Ministeru għal Għawdex — Ħela ta' fuel fuq karozzi
Question
Tista' l-Ministru tgħid kemm: (a) inħela fuel (diesel u petrol) mill-vetturi li kienu direttament imniżżla taħt is-Segretarjat Parlamentari għal Għawdex mill-31 ta' Ottubru, 1996 sa l-aħħar ta' Frar, 1998? (b) mill-vetturi direttament imniżżla taħt il-Ministeru għal Għawdex mill-5 ta' Settembru 1998 sal-5 ta' Jannar 1999?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jiena nfurmata li l-ammont ta' petrol li nħela mill-31 ta' Ottubru 1996 sa' l-aħħar ta' Frar 1998 mill-vetturi tas-Segretarjat Privat tas-Segretarju Parlamentari għal Għawdex kien ta' Lm3050.60,0. Mill-banda l-oħra l-ammont ta' petrol li nħela mill-vetturi tas-Segretarjat Privat tal-Ministru għal Għawdex mill-5 ta' Settembru 1998 sal 5 ta' Jannar 1999 kien ta' Lm551.87,0. Ma nħelal-ebda diesel minn dawn il-vetturi fil-perijodi msemmija.
L-Onorevoli Interpellant għandu jkun jaf li l-ammont ta' petrol li nħela mill-vetturi tas-Segretarjat Privat tas-Segretarju Parlamentari għal Għawdex fl-istess perijdou s-sena ta' qabel, jiġifieri bejn il-5 ta' Settembru 1997 sal-5 ta' Jannar 1998, kien ta' Lm909.07,0.
Tista' l-Ministru tgħid x'inhi r-raġuni li qabel ma jingħata t-tarmac fi Triq Carolina Cauchi, ir-Rabat, Għawdex ma jsirx water culvert li huwa aktar neċessarju mit-tarmac għall-abitanti ta' l-istess triq li jirċievu volum kbir ta' ilma?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jiena nfurmata li x-xogħol fi Triq Carolina Cauchi, ir-Rabat Għawdex qiegħed isir mill-Kunsill Lokali tar-Rabat.
Ministeru għal Għawdex — Linji diretti tat-telephones
Question
Tista' l-Ministru tgħid kemm għandha fil-ministeru tagħha kif ukoll fid-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha, dipartiment b'dipartiment, linji diretti tat-telephones b'aċċess għal telefonati diretti għal barra minn Malta?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jiena nfurmata li fil-Ministeru għal Għawdex hemm b'kollox 14-il linja diretta tat-telephones b'aċċess għat-telefonati diretti għal barra minn Malta. 3 minnhom jinsabu fis-Segretarjat Privat, 3 oħra fis-Segretarjat Permanenti u d-Dipartiment għas-Servizzi Korporattivi u 8 fid-Dipartiment tal-Customer Services.
Tista' l-Ministru tgħid bejn il-5 ta' Settembru, 1998 u t-28 ta' Frar, 1999:- (i) x'kienu l-kuntratti li ngħataw mill-ministeru tagħha; (ii) min għamel l-ispecifications; (iii) min għamel l-award; (iv) intalbu quotations; (v) kemm kienet kull quotation; (vi) min rebaħ kull kuntratt; (viii) ingħataw extensions?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Kif jaf l-Onor Interpellant, minn meta nfetah dan il-Parlament f'Ottubru li għadda b'risposta għall-diversi domandi fir-rigward ta' din il-mistoqsija, diġa' tajt informazzjoni dettaljata, li f'kull każ inħlew ħafna żmien u enerġija biex tinġabar. Għalhekk, sakemm ma ningħatax raġuni valida 'l għala l-informazzjoni mitluba għandha tingħata, ma nara l-ebda skop li dan isir.
Tista' l-Ministru tgħid jekk it-taħmil tal-Wied tar-Romblu li qiegħed isir min-naħa tax-Xagħra, huwiex kopert bil-permessi neċessarji ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jiena nfurmata li t-taħmil li sar f'Wied tar-Romblu m'għandux bżonn ta' permessi mill-Awtorita' ta' l-Ippjanar.
