Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #34420 Sitting 765 2002-07-02 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għall-Affarijiet Barranin

MIC

Question

Billi l-MIC saħansitra bgħatu ittri indirizzati lis-self employed lill-familji li lanqas għandhom membri self-employed fi ħdanhom, jista' l-Ministru jgħid kemm intbagħtu ittri dan l-aħħar joffru serħan il-moħħ lil din il-kategorija ta' nies dwar l-impatt ta' sħubija sħiħa fl-UE fuqhom?

Response (BORG, JOE)

Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-ittri li bgħat l-MIC biex joffri servizz ta' inforrmazzjoni lin-negozjanti ż-żgħar ma ntbagħtux biss lis-self employed iżda lill-ażjendi kummerċjali wkoll. L-ammont ta' ittri li ntbagħtu kien ta' 16,399.
Leg 9 PQ #34421 Sitting 765 2002-07-02 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għall-Affarijiet Barranin

MIC

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema aġenzija/aġenziji tar-riklami għamlu xogħol għall-MIC fis-sena 2000 u din is-sena s'issa ? Kemm tħallsu għax-xogħol tagħhom sal-lum?

Response (BORG, JOE)

L-aġenziji tar-riklamar li ntużaw fis-snin imsemmija mill-Onorevoli Interpellant huma dawn: Isem tal-Kumpanija 2002 Somma minfuqa s’issa 2001 Somma minfuqa matul is-sena 2000 Somma minfuqa matul is-sena LM LM LM MPS 511.75 1659.45 Ikkreaja 845.25 1955.00 AIM 1813.55 6601.01 572.13 Orange Peel 1828.56 Media Masters 381.46 Repro House 132.71 307.05 Storm Advertising 445.44 296.64 JP Advertising 800.40 1905.55 759.00 Mizzi Graphics 86.25 641.70 5169.39 Visual Trends 23.00 1058.58 920.00
Leg 9 PQ #34366 Sitting 764 2002-07-02 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru għall-Affarijiet Barranin

Environment Impact Assessment

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm il-Environment Impact Assessment/Statement saru minn Settembru ta' l-1998 sal-lum, fuq talba tal-ministeru u d-dipartimenti li jaqgħu taħtu? Minn min saru u kemm swew?

Response (BORG, JOE)

Ma saret ebda talba għal xi Environment Impact Assessment/Statement mill-Ministeru.
Leg 9 PQ #34417 Sitting 763 2002-07-01 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Ministeru għall-Affarijiet Barranin

MIC — Familiarisation Visits

Question

Jista l-Ministru jagħti lista ta' ġurnalisti u nies oħrajn li ntbagħtu Brussels fuq familiarisation visits mill-MIC?

Response (BORG, JOE)

Il-lista ta' ġurnalisti u nies oħrajn li ntbagħtu Brussell fuq żjarat ta' familjariżżazzjoni hija kif ġej: Karl Stagno-Navarra Chris Scicluna Joseph Felice Pace Charles Muscat Ingrid Brownrigg Nathaniel Attard Tony Gaffiero Ruth Amaira Mario Xuereb Reno Bugeja Joe Mifsud Martin Debattista Nixtieq nżid, sabiex jiġi evitat kwalunkwe ekwivoku, li, skond informazzjoni li ngħatajt, kien hemm ġurnalist wieħed biss li applika mis-"Super One" u dan intagħżel.
Leg 9 PQ #34287 Sitting 761 2002-06-25 Oral · Final From: MICHAEL BONNICI To: Ministeru għall-Affarijiet Barranin

Scholarship

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm applikanti Maltin għal scholarships mid-diversi li jiġu ippubblikati fil-gazzetta tal-gvern matul is-sena 2000 u 2001? Kemm minn dawn ġew awarded l-ischolarship u f'liema pajjiżi u fl-liema suġġetti ta' għażla?

Response (BORG, JOE)

Qed nagħti t-tagħrif mitlub mill-Onorevoli Interpellant fiż-żewġ tabelli mehmuża ma' din it-tweġiba.
Leg 9 PQ #34253 Sitting 760 2002-06-24 Oral · Final From: GEORGE VELLA To: Ministeru għall-Affarijiet Barranin

Affarijiet Barranin — Xogħol Dimplomatiku - Ajruplan Privat

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra minn Settembru 1998 sal-lum kemm-il darba ntuża ajruplan privat imħallas minn fondi pubbliċi sabiex issir xi laqgħa konnessa ma' xogħol diplomatiku tal-Ministeru tiegħu? Kien hemm drabi li fihom saru vjaġġi permezz ta' l-ajruplan Concorde? Kemm kienet tammonta l-iżpiża f'kull każ? Min kienu l-membri tad-delegazzjonijiet li għamlu użu minn dan is-servizz u x'kien ir-rwol ta' kull wieħed minnhom fid-delegazzjoni?

