Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #4733 Sitting 66 1999-02-22 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Bajja tax-Xlendi — Arloġġ

Question

Jista' l-Ministru jagħti struzzjonijiet biex: (a) l-arloġġ li hemm fil-bajja tax-Xlendi f'Għawdex ma jitħalliex bil-ħin tas-sajf imma l-istess ħin jiġi korrett; u (b) li jinxtegħel id-dawl li hemm kemm fejn il-Grotta Discotheque sal-Bajja tax-Xlendi, liema dawl fuq ir-railings kien għamel Gvern Laburista?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li l-arloġġ li hemm fil-bajja tax-Xlendi f'Għawdex kien irranġat mal-ħin tax-xitwa f'Ottubru 1998. L-arloġġ kien għal ftit jiem siegħa u ħamsa u għoxrin minuta lura, għar-raġuni li kien hemm qtugħ fil-provvista ta' l-elettriku. Id-dawl li hemm minn fejn il-Grotta Discotheque sal-bajja tax-Xlendi ma kienx jixgħel għar-raġuni li kien hemm xi ħsarat li fil-fatt ġew irranġati. Ta' min jgħid li l-arloġġ imsemmi kif ukoll il-fanali u oħrajn bħalhom (Marsalforn, Mġarr, Qbajjar, Xlendi) qed jiġu iċċekjati kull nhar ta' Ħamis bil-lejl, biex jekk ikun hemm xi ħsarat jiġu irranġati mill-aktar fis possibbli.
Leg 9 PQ #4734 Sitting 66 1999-02-22 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — Mobile phones

Question

Tista' l-Ministru tgħid: (a) kemm huwa n-numru ta' mobile phones fil-ministeru tagħha; (b) kemm kien il-kont ta' l-istess mobile phones mis-7 ta' Settembru, 1998 sal-lum?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Nixtieq ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-Ministeru għal Għawdex għandu b'kollox 4 mobile phones li minnhom 3 huma użati mis-Segretarjat Privat filwaqt li l-ieħor huwa għad-disposizzjoni tal-Maġistrat tal-Qorti t'Għawdex. Mis-7 ta' Settembru 1998 sal-lum il-kont tat-3 mobile phones li huma uzati mis-Segretarjat Privat ammonta b'kollox għal Lm500.67,0. Peress li l-mobile phone tal-Maġistrat huwa misluf mill-Qrati ta' Malta, il-kont tiegħu jintbagħat direttament lill-Qrati ta' Malta. Barra minn dawn il-mobile phones, kien hemm mobile phone ieħor li kien użat mis-Segretarju Parlamentari u peress li dan ma ġiex irritornat dan kien deattivat f'Ottubru 1998. Il-kont ta' dan il-mobile phone partikulari kien ta' Lm120.07,0.
Leg 9 PQ #4735 Sitting 66 1999-02-22 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Skrivani Għawdxin

Question

Tista' l-Ministru tinforma lill-Kamra u tgħid f'liema fażi wasal il-proċess li bih it-tieni grupp ta' skrivani Għawdxin jinġabu f'Malta jagħmlu xogħol ta' sigurta' soċjali? Meta beħsiebu dan il-gvern jħalli t-tieni grupp ta' dawn l-iskrivani Għawdxin biex jaħdmu f'Għawdex f'xogħol ta' sigurta' soċjali?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Qed isiru konsultazzjonijiet bejn il-Ministeru tiegħi u dak tal-Politika Soċjali li taħtu jaqa' d-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali, sabiex dan il-process jitwettaq mill-aktar fis possibbli.
Leg 9 PQ #4736 Sitting 66 1999-02-22 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Malta/Għawdex — Catamaran

