Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #26767 Sitting 565 2001-06-27 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

WTO

Question

Jista' l-Ministru jispjega l-fatt li filwaqt li l-Gvern qed jgħid li l-protezzjoni tal-Biedja trid tispiċċa minħabba r-regoli tal-WTO sa sena 2010, jirriżulta li hemm 37 pajjiżi fosthom l-Amerika, l-Awstralja, Norway, New Zealand, Tunisia, Polonja u Israel li talbu għall-Tariff Quotas li tipperemitti WTO stess sabiex il-pajjiżi tad-dinji jipprotteġju l-biedja tagħhom?

Response (ZAMMIT, NINU)

Risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #26768 Sitting 565 2001-06-27 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Special Safeguards

Question

Jista' l-Ministru jgħid kif jispjega l-fatt il-Ministru, li filwaqt li l-Gvern qed jgħid li l-protezzjoni tal-Biedja trid tispiċċaw minħabba r-regoli tal-WTO sa sena 2010 jirriżulta li hemm 378 pajjiżi fosthom Svizzera u Liechtenstein, Ungerija, Rep. Ċeka, Marocco u Bulgarija li talbu għall-special safeguards provisions li tippermetti WTO stess sabiex il-pajjiżi tad-dinja jipprotteġju l-Biedja tagħhom ?

Response (ZAMMIT, NINU)

Risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #26770 Sitting 565 2001-06-27 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Association Agreement

Question

Jista' l-Ministru jgħid kif jispjega l-fatt il-Ministru li filwaqt li jgħid li ma' jeżistux toroq oħra għall-Malta ħlief dik ta' sħubija ta' Malta fl-UE, mill-1995 l-UE għamlet diversi association agreements mal-pajjiżi tal-Mediterran bħal dawk li diġa għandha ma' Malta, fejn saħansitra l-ħut tal-fish farms tat-Tunesija qed jiġi esportat bl-eżenjoni ta' 15% tad-dazju li timponi l-UE fuq Malta minkejja li pajjiżna qabel l-1995 kellha applikazzjoni attiva għas-sħubija sħiħa?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-ftehim li UE għandha mat-Tunesija jkopri il-prodotti agro-alimentari kollha u huwa reċiproku. Dan kien possibli għaliex il-prodotti agrikoli Tuneżini kienu bi prezz li jistgħu jikkompetu mal-prodotti Ewropej. Infakkar lill-Onorevoli Interpellant li Malta kienet laħqet ftehim sabiex tneħħi l-levy tal-15% fuq il-ħut ta' l-Akwakultura kif wkoll kien jinvolvi d-dullieħ, patata, gallettini u birra. Dan kollu kien waqqaf mal-iffriżar tal-applikazzjoni ta' Malta għas-sħubija. Fil-preżent in-negozjar tat-tneħħija tal-levy jinsab fi stadju avanzat.
Leg 9 PQ #26759 Sitting 564 2001-06-27 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Bdiewa

Question

Jista' l-Ministru jgħid kif jispjega l-impatt tar-rapport ta' l-istitut agronomiku ta' Bari dwar l-impatt fuq il-Biedja fil-gżejjer tagħna wara li Malta ssir membru ta' l-UE? Jista' jgħid minn fejn il-Gvern se jġib il-fondi sabiex iżomm il-wegħda tiegħu lill-bdiewa raħħala u sajjieda ċioe li jkunu x'jkunu iċ-ċirkustanzi bis-sħubija ta' Malta fl-UE, l-bdiewa, raħħala u sajjieda mhuma se jitilfu xejn għaliex il-Gvern se jikkompenshom għall-flus jekk ikun il-każ li jitilfu?

