Legislature:
Category:
Reset
Active:

Investimenti u inċentivi għal Għawdex

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 11115, fejn il-Ministru talabni nispeċifika għal-liema investiment u inċentivi qed nirreferi, jista' l-Ministru jgħid x'inċentivi ttieħdu jew se jittieħdu dwar il-Framework Specjali għall-Investiment f'Għawdex, konformi mar-regolamenti tal-Unjoni Ewropea, li jkun jinkludi inċentivi speċifiċi bil-għan li jiġi attirat aktar investiment li jiġġenera aktar xogħol produttiv u ta' kwalità aħjar f'Għawdex stess kif kien imwiegħed fil-manifest elettrorali tal-Partit fil-Gvern?

Response (CARDONA, CHRIS)

Il-Partnership Agreement mal-Unjoni Ewropea għadu kemm ġie ffirmat u qegħdin jiġu diskussi inċentivi u programmi partikulari li jistgħu jiġu ko-finanzjati mill-Unjoni Ewropea. Dawn jiġu konformi mal-Framework Speċjali għall-Investiment f’Għawdex. Għadu prematur li wieħed jitkellem fuq inċentivi taħt dan il-Framework partikulari f’dan l-istadju.

Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar — bordijiet - chairpersons u membri

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista taċ-chairpersons u membri tal-bordijiet u l-entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?

Response (CARDONA, CHRIS)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar — Safar

Question

Jista’ l-Ministru jgħid, minn Marzu 2013 sal-lum kemm-il darba siefer, għal liema konferenza, kemm tul ta' ġranet u kemm kienet in-nefqa ta' kull vjaġġ u n-nefqa totali fuq l-ivvjaġġar? Minn min kien akkumpanjat u x'kienet il-kariga tal-persuni li siefru miegħu?

Response (CARDONA, CHRIS)

Nitlob lill-Onor. Interpellanta tirreferi għat-tweġibiet mogħtija għall-Mistoqsijiet Parlamentari 26812, 26813, 26814, 26815, 26816, 26817, 26818 u 26819 tal-Leġiżlatura IX.

Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar — direct orders

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ingħataw direct orders mill-entitajiet li jiffurmaw parti mid-dekasteru tiegħu mit-30 ta’ Settembru 2013 sal-1 ta’ Ottubru 2014? Jista’ jgħid f’kull każ għaliex ġie deċiż li tinħareġ direct order?

Response (CARDONA, CHRIS)

L-Onor. Interpellant għandu jkun infurmat li għal perjodu msemmi ingħataw 41 direct order mill-entitajiet li jaqgħu taħt dan il-Ministeru w ingħataw għaliex kienu fil-parametri tar-regolamenti tal-procurement tal-Gvern.

Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar — Segretarjat

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-membri tal-istaff tas-segretarjat tiegħu kif ukoll ir-rwol tagħhom fis-segretarjat?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-membri tal-istaff fis-Segretarjat Privat tiegħi huma kif stabbiliti fid-dokument Engagement of Staff for Ministers’ Secretariats li kopja tiegħu diġa tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar — impjiegi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema mill-entitajiet li jiffurmaw parti mid-dekasteru tiegħu, inkluż dipartimenti tal-Gvern, entitajiet pubbliċi u awtoritajiet wara d-9 ta’ Mejju 2013? Jista’ jgħid kemm minn dawn il-ħaddiema ġew minn entitajiet pubbliċi u kemm ġew mill-privat jew kienu qegħdin ifittxu xogħol?

Response (CARDONA, CHRIS)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jispeċifika ż-żmien li għalih qed jitlob l-informazzjoni.

Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar — transfers ta' impjegati

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 5677, 2263 u 458 u jagħti informazzjoni dwar kemm saru transfers fl-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu mit-12 ta' Marzu sal-lum? Jista' jagħti din l-informazzjoni dettaljata dwar min kienu l-persuni milquta, il-postijiet minn u fejn imxew u jekk it-transfers sarux fuq talba tal-individwu jew le?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li minn 982 impjegat fl-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi, saru 27 transfers. Minnhom, 17 saru minħabba l-esiġenzi tas-servizz u 10 persuni oħra ġew trasferiti minħabba appointment ġdid.

Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar– lista aġġornata tal-persons of trust

Question

Jista’ l-Ministru jressaq lista aġġornata li fiha jelenka l-ismijiet tal-konsulenti (inkluż persons of trust) li taw u ta’ dawk li għadhom qegħdin jagħtu is-servizz tagħhom lid-dekasteru tiegħu?

Response (CARDONA, CHRIS)

Nitlob lill-Onor. Interpellanta tispeċifika l-perjodu li għalih qed tirreferi.

Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar — xogħlijiet lill-kumpanija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħlijiet ingħataw lill-kumpaniji li d-dettalji tagħhom qed jingħataw separatament mill-Ministeru u mill-entitajiet, aġenziji, awtoritajiet, korporazzjonijiet kollha li jaqgħu taħt ir-responsabilità tiegħu bejn Jannar 2000 u Marzu 2013, sena b’sena? Jista’ jgħid fiex kien jikkonsisti x-xogħol u kemm kien il-ħlas li sar f’kull każ? Jista’ jgħid jekk kull biċċa xogħol ingħatatx wara sejħa għall-offerti jew jekk hux b’direct order?

Response (CARDONA, CHRIS)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Direttorat tat-Trade — applikazzjonijiet għal-liċenzja ta’ brokering

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienu l-applikazzjonijiet approvati u dawk mhux approvati mid-Direttorat tat-Trade għal-liċenzja ta’ brokering taħt il-Military Equipment (Export Control) Regulations (S.L. 365.13) kull sena mill-2007 sal-2014? Jista’ jagħti d-dettalji tad-data ta’ kull applikazzjoni, kemm dawk li ġew approvati kif ukoll dawk li ma ġewx, jew li għadhom pendenti?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-dipartiment tal-Kummerċ irċieva erba’ applikazzjonijiet għal ħruġ tal-liċenzji ta’ broker tal-armi. L-ebda minn dawn l-applikazzjonijiet ma ġew approvati minħabba l-fatt li din kienet l-ewwel darba li saru applikazzjonijiet ta’ din ix-xorta u għaldaqstant għad iridu jsiru konsultazzjonijiet mal-Pulizija u entitajiet oħra konċernati. Id dati tal applikazzjonijiet huma 14.9.2013, 1.11.2013, 29.11.2013 u 7.7.14

Malta Freeport — impjegati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm daħlu impjegati full-time jew part-time fil-Malta Freeport mid-19 ta’ Settembru 2013 sal-lum? Jekk daħlu xi impjegati, jista’ jgħid dawn minn liema lokalitajiet huma?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Malta Freeport Corporation ma mpjegat l-ebda persuna fiż-żmien mitlub minnu.

Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar — bordijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-bordijiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista' jgħid għal kemm kienet tammonta l-ispiża tal-ħatriet fuq dawn il-bordijiet fis-sena 2012 u fis-2013 u kemm hu stmat li se tkun l-ispiża fis-sena kurrenti?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni għadha qed tinġabar.

Start Ups — skemi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid xi skemi hemm miftuħin bħalissa għall-istart ups?

Response (CARDONA, CHRIS)

