Ħ’Attard — Triq Pantar – xogħlijiet mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma
Question
Jista’ l-Ministru jgħid meta hu ppjanat li jitlesta x-xogħol li l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma qed tagħmel fi Triq Pantar, ’Ħ’Attard/il-Mosta li ilu għaddej bosta ġimgħat u li ċertament qed jikkontribwixxi għal żieda fit-traffiku fl-akkwata?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi ġejt infurmat mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma li ħafna mix-xogħol ta’ tħaffir fit-triq imsemmija, li hija twila 900 metru, qed ikollu jsir bl-idejn biex ma ssirx ħsara lill-infrastruttura eżistenti. Bħalissa x-xogħol wasal ħdejn is-substation tal-Enemalta fejn hemm ħafna cables għaddejjin. Il-Korporazzjoni qed tagħmel l-almu tagħha biex tnaqqas kull inkonvenjent.