Tista' l-Ministru tgħid jekk mill-aħħar elezzjoni 'il hawn kienx hemm impjiegi ġodda ta' Għawdxin sew maċ-Ċvil u sew mal-korporazzjonijiet? Jekk fl-affermattiv, kemm kien in-numru, fejn ġew impjegati u min huma dawk li ġew impjegati?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jiena nfurmata li mill-aħħar elezzjoni 'il hawn ma kien hemm l-ebda impjieg ġdid mad-dipartimenti li jaqgħu taħt il-Ministeru għal Għawdex.
Fir-rigward tal-korporazzjonijiet nitlob lill-Onorevoli Interpellant ipoġġi l-mistoqsija lill-Ministri konċernati.
Tista' l-Ministru tgħid x'inhu n-numru ta' raħħala Għawdxin fulltime u part-time reġistrati mad-Dipartiment ta' l-Agrikoltura? Matul dawn l-aħħar sitt snin kien hemm reġistrazzjoni ta' raħħala ġodda ma' dan id-dipartiment? Jekk fl-affermattiv, kemm kien in-numru sena b'sena?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jiena nfurmata li n-numru ta' raħħala Għawdxin reġistrati mal-uffiċċju tal-Agrikoltura f'Għawdex huma:
Full time 80
Part time 1101
Mis-sena 1994 'l hawn ir-reġistrazzjoni ta' raħħala ġodda kienu:
1994 123 part-time
1995 1280 part-time
1996 -
1997 1 part-time
1998 -
Ma jeżistux dokumenti ta' reġistrazzjoni ta' raħħala part-time għas-sena 1993.
Tista' l-Ministru tgħid x'kien l-ammont ta' ħalib frisk li r-raħħala Għawdxin biegħu lill-Koperattiva tal-Ħalib matul dawn l-aħħar għaxar snin, sena b'sena?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jiena nfurmata li l-ammont ta' ħalib frisk li r-raħħala Għawdxin biegħu lill-Malta Dairy Products Ltd f'dawn l-aħħar għaxar snin huwa kif ġej:
1989 - 1548254 Galluni
1990 - 1618092 Galluni
1991 - 1645639 Galluni
1992 - 1725894 Galluni
1993 - 1829077 Galluni
1994 - 1923417 Galluni
1995 - 1997662 Galluni
1996 - 2198693 Galluni
1997 - 2341425 Galluni
1998 - 2337103 Galluni
Tista' l-Ministru tgħid kemm ilhom ma jitħallsu d-drainage allowance il-ħaddiema li jaħdmu mat-taqsima tad-drenaġġ ġewwa Għawdex? X'inhi r-raġuni għal dan id-dewmien? Meta hemm il-ħsieb li dawn l-allowances jingħataw lill-ħaddiema konċernati?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jiena nfurmata li l-aħħar pagament ta' Drainage Allowances lill-ħaddiema tad-drenaġġ f'Għawdex, sar f'Diċembru 1998.
L-allowances pendenti qegħdin jiġu vverifikati u pproċessati u l-pagament ta' dawn ser jiġi effetwat mill-aktar fis possibbli.
Tista' l-Ministru tgħid kemm għandha computers fil-ministeru kif ukoll fid-dipartimenti kollha li jaqgħu fir-responsabbilta' tad-dekasteru tiegħu dipartiment b'dipartiment?
Jista' l-Ministru jgħid x'ditta huma?
Meta nxtraw?
Kemm swew fi spejjeż?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jiena nfurmata li l-Ministeru għal Għawdex għandu b'kollox 201 computers. 13 minnhom jinsabu fis-Segretarjat Privat, 32 fid-Dipartiment għas-Servizzi Korporattivi, 134 fid-Dipartiment tal-Customer Services u 22 fid-Dipartiment tal-Proġetti u Żvilupp. L-informazzjoni dwarhom hija kif tidher fil-lista annessa.
