoll fil-Young People’s Unit f’Ħ’Attard, fejn issejjħu anke l-pulizija? Jista' jindika kemm-il darba issejjħu l-pulizija?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru tiegħi ma għandu l-ebda faċilità bl-isem ta’ Vermont House f’Santa Venera, waqt li l-YPU ma jaqax taħt ir-responsabbilità tal-Ministeru tiegħi.
Jista' l-Ministru jgħid x'miżuri qed jittieħdu sabiex titħares is-sigurtà tal-persuni li jaħdmu f'Vermont House f'Santa Venera u fil-Young People’s Unit f'Attard?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, l-Ministeru tiegħi ma għandu l-ebda faċilità bl-isem ta’ Vermont House filwaqt li l-YPU ma jaqax taħt ir-responsabbilità tal-Ministeru tiegħi.
B'rabta mas-sigurtà tal-ħaddiema u tar-residenti stess f'Vermont House u fil-Young People’s Unit f'Attard jista' l-Ministru jikkunsidra li jibda jkun hemm preżenza tal-pulizija b'mod permanenti?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, l-Ministeru tiegħi ma għandu l-ebda faċilità bl-isem ta’ Vermont House filwaqt li l-YPU ma jaqax taħt ir-responsabbilità tal-Ministeru tiegħi.
Jista’ l-Ministru jgħid liema huma dawk il-gradi fejn m’hemmx capping tal-pensjoni? Jista’ jgħid kemm qed idaħħal flus il-Gvern mit-tnaqqis tal-pensjonijiet bħal tas-Servizzi Ingliżi u oħrajn?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li, l-capping fir-rigward ta’ Pensjoni Kontributorja skont l-Att dwar is-Sigurtà Soċjali mhuwiex marbut ma’ xi grad partikolari.
Ngħarraf ukoll lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni l-oħra mitluba minnu dwar kemm daħħal flus il-Gvern mit-tnaqqis tal-pensjonijiet ma tistax tingħata għaliex mhux possibli li tiġi kkwantifikata.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm inħarġu care orders bejn Jannar 2016 u Mejju 2016 (xahar b'xahar)?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi bejn Jannar u Mejju 2016, inħarġu 4 Ordni ta’ Ħarsien, imqassma kif ġej:
2 minn dawn il-minuri ġew rakkomandati mill-Aġenzija Appoġġ; liema Ordni ta’ Ħarsien ħarġu fit-3 ta’ Frar, 2016.
2 minuri oħra ġew rakkomandati mill-Aġenzija AWAS, fir-rigward ta’ Unaccompanied Minors Asylum Seekers; liema Ordni ta’ Ħarsien ħarġu fit-28 ta’ Jannar, 2016 u l-5 ta’ Mejju, 2016.
Housing – Blokka Appartamenti – manteniment tal-partijiet komuni
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk hux minnu li fi blokka appartamenti tal-housing fejn l-appartamenti jkunu nxtraw minn sidien privati, ma jingħatawx fondi għall-manteniment tal-partijiet komuni?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, fi blokki fejn l-appartamenti huma kollha mixtrija mis-sidien permezz tal-Awtorita’ tad-Djar, l-istess sidien huma responsabbli għall-manutenzjoni tal-partijiet komuni.
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-benefiċċju tal-In Work Benefit li kien tħabbar fil-budget u li kellu jitħallas f’April meta se jirċevuh in-nies, għalfejn kien hemm dan id-dewmien? Kemm hemm nies li qed jistennew dan il-benefiċċju u kemm huwa l-ammont li jrid jitħallas?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u għaldaqstant it-tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali – direct orders
Question
Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm ingħataw xogħol, kemm b’direct order jew wara sejħa pubblika l-Avukat u/jew id-Ditta tal-Avukati li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament sew jekk b’konsulenza jew xogħol ieħor għas-snin 2003–2013?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari numru 23569
Jista’ l-Ministru jieħu azzjoni immedjata dwar il-Pink Form fejn dawk il-persuni li kienu dijabetiċi qabel is-sena 2012 kellhom dritt li jibqgħu jieħdu l-Kartuna r-Roża? Peress li ħafna telfulhom dan id-dritt u tilfu wkoll numru ta’ benefiċċji, jista’ jara li kull min kellu l-Kartuna r-Roża għaliex huwa dijabetiku jiġi kkuntattjat u terġa’ tinħareġ din il-Kartuna r-Roża? Jista’ l-Ministru jieħu azzjoni dwar mijiet ta’ nies li qalbulhom il-pilloli minn fuq il-Kartuna r-Roża għal fuq is-Safra meta dawn ma kellhomx id-dritt li jagħmlu hekk?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru responsabbli mis-Saħħa.