Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' eżamijiet li saru diġa' għall-kaċċaturi u nassaba matul din is-sena?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li n-numru ta' Applikanti li gew ipproċessati din is-sena sas-6 ta' Ottubru 2000 huwa ta' 579. Dan in-numru ma jirrifflettix in-numru ta' eżamijiet għaliex kull applikant jista' jerġa jiġi għall-eżami, minħabba li ma jkunx għadda.
Kemm fil-fatt huma n-numru ta' kaċċaturi u nassaba li sena b'sena matul dawn l-aħħar snin għamlu dan l-eżami u x'kienu l-ħlasijiet li tħallsu sena b'sena mill-kaċċaturi għal dawn l-eżamijiet?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li in-numru ta' Applikanti għal-Liċenzji tal-Kaċċa u Nsib ipproċessati mid-Dipartiment għall-Ħarsien ta' l-Ambjent sena b'sena, min-1996 l'hawn huwa kif gej:
SENA NUMRU TA' APPLIKANTI
--------------------------------------------------------------
1996 592
1997 1176
1998 625
1999 607
Ma kien hemm l-ebda ħlas li sar lid-Dipartiment biex isiru dawn l-eżamijiet.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mill-5 ta' Jannar, 2000 sal-10 ta' Settembru, 2000 lill-ħaddiema tad-Dipartiment ta' l-Indafa Pubblika? Jista' jagħti r-raġuni għaliex saru dawn it-trasferimenti każ b'każ? Jista' jgħidjekk hux il-ħsieb li jsiru aktar trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li fil-perjodu imsemmi ingħataw erbgħa u tletin (34) transfer mid-Dipartiment ta' l-Indafa Pubblika.
Dawn kienu: 2 Persuni gew trasferiti għad-Divisioni ta' l-Edukazzjoni;
2 Persuni gew trasferiti għad-Divisioni tas-Saħħa;
1 Persuna waħda giet trasferita għad-Divisjoni tax-Xogħlijiet;
Dawn it-trasferimenti saru fuq talba tal-Ħaddiema stess.
4 Persuni gew trasferiti għad-Dipartiment ta' l-Agrikultura wara li ħadu promozzjoni;
4 Persuni gew trasferiti għad-Divizjoni tas-Saħħa wara sejħa ta' Applikazzjonijiet;
21 Persuna gew trasferiti għall-Unit għal-Ambjent Nadif fl-istess Ministeru għall-Ambjent.
Dawn saru skond il-ħtieġa tad-Dipartiment.
Jekk fil-futur isiru xi trasferimenti oħra, dawn isiru skond l-esiġenzi tad-Dipartiment jew ta' l-individwi.
Jista' l-Ministru jara li jintbagħat uffiċjal u jinvestiga x-xogħlijiet ta' tindif li jenħtieġu jsiru fil-qasam tad-djar Ta' Mlit, Mosta, fejn fil-preżent hemm telqa totali?
Jista' d-dipartiment jara li jirrimedja dan il-bżonn sabiex l-inħawi jkunu nodfa u r-residenti jkollhom ambjent aħjar? Jekk fl-affermattiv, meta?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Nirreferi l-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt għal-mistoqsija Parlamentari numru 19922 seduta 392.
Peress li l-playing field fl-Imtarfa teħtieġ li titnaddaf aħjar, jista' l-Ministru jara li d-dipartiment jagħmel dan ix-xogħol sabiex it-tfal ikollhom ambjent aħjar? Jekk fl-affermativ, meta?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Nirreferi l-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt għal-mistoqsija Parlamentari numru 19922 seduta 392
Peress li toroq fl-inħawi tal-qasam tad-djar Ta' Mlit, Mosta, jeħtieġu li jiġu rranġati kawża ta' l-istat ħażin li jinsabu fihom, ukoll minħabba li Triq Trinċetta fl-aħħar parti tagħha mhijiex maħsuba biex tilqa' għall-ilmijiet tax-xita li jgħaddi f'din il-parti, jista' l-Ministru jwettaq ix-xogħlijiet meħtieġa u dan anke sabiex it-tmien familji li joqogħdu f'din it-triq ma jibqgħux jgħerrqu fl-ilma tax-xita? Jekk fl-affermattiv, meta?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Nirreferi l-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt għal-mistoqsija parlamentari numru 19922 seduta 392.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhu jagħmel bħalissa id-Dipartiment tal-Ambjent biex jikkontrolla il-ħruġ ta' duħħan velenuż minn vetturi meta dan ġie iddikjarat internazzjonalment bħala ta' theddid għas-saħħa?