Response (ZAMMIT, NINU)

Naħseb li r-rapport imsemmi huwa ċar biżżejjed. Jiddependi mill-eżitu tan-negozjati.
Leg 9 PQ #26760 Sitting 564 2001-06-27 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Urban & Rural Landscaping

Question

Jista' l-Ministru jispjega l-fatt li rapport ta' l-UE dwar il-Biedja jikkonferma li l-Gvern lanqas policy tal-biedja u dik ta' l-iżvilupp rurali ma' kellu mindu rrijattiva l-applikazzjoni ta' Malta għall-sħubija fl-UE? Jikkonferma l-Ministru li din l-amministrazzjoni sabet imwaqfa sezzjoni ġdida l- Urban u Rural Landscaping, u l-proġetti ta' żewġ serrer speċjalizzati f'tal-Kmand ħalli jiproduċu siġar tal-frott u dwieli ħielsa mill-mard għall-bdiewa u l-proġett ta' rijabilitazzjoni ta' Wied il-Qlejjgħa fost xogħol u inizjattivi oħra u dan meta ikkritika lill-Gvern preċedenti li m'għamel xejn?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ir-rapport tal-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej jirraporta li f'Malta ma hemmx politika agrikola jew ta' żvilupp rurali li hija kompatibbli ma dik ta' l-Unjoni Ewropeja. Le ma nistax nikkonferma li ġiet imwaqqfa xi sezzjoni ġdida, iżda lis-sezzjoni tal-Ġonna u Msaġar inbidlilha isimha. Il-Proġett ta' tal-Kmand f'Ħal Lija bdih il-Gvern Nazzjonalista u l-proġett ta' riabilitazzjoni ta' żoni naturali kien maħsub mill-Gvern Nazzjonalista u kellu jibda minn Ħad-Dingli, iżda billi l-Onor. Interpellant kien Ministru u hu kien mir-Rabat beda minn Wied il-Qlejjgħa u wettaq biss il-fiddien xogħol li kien bdih il-Gvern Nazzjonalista bil-għajnuna tal-Gvern Taljan permezz tal-Missjoni Militare Taljana f'Malta.
Leg 9 PQ #26761 Sitting 564 2001-06-27 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Hands on Farming

Question

Jista' l-Ministru jinfurmani kemm inġabu annimali ġodda matul l-1999, 2000 u 2001 sabiex il-programm edukattiv Hands on Farming jkompli jikseb il-popolarita' tiegħu mal-istudenti lokali?

Response (ZAMMIT, NINU)

Risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #26762 Sitting 564 2001-06-27 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Bolla

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm fil-fatt għola l-pagament tal-bolla tas-sigurta' soċjali għall-bdiewa, raħħala u sajjieda matul l-1999,2000 u 2001? Kemm kien in-numru ta' bdiewa, raħħala u sajjieda separatament li talbu għall-ħlas tas-sussidju fl-istess perjodu u kemm minnhom ġew aċċettati? Kemm baqa' pagamenti pendenti?

Response (ZAMMIT, NINU)

Iz-zieda tal-bolla tas-sigurta' soċjali għall-bdiewa, raħħala u sajjieda hija determinata mill-Ministeru ta' l-Politika Soċjali. Għaldaqstant, l-Onor Interpellant għandu jirreferi l-ewwel parti tad-domanda lill-Ministeru kkonċernat. Dwar statistika separata ta' rifużjoni ta' bolla għal-bdiewa, raħħala u sajjieda nirreferi lill-Onor Interpellant għall-Mistoqsija Parlamentari Nru 6242 (li kien wieġeb hu stess) u għall-Mistoqsijiet Paramentari Nru 18160 u 18711 fejn ġie nfurmat li dan il-Ministeru qatt ma żamm statistika separata ta' bdiewa, raħħala u sajjieda li jibbenefikaw mir-rifużjoni tas-sigurata' socjali u l-figuri tal-benefiċċjari dejjem kienu motgħija b'mod globali. Nixtieq ninforma lill-Onor Interpellant, li n-numru ta' bdiewa, raħħala u sajjieda li talbu għar-rifużjoni matul 1999 kien ta' 1076 u ġew aċċettati 1011. L-applikazzjonijiet għas-sena 2000 għadhom qed jiġu vverifikati. Bdiewa, raħħala u sajjieda japplikaw għar-rifużjoni tas-sigurata' socjali għas-sena 2001 matul is-sena d-dieħla.
Leg 9 PQ #26764 Sitting 564 2001-06-27 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

UE

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hija ċ-ċifra ta' flus f'sussidju li l-UE sa issa tat lill-Gvern Malti sabiex tingħata lill-bdiewa, raħħala, sajjieda u l-Agro Industrija għall-investiment li jridu jwettqa sabiex ikunu konformi mar-regoli tal-CAP?