Question

Tista' l-Ministru tgħid jekk huwiex il-ħsieb tal-gvern preżenti li jerġa' jintroduċi s-servizz tal-catamaran lejn Malta u Għawdex?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Il-Gvern preżenti jemmen li s-servizz tal-katamaran bejn Malta u Għawdex itaffi l-problemi li għandhom il-ħaddiema u l-istudenti Għawdxin u fl-istess ħin igħin l-iżvilupp tas-settur turistiku f'Għawdex. Kien il-Gvern Laburista li ma għarafx dan kollu u neħħa l-katamaran minn fuq is-servizz bejn il-gżejjer u krieħ biex jagħti servizz barra minn Malta għat-detriment ta' Għawdex u l-Għawdxin b'mod partikulari u ta' Malta in ġenerali. Jiena nfurmata li bħalissa qed isiru l-preparazzjonijiet meħtieġa biex il-katamaran jerġa' jitħaddem bejn Malta u Għawdex. Huwa maħsub li dan is-servizz jerġa' jibda f'Mejju 1999.
Leg 9 PQ #4737 Sitting 66 1999-02-22 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Malta/Għawdex — Servizz ta' helicopter

Question

Tista' l-Ministru tagħti r-raġuni għaliex is-servizz bl-ajru permezz tal-helicopter minn Malta u Għawdex ġiet sospiż? Meta se jitkompla?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li l-Malta Aircharter waqfet is-servizz bl-ajru permezz tal-helicopter minn Malta għal Għawdex biex ikunu jistgħu jsiru testijiet fuq il-helicopters, wara li mudell simili tal-kumpanija Heli Air Service kien involut f'incident serju fil-Gżejjer Maldives. Jiena nfurmata wkoll li bħala prekawzjoni, il-Malta Aircharter, li dejjem iżżomm is-sigurta' tal-passiġġieri bħala prijorita', iddeċidiet li twaqqaf l-operazzjoni biex ikunu jistgħu jsiru l-investigazzjonijiet meħtieġa fuq il-helicopters li joperaw bejn Malta u Għawdex. L-operazzjonijiet għandhom jerġgħu jibdew mill-iktar fis possibbli.
Leg 9 PQ #4809 Sitting 66 1999-02-22 Oral · Final From: CHRIS CARDONA To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Xagħra - Asfaltar ta' toroq

Question

Tista' l-Ministru tgħid fuq liema kriterji ingħataw it-tarmac Triq Ġużeppi Bajada u Triq Ġnien Imrik fix-Xagħra, Għawdex u abbażi ta' liema tender?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ix-xogħol tat-tarmak fi Triq Gużeppi Bajada u parti minn Triq Ġnien Imrik kantuniera ma' Triq Gużeppi Bajada, sar b'direct order minħabba l-istat ħażin tat-toroq imsemmija.
Leg 9 PQ #107 Sitting 9 1998-11-10 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru għal Għawdex

Ministru għal Għawdex — Safar

Question

Tista' l-Ministru tinforma lill-Kamra kemm-il safra diġa' siefret mill-5 ta' Settembru 1998 s'issa? Liema bliet żaret u x'kienet ir-raġuni? Min akkumpanja għal kull safra? Kemm swiet kull safra? Ma' min tkellmet u fuq xiex tkellmet?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninforma lill­Onor Interpellant li ma għamilt l­ebda żjara uffċċjali barra minn Malta mill­5 ta' Settembru 'l hawn.
Leg 9 PQ #858 Sitting 8 1998-11-09 Oral · Final From: CARMELO BORG To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Sannat - Triq il-Kbira

Question

Tista' l-Ministru tgħid: 1) jekk tafx li fuq Triq il-Kbira, Sannat, Għawdex tliet xhur ilu nbeda xogħol u sal-lum dan ix-xogħol għadu ma tlestiex; 2) x'inhi r-raġuni għaliex dan ix-xogħol jinsab wieqaf; 3) jekk tafx li l-istat li tinsab fih din it-triq qiegħed ikun ta' inkonvenjent kbir għar-residenti u anke għat-traffiku; u 4) meta hu mistenni li x-xogħol fuq l-imsemmija triq jitlesta?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li x­xogħlijiet imsemmija huma weqfin temporanjament minħabba nuqqas ta' fittings li għandha l­Korporazzjoni għas­Servizzi ta' l­Ilma peress li x­xogħol fuq din it­triq nbeda qabel iż­żmien li kien programmat. Sadattant se jsir xogħol temporanju għall­kisi tat­trinka prinċipali ta' l ­ilma
Leg 9 PQ #859 Sitting 8 1998-11-09 Oral · Final From: CARMELO BORG To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Nadur - Triq Binġemma