Id-dipartiment għandu tagħmir effikaċi biex jikkontrolla u jipprova jelimina dan il-velenu?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li dan id-Dipartiment ma għandu l-ebda tagħmir biex jikkontrolla d-dħaħen minn vetturi.
Il-Kontroll fuq il-vetturi jsir mid-Dipartiment tal-Licencing & Testing.
L-Onor. Interpellant għalhekk mitlub jirreferi il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru koncernat.
Jista' l-Ministru jara li fl-inħawi tal-HE Ta' Mlit, fil-Mosta jsir landscaping aħjar ta' din l-area?
Jista' l-Ministru jara li immedjatament jintbagħtu uffiċjali tad-Dipartiment ta' l-Ambjent sabiex iwettqu l-preparamenti meħtieġa għall-programm tal-landscaping f'dawn l-inħawi tal-Mosta?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru koncernat.
Jista' l-Ministru jara għaliex Triq il-Kaħwiela kantuniera ma' Triq Santa Marija f'Ħaż-Żabbar hija sors ta' għargħar kull darba li tagħmel ħalba xita sew b'periklu għar-residenti u l-proprjeta' tagħhom?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ħadt nota tas-suġġeriment ta' l-Onor. Interpellant.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari numru 19557 kollha billi jelenka fiex kien jikkonsisti s-safety equipment li kellhom il-ħaddiema dakinhar ta' l-inċident fiċ-Ċirkewwa?
Jista' l-Ministru jgħid meta se jiġi upgraded l-ambjent madwar il-housing estate ta' l-Erba' Mwieżeb f'San Pawl il-Baħar, partikolarment għalqa fil-viċin u mad-dawra li tħalliet żdingata
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Peress li l-funzjoni li għalieh qed jirreferi l-Onor. Interpellant hi waħda minn dawk mgħodija lill-Kunsilli Lokali, nissuġġerilu li jindirizza l-mistoqsija tiegħu direttament lill-Kunsil Lokali koncernat.
B'riferenza għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari numru 19713, jista' l-Ministru jagħti breakdown inkluż l-isem tal-kuntratturi li tħallsu s-somma ta' Lm3,153,334.05 f'kuntratti?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li l-Lista tal-Kuntratturi li ħadmu fil-Kavallier ta' San Ġakbu hi kif ġej:
KUNTRATTUR DESKRIZJONI AMMONT
-------------------------------------------------------------------------------------------------------------------------------------
England & England Consultancy fees 179,388.07
Paul Mailaq Mechanical Eng. Consultancy 18,638.75
Camilleri & Camilleri Electrical Eng. Consultancy 20,898.50
Pillow Space Frames Ltd. Space frames domes 233,989.55
Central Power Installations Mech. & Elect. Services 706,978.60
Ballut Blocks Structural Works Phase 2 388,094.17
Michael Ellul Consultancy fees 8,239.00
Hal Mann Ltd. Finishing Works Phase 1 271,700.00
Colin Farrugia Franka Stone 4,113.38
Pillow Space Frames Ltd. Theatre Equip. Cast Iron Structure 90,700.00
I.T.C. Ltd. Theatre Equipment 124,396.64
Hal Mann Ltd. Finishing Works Phase 2 495,900.00
Theatre Projects Cons. Theatre Consultancy 57,150.66
Bezzina Trading Yard Restoration Works Phase 1 14,779.34
Bezzina Trading Yard Restoration Works Phase 2 5,300.81
M.S.D. Main entrance Red deal door 2,129.00
M.S.D. Iroko partition/window 6,732.00
M.S.D. Red deal doors 2,600.00
Enemalta Corp. Elecrical Sub Station 20,086.00
Island Developers Iroko door 2,351.75
Gozo Aluminium Works Two leaf iroko door 2,380.00
Attard & Grech Two leaf iroko door 2,390.00
Andrew Vassallo Catwalk 1,657.36
Bayswater Engineering Restoration works Phase 3 6,706.05
B.D. Atherson Ass. Fire Protection Consultancy 770.50
Spoton Gypsum Waterproof boards 2,212.00
I.T.C. Ltd. Electrical Installation 6,497.50
K.P.M.G. Consultancy Service 7,130.00
J. Desira Excavation of Pit 300.00
La Sana Casa Drilling of Holes 495.00
Prof. R. Demarco Consultancy Service 23,000.00
England & England Feasibility study for Mech. Ventilation 2,510.59
Ballut Blocks Design, Excav. & Const. Works 192,434.19
Ballut Blocks/G. Xuereb Ltd. Design & Construction Works 229,476.80
Gino Vassallo Demolition of Roof 600.00
Ballut Blocks Ltd. Drilling of Boreholes 400.00
Link Projects Mobile Power scaffolding 919.75
Gaetano Caruana Electrical Hoist 472.60
__________
Lm3,134,518.56
Id-Diskrepanza li tidher fl-ammont hawn fuq imsemmi ma dik tat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari numru 19713, huwa dovut għal-kuntratt li ma kellux x'jaqsam max-xogħol li sar fuq il-Kavallier ta' San Ġakbu u bi żball gie inkluż mat-total tal-kuntratti tal-mistoqsija numru 19713.