Response (ZAMMIT, NINU)

Minħabba li l-applikazzjoni ta' Malta kienet iffriżata Malta ma setgħetx tibbenefika minn programmi tal-Unjoni Ewropea għall-għan indikat mill-Onor. Interpellant. Dawn huma parti mill-flus li l-Partit Soċjalista fil-Gvern tellef lill-Malta meta iffriża l-applikazzjoni ta' Malta u dak kollu li ġġib magħha.

Allowance

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari nru. 26419 dwar kemm kien hemm uffiċjali pubbliċi minn skala 5 il fuq kif wkoll konsulenti mal-Gvern illi mill-ewwel ta' Jannar 2001 ġew mogħtija jew żieda f'xi allowance jew xi allowance ġdid kompletament u x'pozizzjoni qed jokkupaw dawn l-uffiċjali. Jista' jwieġeb din il-mistoqsija b'riferenza għad-dipartimenti w entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista' jgħid min huma dawn l-uffċijali? Kemm ingħatat żieda jew kemm hija l-allowance l-ġdida għal kull uffiċjal? X'inhija r-raġuni għal din iż-żieda jew allowance li qed tingħata għal kull uffiċjali?

Response (ZAMMIT, NINU)

Iż-żidiet fl-allowances u l-allowances ġodda għall-Uffiċjali pubbliċi u Konsulenti fil-Ministeru ta' l-Agrikoltura u Sajd u d-Dipartimenti li jaqgħu taħtu jinsabu fil-lista mehmuża.
Leg 9 PQ #26642 Sitting 563 2001-06-26 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Donazzjonijiet

Question

B'riferenza għal mistoqsija parlamentari nru. 25327, jista' l-Ministru jagħti lill-Kamra d-dettalji mitluba peress li l-informazzjoni mitluba: (1) tikkonċerna nfiq pubbliku; (2) biex il-Kamra tkun assigurata li t-tqassim ta' dawn l-għoti ta' donazzjonijiet jekk sar, sar b'ġustizzja, b'fairness, bla abbuż u mingħajr favoritiżmu; u (3) biex il-Kamra tkun assigurta li l-proċeduri wżati u li qed jintużaw huma korretti u fl-ambitu tar-regolamenti? Jista' l-Ministru jgħid ukoll jekk iħossx li bl-informazzjoni mitluba jkun qiegħed jikkonferma bil-fatti li jemmen fi trasparenza u amministrazzjoni bla ħabi u bla abbuż? Jista' jagħti din l-informazzjoni importanti dwar infiq pubbliku b'mod trasparenti peress li l-poplu għandu dritt ikun jaf? (PQ waslet 14/5/2001)

Response (ZAMMIT, NINU)

Jien m'inhiex sodisfatt li l-utilita' ta' l-informazzjoni dettaljata kif mitluba fil-Mistoqsija Parlamentari Numru 26642 tiġġustifika li jien nordna li din għandha tinġabar. Jekk, iżda, l-Onorevoli Interpellant għandu xi provi ta' każi partikulari fejn il-proċeduri ma sarux " b' trasparenza, mingħajr ħabi, bla bżonn u bla abbuż u mingħajr favoritiżmu" jgħidhomli u jien nara li jittieħdu l-passi meħtieġa.
Leg 9 PQ #26732 Sitting 563 2001-06-26 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Animal Welfare

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Gvern hux qed jibgħat il-xi ħadd jirraprezzentah f'konferenzi internazzjonali dwar l-animal welfare jew laqgħat oħra b'konnesjoni ma dan is-suġġett? Billi wasluli ilmenti minn attivisti favur id-drittijiet ta' l-annimali li jista' jkun hemm persuni li qed jippreżentaw ruhom bħala rappreżentanti tal-gvern fl-laqgħat internazzjonali ta' animal welfare, jista' jgħid liema laqgħat ta' dan it-tip ipparteċipa l-gvern Malti u minn min kien irrapreżentat f'kull laqgħa?