Response (BORG, JOE)

Il-Ministeru ma juża ebda ajruplan privat biex iwettaq ix-xogħol tiegħu. Ikun hemm każi iżda meta jien u xi uffiċċjali mill-Ministeru tiegħi vjaġġajna b'ajruplan privat bħala parti minn delegazzjonijiet uffiċċjali mmexxija mill-Prim Miinistru u f'okkażżjoni waħda mill-Eċċellenza Tiegħu il-President. F'dawn il-każi l-arranġamenti jsiru mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru. Dwar it-tieni parti tal-mistoqsija ma kien hemm l-ebda vjaġġ permezz ta' l-ajruplan Concorde.
Leg 9 PQ #34255 Sitting 760 2002-06-24 Oral · Final From: GEORGE VELLA To: Ministeru għall-Affarijiet Barranin

Affarijiet Barranin — Servizz Mediku u Dentali

Question

Jista' l-Ministru jagħti rendikont ta' l-ispiża totali li ntnefqet mill-ministeru għall-ħlas ta' allowances ta' servizz mediku u dentali għall-perijodu Settembru 1998 sa Mejju 2002? Kemm-il darba fl-istess perijodu ġie awtorizzat ħlas għal servizz ta' ajruplan jew helicopter ambulanza u f'kull każ kemm kienet l-ispiża? X'inhi l-politika tal-Ministeru għall-ħlas ta' servizz bħal dan? Kemm kien hemm talbiet għall-ħlas ta' allowances ta' servizz mediku u dentali li ġew rifjutati u kemm kien l-ammont ta' flus li kellu jiġi rifond lura mill-Ministeru matul l-istess perijodu? Kemm tammonta l-ispiża mħallsa lura għal talbiet magħmula minn ambaxxaturi ras għal ras meta mqabbla ma' l-ispiża mħallsa lura lill-uffiċjali l-oħra diplomatiċi?

Response (BORG, JOE)

Risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #34148 Sitting 758 2002-06-19 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għall-Affarijiet Barranin

UE

Question

Jista' l-Ministru jgħid min huma l-membri li ser jieħdu sehem fil-konvenzjoni tal-futur ta' l-unjoni ewropeja fil-laqgħat tal-persuni żgħażagħ? Kif intgħażlu dawn il-persuni?

Response (BORG, JOE)

Iż-żgħażagħ li ġew nominati mir-rappreżentant tal-Gvern u mis-sostitut tiegħu huma Ilaria Flores Martin u Samuel Azzopardi. Huma intgħazlu minn ġurija wara li sar konkors apposta għaż-żgħażagħ li esprimew interess. Dan bħala riżultat tal-pubblicita' li ngħatat permezz ta' stqarrija għall-istampa maħruġa fid-19 ta' Mejju 2002 , u abbażi tal-kriterji stabbiliti fl-istess stqarrija.
Leg 9 PQ #32587 Sitting 757 2002-06-18 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Affarijiet Barranin

UE — SMPPMA

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'kienet ir-raġuni li l-Gvern bgħat lill-UE it-tieni rapport tal-SMPPMA bla ma ġie diskuss u jew approvat mill-għaqdiet tal-bdiewa, raħħala, sajjieda u l-agro industrija lokali?

Response (BORG, JOE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-SMPPMA kien is-suġġett ta' konsultazzjonijiet estensivi ma' l-għaqdiet tal-bdiewa, raħħala u l-agroindustrija lokali. Fil-fatt, saru numu ta' bidliet sinjifikanti fl-SMPPMA bħala riżultat ta' dawn il-konsultazzjonijiet. Inżid illi, kif għidt fir-risposta tiegħi għall-Mistoqsija Parlamentari numru 32440, fl-aħħar laqgħa tal-MEUSAC ġiet approvata il-pożizzjoni tal-Gvern dwar l-agrikoltura b'numru ta' riżervi li għaqdiet differenti għamlu fuq ċerti elementi tal-pakkett. Ma hemm l-ebda rabta bejn l-SMPPMA u s-sajd.
Leg 9 PQ #32437 Sitting 756 2002-06-18 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Affarijiet Barranin

UE — Sajd

Question

Jista' l-Ministru jinfurmani bl-aħħar pożizzjoni uffiċjali ta' l-UE dwar it-talba tal-Gvern Malti sabiex pajjiżna jibqa' jgawdi d-dritt li jikkundizzjona huwa skond il-kontinġenza ta' pajjiżna l-ibħra tal-kosta tas-Sajd Maltija? Jikkonferma li s'issa l-UE mhix tilqa' t-talba tal-Gvern Malti f'dan ir-rigward?