Jista' il-Ministru jgħid x'passi dixxiplinari ttieħdu matul din is-sena kontra il-ħaddiem li jaħdem fil-kumpless tal-Park Nazzjonali f' Ta' Qali u li d-dettalji tiegħu qegħdin jingħataw separatament?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li ma jirriżultax li fil-Kumpless tal-Park Nazzjonali f' Ta' Qali jeżisti il-ħaddiem insemmi.
Jista' l-Ministru jgħid jekk kienx hemm rapporti dwar nugrufun li qed jaqa' fl-area magħrufa bħala f'Ta' Farsina, Qormi? Jekk iva, x'sar jew x'se jsir dwaru?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li d-Dipartiment għall-Ħarsien ta' l-Ambjent qatt ma rċieva rapporti rigward dan il-kaz.
Dipartiment tal-Manifattura u Servizzi — Trasferimenti ta' Ħaddiema
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mill-5 ta' Jannar 2000 sa l-10 ta' Settembru 2000 lill-ħaddiema tad-dipartiment tal-manifattura u servizzi? Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għaliex saru dawn it-trasferimenti każ b'każ? Jista' jgħid jekk huwiex il-ħsieb li jsiru aktar trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li bejn il-5 ta' Jannar 2000 u 10 ta' Settembru 2000 saru dawn it-trasferimenti lil-ħaddiema tad-Dipartiment tal-Manifattura u Servizzi:
1 Clerk li mar l-A.C.S.U. fit-22.05.2000;
1 Assistent Technical Officer li mar id-Dipartiment tad-Dranaġġ fid-29.03.2000;
1 Senior Tradesman li mar fid-Dipartiment tal-Kostruzzjoni u Manutenzjoni fit-22.05.2000;
1 General Hand li mar il-Health Division fil-25.02.2000.
Dawn it-trasferimenti saru kollha fuq talba personali tal-ħaddiema stess.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mill-5 ta' Jannar 2000 sa l-10 ta' Settembru 2000 lill-ħaddiema tad-dipartiment tad-drenaġġ? Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għaliex saru dawn it-trasferimenti każ b'każ? Jista' jgħid jekk huwiex il-ħsieb li jsiru aktar trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li bejn il-5 ta' Jannar 2000 u l-10 ta' Settembru 2000 saru dawn it-trasferimenti mid-Dipartiment tad-Dranaġġ:
1 Technincal Officer li mar id-Dipartiment tal-Manifattura u Servizzi fl-20.02.2000;
1 Watchman li mar il-Watchmen Section fl-14.01.2000;
4 General Hands li marru fid-Dipartiment tal-Kostruzzjoni u Manutenzjoni fl-14.01.2000.
Dawn it-trasferimenti saru minhabba l-esiġenzi tas-servizz.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda mal-garaxxijiet tal-gvern mill-5 ta' Jannar 2000 sa l-10 ta' Settembru 2000? Jekk fl-affermattiv jista' l-Ministru jgħid, meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi? Jekk jirriżulta li ġew impjegati mingħajr ma ħarġu applikazzjonijiet, jista' l-Ministru jgħid kemm dawk impjegati kien ilhom applikati għal imsemmi impjieg? U jekk jirriżulta li lanqas kienu applikati għall-imsemmi impjieg, jista' jgħid xi kriterji ntużaw biex dawn ingħataw l-impjieg in kwestjoni?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li ma' ġewx impjegati ħaddiema ġodda mal-Garaxxijiet tal-Gvern bejn il-5 ta' Jannar 2000 u 10 ta' Settembru 2000.