Jista' l-Ministru jgħid liema huma dawk il-bordijiet jew kumitati tat-tmexxija, eċċ tal-gvern u ta' entitajiet oħra pubbliċi li jaqgħu taħt il-Ministru għal Għawdex li ġew mibdula mill-5 ta' Settembru 'il hawn? Min kienu l-membri qabel ma nbidlu? Min huma l-membri issa? X'remunerazzjoni qed jieħdu?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Nixtieq ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li mill-5 ta' Settembru 1998 'il hawn inħatru l-membri ġodda tal-Kunsill tal-Kultura, tal-Kumitat Festi Nazzjonali u Popolari u tal-Gozo Sports Board kif normalment isir fil-bidu ta' kull sena. L-informazzjoni dwar il-membri tagħhom fl-1998 u issa hija mogħtija fil-lista anessa.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 4809, tista' l-Ministru tgħid lil liema kuntrattur ingħata d-direct order? Kemm swew ix-xogħlijiet fiż-żewġ toroq imsemmija? Tista' l-Ministru tgħid jekk dan il-kuntrattur ingħatax iżjed xogħol mill-Ministeru tagħha? Kemm swew ix-xogħlijiet kollha li ngħataw? Min huma d-diretturi tal-kumpannija ta' dan il-kuntrattur?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Nixtieq ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li d-direct order ingħatat lil Joymar Co Ltd. Ix-xogħol fuq dawn iż-żewġ toroq sewa s-somma ta' Lm2,318.48,0. Ma ngħata l-ebda xogħol ieħor b'direct order lil dan il-kuntrattur mill-Ministeru għal Għawdex. Għar-rigward l-aħħar parti tal-mistoqsija, nitlob lill-onorevoli interpellant jirreferiha lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Ministru jagħti lista ta' kuntratti li ngħataw għar-rigward ta' xogħlijiet f'Għawdex mis-7 ta' Settembru, 1998 sas-16 ta' Frar, 1999?
Kemm kien l-ammont involut f'kull kuntratt li ngħata?
Kemm minn dawn il-kuntratti li ngħataw ingħataw b'direct order?
X'kienet ir-raġuni li l-istess kuntratti ingħataw b'direct order?
Kemm kien l-ammont involut ta' kull kuntratt li ngħata b'direct order u lil min ingħata dan il-kuntratt b'direct order?
Tista' l-Ministru tgħid kemm għandha fax machines kemm fil-ministeru kif ukoll fid-dipartimenti kollha li jaqgħu fir-responsabbilta' tad-dekasteru tagħha dipartiment b'dipartiment?
Tista' l-Ministru tgħid x'ditta huma?
Meta nxtraw?
Kemm swew fi spejjeż?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jiena nfurmata li l-Ministeru għal Għawdex għandu b'kollox 56 fax machines. 5 minnhom jinsabu fis-Segretarjat Privat, 7 fid-Dipartiment għas-Servizzi Korporattivi, 36 fid-Dipartiment tal-Customer Services u 8 fid-Dipartiment tal-Proġetti u Żvilupp. L-informazzjoni dwarhom hija kif tidher fil-lista li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra f'din is-Seduta.
Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm fil-preżent vetturi self-drive: (a) mal-Ministeru ta' Għawdex; u (b) mad-dipartimenti tal-Gvern f'Għawdex mis-7 ta' Settembru, 1998 sal-ġurnata tal-lum?
Tista' l-Ministru tagħti lista ta' dawn il-vetturi self-drive li hemm direttament mal-Ministeru ta' Għawdex u mad-dipartimenti tal-Gvern u bil-kemm kuljum l-istess vetturi huma mikrija u mingħand min huma mikrija?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jiena nfurmata li l-vetturi li huma mikrija llum mill-Ministeru għal Għawdex huma kif jidhru hawn taħt. Fil-preżent il-Ministeru għandu b'kollox 10 vetturi tal-kiri. Waħda minnhom hija mikrija mis-Segretarjat Privat, oħra mid-Dipartiment għas-Servizzi Korporattivi, ħamsa mid-Dipartiment tal-Customer Services u tlieta mid-Dipartiment tal-Proġetti u Żvilupp.