L-iskemi li għandha miftuħin bħalissa l-Malta Enterprise huma kollha miftuħin għal start-up enterprises. Dan dejjem jiddependi mis-settur u l-eliġibilità tal-attività tal-istart-up. Partikolarment ta’ interess għall-istart-ups huma l-Business Advisory Scheme u l-Business Development Scheme. Dettalji dwar dawn l-iskemi jistgħu jinkisbu mis-sit elettroniku ta’ Malta Enterprise jew billi wieħed jikkuntattja l-uffiċċju ta’ Business First f’Gwardamangia. Fiż-żmien li ġej se tkun imnedija wkoll skema kompletament ġdida, li d-dettalji tagħha se jkunu mħabbra dalwaqt, u li se tkompli tagħti aktar impetu lill-kumpaniji ġodda. Fl-istess waqt, ta’ min jirrimarka dwar il-proċess li jinsab għaddej biex ikun hemm streamlining tal-iskemi ta’ inċentivi mogħtija minn Malta Enterprise, biex ikun evitat li jkun hemm skemi li fl-aħħar mill-aħħar jimmiraw għall-istess oġġettivi u minflok qed jinħolqu skemi li mistennija jgħinu lill-intrapriża f’oqsma diversi, biex jilħqu miri diversi, skont il-ħtiġijiet tagħhom.

Segretarju Parlamentari għall-Kompetittività u Tkabbir Ekonomiku – nisa f’pożizzjoni ta’ deċiżjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm nisa f'pożizzjoni ta' deċiżjoni fi ħdan id-dipartimenti li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tas-Segretarju Parlamentari għall-Kompetittività u Tkabbir Ekonomiku? Liema hija l-kariga ta' dawn in-nisa?

Response (CARDONA, CHRIS)

Nitlob lill-Onor. Interpellant tispeċifika għal liema pożizzjonijiet qed tirreferi għalihom.

Segretarju Parlamentari għall-Kompetittività u Tkabbir Ekonomiku – nisa f’pożizzjoni ta’ deċiżjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid minn Marzu 2013 sal-lum kemm inħatru nisa f'pożizzjoni ta' deċiżjoni fi ħdan id-dipartimenti li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tas-Segretarju Parlamentari għall-Kompetittività u Tkabbir Ekonomiku?

Response (CARDONA, CHRIS)

Nitlob lill-Onor. Interpellant tispeċifika għal liema pożizzjonijiet qed tirreferi għalihom.

Segretarju Parlamentari għall-Kompetittività u Tkabbir Ekonomiku – persuni f’pożizzjoni ta’ deċiżjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hu l-persentaġġ ta' nisa u rġiel li jokkupaw pożizzjoni ta' deċiżjoni fi ħdan id-dipartimenti li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tas-Segretarju Parlamentari għall-Kompetittivita’ u Tkabbir Ekonomiku?

Response (CARDONA, CHRIS)

Nitlob lill-Onor. Interpellant tispeċifika għal liema pożizzjonijiet qed tirreferi għalihom.

Submarine Fibre-Optic Data Cable

Question

Jista' l-Minsitru jgħid xi żviluppi kien hemm rigward it-Technical and financial documents sottomessi mill-Malta Enterprise għal kofinanzjament mill-Unjoni Ewropea dwar il-vijabilità biex jitpoġġa t-tieni submarine fibre-optic data cable bejn Malta u Għawdex?

Response (CARDONA, CHRIS)

Grazzi għall-Malta Enterprise nista nħabbar li l-istudju dwar fattibilità għat-tqegħid ta’ submarine fibre-optic data cable taħt il-baħar biex ikabbar il-konettività bejn Malta u Għawdex, f-aħħar, wara 20 sena ta’ stennija, issa jinsab fil-fażi ta’ tender.

Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar – nisa f’pożizzjoni ta’ deċiżjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm nisa f'pożizzjoni ta' deċiżjoni fi ħdan id-dipartimenti li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-Ministeru tiegħu? Liema hija l-kariga ta' dawn in-nisa?

Response (CARDONA, CHRIS)

Nitlob lill-Onor. Interpellant tispeċifika għal liema pożizzjonijiet qed tirreferi għalihom.

Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar– nisa f’pożizzjoni ta’ deċiżjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid minn Marzu 2013 sal-lum kemm inħatru nisa f'pożizzjoni ta' deċiżjoni fi ħdan id-dipartimenti li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-Ministeru tiegħu?

Response (CARDONA, CHRIS)

Nitlob lill-Onor. Interpellant tispeċifika għal liema pożizzjonijiet qed tirreferi għalihom.