Question

Tista' l-Ministru tgħid: 1) jekk tafx li t-toroq ta' l-H.O.S., fin-Nadur, Għawdex speċjalment Triq Binġemma jinsabu fi stat ħażin; 2) x'inhuma l-possibilitajiet li x-xogħol tal-kisi bil-hot asphalt jinbeda bla dewmien fuq it-toroq imsemmija, speċjalment meta wieħed iqis li r-residenti kienu ordnati li jagħmlu l-electrodes u xogħol ieħor biex dan il-kisi jkun jista' jsir?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

It­toroq imsemmija ġa ġew imdaħħla fil­programm ta' xogħlijiet ta' kisi bit­tarmak u se jingħataw il­prijorita' li jixirqilhom.
Leg 9 PQ #879 Sitting 8 1998-11-09 Oral · Final From: CARMELO BORG To: Ministeru għal Għawdex

Mġarr/Ċirkewwa — Mollijiet

Question

Tista' l-Ministru tgħid: 1) fiex wasal ix-xogħol fuq il-bini ta' mollijiet u terminals, kemm fl-Imġarr kif ukoll fiċ-Ċirkewwa; 2) jekk ix-xogħol imsemmi hux qiegħed isir skond ix-schedule jew inkella waqa' lura; u 3) jekk ix-xogħol waqa' lura, bil-kemm-il ġurnata u x'kienu r-raġunijiet għaliex ġara dan?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Nitlob lill­onor interpellant jirreferi l­Mistoqsija lill­Ministru konċernat.
Leg 9 PQ #95 Sitting 7 1998-11-04 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — Diretturi

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm inħatru diretturi fid-dekasteru tagħha mill-5 ta' Settembru, 1998 'il hawn? Min huma? Xi kwalifiki għandhom? Fuq liemq kriterju ngħataw il-ħatra?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ma nħatar l­ebda Direttur fil­Ministeru għal Għawdex mill­5 ta' Settembru 'l hawn.
Leg 9 PQ #300 Sitting 7 1998-11-04 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għal Għawdex

Segretarjat għal Għawdex — Staff

Question

Tista' l-Ministru tgħid min huma l-persuni li jiffurmaw l-istaff tas-segretarjat privat tagħha? Tista' l-Ministru tgħid x'inhu r-rwol ta' kull impjegat? Liema huma dawk il-persuni ngaġġati b'kuntratt? X'inhuma l-kondizzjonijiet tax-xogħol inkluż paga, allowances u benefiċċji oħra ta' kull impjegat?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li l­ebda kuntratt jew ftehim ma għadu ġie ffirmat ma' l­individwi kkonċernati u nkun f'qagħda li nwieġeb għall­mistoqsija magħmula f'xi seduta oħra wara li dawn jiġu ngaġġati formalment. Nirreferi wkoll lill­onorevoli interpellant għat­tweġiba mogħtija mill­Prim Ministru b'risposta għall­Mistoqsija Parlamentari nru 18.
Leg 9 PQ #275 Sitting 5 1998-11-02 Oral · Final From: CHRIS CARDONA To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — Trasferimenti

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm kien in-numru ta' transfers li saru fid-dekasteru u entitajiet li jaqgħu taħtha mis-6/9/98 sa l-24/10/98?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li bejn is­6 ta' Settembru 1998 u l­24 ta' Ottubru 1998 sar trasferiment wieħed bejn id­dipartimenti li jaqgħu taħt il­Ministeru għal Għawdex.