Response (BORG, JOE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fin-negozzjati ma' l-Unjoni Ewropea Malta talbet li żona ta' 25 mil nawtiku madwar il-gżejjer Maltin ikunu mmaniġġjati bħala żona ta' konservazzjoni. M'hux għaqli li f'dan l-istadju wieħed jikkummenta iżjed fuq din il-materja peress li n-negozjati fuq dan il-kapitolu għadhom ma ngħalqux.
Leg 9 PQ #32440 Sitting 756 2002-06-18 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Affarijiet Barranin

HICMROD

Question

Jista' l-Ministru jgħid kif jispjega l-fatt li dokument tal-veterinary and phytosanitary li kien approvat fil-MEUSAC bil-kundizzjoni li jkun approvat wkoll il-horizontal Issues, Common Market Organisations and Rural Development (HICMROD) intabagħat lill-UE meta fil-laqgħat tal-MEUSAC ma' ġiex approvat (l- HICMROD) Għaliex ladarba l-bdiewa u r-raħħala u s-settur ta' l-Agro-Industrija ma qablux u m'approvawx id-dokumenti; li ma kienx hemm aktar diskussjoni qabel saret din il-preżentazzjoni lill-UE?

Response (BORG, JOE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fl-aħħar laqgħa tal-MEUSAC ġçt approvata il-pożizzjoni tal-Gvern dwar l-agrikoltura, b'numru ta' riżervi li għaqdiet differenti għamlu fuq ċerti elementi tal-pakkett. Il-Gvern qed jaħdem bi sħiħ sabiex l-agrikoltura Maltija ssir iktar kompetittiva u b'saħħita. Ikun ferm aħjar kieku l-Oppożizzjoni taġġorna l-politika agrikola tagħha għaż-żminijiet ta' llum, minnflok ma tadotta posizijoni maqtugħa mir-rejaltajiet preżenti, kif qed tinsisti li tagħmel.
Leg 9 PQ #34111 Sitting 756 2002-06-18 Oral · Final From: GEORGE VELLA To: Ministeru għall-Affarijiet Barranin

Xiri ta' Bandieri Barranin

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm tammonta l-ispiża lill-ministeru għal xiri ta' bandieri ta' pajjiżi barranin matul il-perijodu bejn Settembru 1998 u April 2002? Kemm kien hemm inċidenti ta' ħsarat jew serq ta' bandieri matul l-istess perijodu? Kemm kienet l-ispiża totali? Kemm-il darba ġew infurmati l-pulizija b'każi ta' telf ta' bandieri u x'kienu r-riżultati ta' dawn l-investigazzjonijiet?

Response (BORG, JOE)

L-ispiża għal xiri ta' bnadar ta' pajjiżi barranin għall-perjodu minn Settembru 1998 sa April 2002 kienet tammonta għal LM9,623.80. Kien hemm rapport wieħed biss ta' serq ta' żewġ bnadar li jammontaw għal LM36.95, li seħħ bejn it-8 u l-10 ta' Mejju 2001 u li ġie rrapportat lill-pulizija fl-10 ta' Mejju 2001. Dwar ir-rizultati tal-investigazzjoni tal-puluzija fuq dan il-kaz, l-Onorevoli Interpellant mitlub jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Leg 9 PQ #32395 Sitting 755 2002-06-17 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Affarijiet Barranin

Prodotti ta' l-Ikel

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma dawk il-prodotti tal-ikel li se jkollhom restrizzjoni u kontrolli fuq l-importazzjoni qabel u wara s-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea?

Response (BORG, JOE)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jindirizza l-mistoqsija lill-Ministeru konċernat.
Leg 9 PQ #32396 Sitting 755 2002-06-17 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Affarijiet Barranin

UE — WTO

Question

B'referenza għall-539 Special Safeguards for Agricultural Products li l-Unjoni Ewropea għandha reġistrati mad-WTO sabiex tikkontrolla l-importazzjoni ta' prodotti partikolari ta' l-ikel tal-popli tal-pajjiżi membri tagħha, jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra liema huma dawk il-prodotti ta' l-ikel tal-poplu tagħna li sa jkunu kkontrollati mill-Unjoni Ewropea?

Response (BORG, JOE)

Nitlob lill-Onorevoli Intepellant jindirizza l-mistoqsija lill-Ministeru konċernat.
Leg 9 PQ #34062 Sitting 755 2002-06-17 Oral · Final From: GEORGE VELLA To: Ministeru għall-Affarijiet Barranin

Affarijiet Barranin — Bieb Prinċipali miftuħ matul il-lejl

Question

Jista' l-Ministru jinforma l-Kamra x'kien ir-riżultat ta' l-inkjesta ministerjali - jekk saret - wara li f'Ottubru 2001 il-pulizija kienet sabet il-bieb prinċipali tal-ministeru miftuħ f'nofs ta' lejl?