Response (ZAMMIT, NINU)

Risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #26756 Sitting 563 2001-06-26 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Patata

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma li din is-sena t-3000 tunnellata patata tal-varjeta Alpha bikrija ġabet prezz aktar mill-2000 tunnellata Sante? Jista' l-Ministru jagħti breakdown tal-prezzijiet li ġabet il-patata Sante bikrija u l-Alpha bikrija din is-sena?

Response (ZAMMIT, NINU)

Skond il-ftehim eżistenti dwar l-esportazzjoni tal-patata Alpha u Sante, il-prezz gross medju ta' din is-sena tat-3,000 tunellata Alpha u tat-1,939 tunellata Sante kienu NLG30.60 u NLG30.69 kull xkora ta' 25 kilo rispettivament. Pero' inżid ngħid li l-kumplament tal-kuntratt tal-Alpha jispeċifika: 1000 tunnellata oħra bil-prezz ta' 25.60 NLG 1000 tunnellata oħra bil-prezz ta' 23.60 NLG 500 tunnellata oħra bil-prezz ta' 20.00 NLG u 500 tunnellata oħra bil-prezz ta' 18.00 NLG li allura jfisser prezz medju għall-Alpha ta' 26.66 NLG. Id-Dipartiment ta' l-Agrikoltura għad irid jirċievi d-dettalji sħaħ u finali dwar il-bejgħ kollu tal-Alpha, fejn inbagħad tkun tista tingħata iktar informazzjoni dettaljata.
Leg 9 PQ #26612 Sitting 561 2001-06-25 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Retainers

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm u liema huma l-avukati jew ditti ta' avukati li għandhom retaining mal-Ministeru tiegħek u/jew ma' xi korporazzjonijiet u ażjendi parastatali li jaqgħaw taħt id-dikasteru tiegħek? X'inhuma ir-retainers u/jew it-terms tal-kuntratt f'kull każ?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ma hemm ebda avukat jew ditta ta' avukati li għandhom xi forma ta' kuntrat ta' retaining mal-Ministeru ta' l-Agrikoltura u Sajd. Dan il-Ministeru m'għandu ebda korporazzjoni jew ażjenda parastatli miegħu.
Leg 9 PQ #26143 Sitting 559 2001-06-22 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Kontijiet

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari nru. 25348, jista' l-Ministru jgħati lill-kamra d-dettalji mitluba peress l-informazzjoni mitluiba: 1) Tikkonċerna Nfieq Pubbliku 2) Biex il-Kamra tkun informata, kif wara kollox huwa d-dover tal-Gvern li jinforma, dwar il-posizzjoni tal-kontijiet finanzjarji tal-entitajiet governativi? 3) Biex il-Kamra tkun assigurata li l-proċeduri wżati u li qed jintużaw fi ħlasijiet u f'kontijiet pendenti huma korretti u fl-ambitu tar-regolamenti? Jista' l-Ministru jgħid jekk iħossx li bl-informazzjoni mitluba jkun qiegħed jikkonferma bil-fatti li jemmen fi trasparenza, u amministrazzjoni bla ħabi u bla abbuż? Fin-nuqqas li tingħata din l-informazzjoni, jista' jagħti raġuni għala, meta din hija informazzjoni importanti, tikkonċerna infiq pubbliku u l-poplu għandu dritt għaliha?