Segretarjat Privat
Kerrej Spiża Kuljum
Mġarr Rent-a-Car Lm3.25
Dipartiment għas-Servizzi Korporattivi
Kerrej Spiża Kuljum
Mgarr Rent-a-Car Lm2.90
Dipartiment tal-Customer Services
Kerrej Spiża Kuljum
Frank's Garage Lm4.00
Tony's Car Hire Ltd Lm2.98
Mgarr Rent-a-Car Lm3.25
St Joseph Car Rentals Lm5.50
St Joseph Car Rentals Lm5.50
Dipartiment tal-Proġetti u Żvilupp
Kerrej Spiża Kuljum
Baħri Garage Lm3.70
Tony's Car Hire Ltd Lm4.22
Victor Hili & Sons Ltd Lm2.96
Għar-rigward Dipartimenti oħra tal-Gvern f'Għawdex, nitlob lill-Onorevoli Interpellant jistaqsi lill-Ministri konċernati.
Tista' l-Ministru tgħid kemm saru trasferimenti (jew aħjar postings) f'Għawdex mis-7 ta' Settembru, 1998 sal-ġurnata tal-lum, liema informazzjoni għandha tinkludi wkoll dawk l-individwi li ma biddlux id-direttur tagħhom, imma li għalkemm biddlu x-xogħol tagħhom baqgħu taħt l-istess direttur? Tista' l-Ministru tesibixxi lista ta' l-istess transfers ossia postings?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jiena nfurmata li mis-7 ta' Settembru 1998 sal-lum kien hemm:
i) 22 trasferiment minn dipartiment għal ieħor fil-Ministeru għal Għawdex li jinkludu trasferimenti ta' uffiċċjali għas-Segretarjat Privat;
ii) 11-il trasferiment ta' uffiċċjali minn Malta għal Għawdex li jinkludu t-trasferimenti ta' uffiċċjali għas-Segretarjat Privat;
iii) 3 trasferimenti ta' studenti minn Malta għal Għawdex li qegħdin isegwu kors taħt l-Extended Skills Training Scheme;
iv) 4 trasferimenti mid-dipartimenti li jaqgħu taħt il-Ministeru għal Għawdex għad-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali;
v) trasferiment ta' uffiċċjal mid-Dipartiment tat-Taxxi Interni għad-Dipartiment tal-Customer Services;
vi) 14-il posting fi ħdan id-Dipartiment tal-Customer Services; u
vii) 17-il posting fi ħdan id-Dipartiment tal-Proġetti u Żvilupp.
Tista' l-Ministru tgħid kemm għandha computer scanners kemm fil-ministeru kif ukoll fid-dipartimenti kollha li jaqgħu fir-responsabbilta' tad-dekasteru tagħha, dipartiment, b'dipartiment?
Tista' tgħid x'ditta huma?
Meta nxtraw?
Kemm swew fi spejjeż?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jiena nfurmata li hemm 7 computer scanners fil-Ministeru u d-dipartimenti u l-fergħat li jaqgħu taħtu. Dawn huma mqassmin kif imniżżel hawn taħt:
i) Fis-Segretarjat Privat hemm scanner wiehed tad-ditta 'Target' li nxtara fl-14 ta' Diċembru 1998 bil-prezz ta' Lm40.
ii) Fis-Segretarjat Permanenti u d-Dipartiment għas-Servizzi Korporattivi hemm 2 scanners tad-ditta 'Target' li nxtraw fl-24 ta' Novembru 1998 bil-prezz ta' Lm40 'l wieħed.
iii) Fid-Dipartiment tal-Customer Services hemm b'kollox 4 scanners u l-informazzjoni dwarhom hija mogħtija hawn taħt:
Fergħa/Uffiċċju Numru ta' Ditta Data ta' Prezz Rimarki
Scanners meta xtraw Lm
jew ingħataw
Nutar tal-Gvern 1 IBM 1995 - ipprovdut
mir-
Reġistru
Pubbliku ta'Malta
Libreriji Pubbliċi 1 LEO 5.11.97 135.00 -
Edukazzjoni 2 Scantale 17.4.97 185.00 -
Dynotax 19.2.98 89.00 -