Response (BORG, JOE)

Jiena nfurmat illi mill-indagini interni li kienu saru dak iż-żmien, irriżulta li l-bieb prinċipali tal-Ministeru tħalla miftuħ b'nuqqas ta' ftehim minn naħa ta' l-uffiċċjali nkarigati. L-uffiċċjali involuti ġew imwissija verbalment, u minn dakinhar ittieħdu prekawzjonijiet biex ikun hemm iżjed attenzjoni għas-sigurta' tal-bini.
Leg 9 PQ #34063 Sitting 755 2002-06-17 Oral · Final From: GEORGE VELLA To: Ministeru għall-Affarijiet Barranin

Affarijiet Barranin — Mobile Phones

Question

Jista' l-Ministru jgħid minn fost l-impjegati kollha li hemm fil-ministeru u d-dekasteri tiegħu, kemm hemm minnhom li għandhom mobile phone pprovdut mill-gvern? X'inhija l-ispiża totali (kapitali) tal-ministeru għal dan is-servizz ċellulari u kemm kienet l-ispiża tal-konsum fuq bażi ta' 12-il xahar għas-sena 2001?

Response (BORG, JOE)

Risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #34074 Sitting 755 2002-06-17 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru għall-Affarijiet Barranin

MIC — Infiq ta' flus

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 34011 u jgħid kemm intnefqu flus mill-MIC mill-1999/2000/2001 sal-lum, sena sena? Jista' jgħid fiex intefqu l-flus f'din is-sena, xahar b'xahar?

Response (BORG, JOE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra t-tagħrif mitlub mill-Onorevoli Interpellant.
Leg 9 PQ #34091 Sitting 755 2002-06-17 Oral · Final From: GEORGE VELLA To: Ministeru għall-Affarijiet Barranin

Contract Basis

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm nies fil-ministeru tiegħu li huma mpjegati fuq contract basis? Jista' jagħti lista ta' dawn l-impjegati, jgħid x'inhu x-xogħol li għandhom meta ġew impjegati u meta jispiċċa l-kuntratt ta' kull wieħed minnhom? Hemm min ħa promozzjoni waqt li jinsab b'kuntratt?

Response (BORG, JOE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra t-tagħrif mitlub mill-Onorevoli Interpellant.
Leg 9 PQ #34092 Sitting 755 2002-06-17 Oral · Final From: GEORGE VELLA To: Ministeru għall-Affarijiet Barranin

Kiri ta' Karozzi

Question

Jista' l-Ministru jgħid hux minnu li għall-okkażjoni tal-laqgħa għall-awguri ta' l-ewwel tas-sena, li saret f'Jannar li għadda, il-ministeru kera karozza bix-xufier ukoll lis-segretarju permanenti, meta dan diġa' għandu għas-servizz tiegħu żewġ karozzi oħra tal-gvern, u xufier full time? Kemm ġie jqum dan is-servizz lill-Ministeru?

Response (BORG, JOE)

Is-Segretarju Permanenti fil-Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin ma jagħmilx użu minn żewġ karozzi tal-Gvern. Huwa għandu karozza waħda uffiċċjali li nxtrat taħt it-termini tal-kuntratt li għandu għall-kariga li jokkupa, kif ukoll l-użu ta' sewwieq meta jkun hemm il-htçġa għal dan. Lanqas huwa minnu li nkriet karozza bix-xufçr għall-okkazjoni ta' l-għoti ta' l-awguri ta' l-Ewwel tas- Sena. Anzi, jiena nfurmat illi, f'din l-okkazjoni partikolari, is-Segretarju Permanenti saq huwa stess il-karozza uffiċċjali sal-Palazz, il-Belt u lura.
Leg 9 PQ #32349 Sitting 753 2002-06-11 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Affarijiet Barranin

Ħaddiema Tekniċi — Overtime

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu s-sigħat ta' overtime li saru matul is-sena li għaddiet mill-ħaddiema tekniċi, eċċ fid-dipartiment li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tad-dekasteru? Kemm minn dawn is-sigħat tħallsu u kemm għad iridu jitħallsu? Kemm kien in-numru ta' ħaddiema li ħadmu l-overtime u f'liema dipartiment sar dan l-overtime?

Response (BORG, JOE)

Ministeru għ all-Affarijiet Barranin Numru ta' Ħ addiema li ħ admu overtime fl-2001 Numru ta' sigħ at li nħ admu fl-2001 Numru ta' sigħ at li tħ allsu fl-2001 Head Office 17 2,009¼ 1,892 MIC 1 253½ 210