Response (ZAMMIT, NINU)

Infakkar l-Onor. Interpellant li biex tinġabar l-informazzjoni dettaljata dwar kontijiet tal-Maltacom plc, minn kull dipartiment u kull entita' oħra li jaqgħu taħt dan il-Ministeru - kif qiegħed jitlob li jsir - ikun jeħtieġ l-użu ta' riżorsi umani li wkoll jinvolvi nfieq pubbliku. Jien miniex sodisfatt li l-utilita' ta' l-informazzjoni dettaljata mitluba fil-Mistoqsija Parlamentari Numru 25348 tiġġustifika li jien nordna li din għandha tinġabar. Jekk iżda, l-Onor. Interpellant għandu xi provi ta' każi partikolari fejn il-proċeduri ma sarux "b'trasparenza, mingħajr ħabi, bla bżonn u bla abbuż u mingħajr favoritiżmu" jgħidhomli u jien nara li jittieħdu l-passi meħtieġa.
Leg 9 PQ #26525 Sitting 559 2001-06-22 Oral · Final From: FRANCIS AGIUS To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Dipartiment tal-Biedja u Sajd

Question

Jista' l-Ministru jagħti l-figuri għas-sena 2000 ta' kemm kienu a) l-bdiewa 1) full-time 2) part-time b) l-impjegati tad-Dipartiment tal-Biedja u Sajd totali u skond il-grad tagħhom

Response (ZAMMIT, NINU)

a) F'Diċembru 2000 in-numru tal-bdiewa full time reġistrati ma l-ETC kienu 1,791 u dawk part time li għandhom part time biss kienu 712. Eluf oħra jaħdmu raba part time barra x-xogħol full time regolari tagħhom. b) L-impjegati ta' dawn iż-żewġ Dipartimenti, fl-aħħar tas-sena 2000, kienu hekk: Dipartiment ta’ l-Agrikoltura 721 Dipartiment tas-Sajd u Akwakultura 51

Hastings

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex tneħħa parti mill-ħadid madwar l-ġnien ta' hastings dan l-aħħar?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninforma l-Onor. Interpellant illi l-ħadid madwar il-ġnien ta' Hastings ma tneħħiex mid-Dipartiment ta' l-Agrikoltura.
Leg 9 PQ #26495 Sitting 555 2001-06-19 Oral · Final From: FRANCIS AGIUS To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Quality Control

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm saru testijiet s'issa u x'kienu r-riżultati u l-ispiża fuq animali għall-marda tal-BSE? X'inhija r-rata tal-false positives u/jew false negatives għal dan it-test u fejn isir il-quality control fuq l-istess test?

Response (ZAMMIT, NINU)

Risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #25558 Sitting 552 2001-06-13 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Impjegati Ġodda

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda mall-Ministeru w entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu mill-11 ta' Settembru 2000 sal-lum? Jekk fl-affermattiv, jista' l-Ministru jgħid meta ħarġu l-applikazzjonjiet għal dawn l-imjiegi? Jekk jirrizulta li ġew impjegati mingħajr ma' ħarġu applikazjonijiet, jista' jgħid kemm dawn l-impjegati kien ilhom applikati għal imsemmi impjieg? U jekk jirriżulta li lanqas kienu applikati għall-imsemmi impjieg, jista' jgħid xi kriterji intużaw biex jingħataw l-imsemmi impjieg? Jista' jgħid f'kull każ x'inhu s-salarju u x'inhuma l-kundizzjonijiet

Response (ZAMMIT, NINU)

Nirreferi l-Onor. Interpellant għar-risposta għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 25568 li saret lill-Prim Ministru.
Leg 9 PQ #25551 Sitting 551 2001-06-12 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Pubblikazjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid separatament kemm-il pubblikazjoni ġiet maħruġa mill-Ministeru u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul is-sena 1999, 2000 u 2001? Jista' jgħid separatament f'kull każ x'kienet ir-raġuni tal-pubblikazzjoni, liema kienet u kemm-il kopja ġiet stampata? Jista' jgħid f'kull każ min stampa u għamel l-artwork u colour sepations? Jista' jgħid separatament f'kull każ kemm sar ħlas għall-istampar, artwork, colour separations, posta, distribuzzjoni etc?

Response (ZAMMIT, NINU)

No response available.