Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #6820 Sitting 92 1999-05-10 Oral · Final From: CARMELO BORG To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Tisfija tad-drenaġġ

Question

Tista' l-Ministru tgħid jekk l-istudju ta' impatt ambjentali msemmi fir-risposta ta' mistoqsija parlamentari numru 3898 sarx? Jekk fl-affermattiv, tista' l-Ministru tpoġġi kopja tagħhom fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li d-Dipartiment diġa'ssottometta studju preliminari lill-Awtorita' ta' l-Ippjanar, fejn ġew suġġeriti siti diversi għall-kostruzzjoni ta' l-impjant għat-tisfija tad-drenaġġ. Meta d-Dipartiment ikollu risposta mill-Awtorita' dwar liema sit jirriżulta l-aktar favorevoli, il-konsulenti tad-Dipartiment ikunu jistgħu jissoktaw bid-disinn ta' l-imsemmi impjant u d-Dipartiment ikun f'pożizzjoni jipproċedi bl-istudju ta' l-impatt ambjentali, kif kien oriġinarjament mistenni.
Leg 9 PQ #6443 Sitting 91 1999-05-05 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għall-Għawdex — Bordijiet governattivi

Question

Tista' l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 3472 dwar bordijiet governattivi vis-a-vis nisa u żgħażagħ?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li hemm 8 irġiel u 5 nisa taħt it-30 sena li huma membri ta' bordijiet governattivi li jaqgħu taħt il-Ministeru għal Għawdex. Ħadd minnhom ma jieħu xi forma ta' onorarja. Il-politika tal-Gvern preżenti hija li kemm jista' jkun jiġu nnominati żgħażagħ u nisa f'bordijiet governattivi. L-Onorevoli Interpellant għandu jkun jaf li fil-preżent hemm 17-il mara fuq il-bordijiet u l-kumitati li jaqgħu taħt il-Ministeru għal Għawdex.
Leg 9 PQ #5504 Sitting 90 1999-05-05 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Proġetti

Question

Tista' l-Ministru tgħid liema huma dawk il-proġetti mibdija f'Għawdex bejn Ottubru 1996 u Settembru 1998, li m'humiwx qegħdin jitkomplew taħt din il-leġislatura? Tista' l-Ministru tgħid jekk deċiżjoni bħal din itteħditx f'management meeting tal-ministeru inkella kenitx waħda meħuda b'xi mod ieħor? F'kull każ, x'kienu r-raġunijiet li għalihom ittieħdet deċiżjoni bħal din?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ma ttieħdet ebda deċiżjoni li ma jitkomplewx proġetti minn dawk mibdija f'Għawdex bejn Ottubru 1996 u Settembru 1998.
Leg 9 PQ #5499 Sitting 89 1999-05-04 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru għal Għawdex

Universita' ta' Għawdex — Diploma fil-Kummerċ

Question

Tista' l-Ministru tgħid jekk il-course li kien wassal għad-diploma fl-Universita' ta' Għawdex u spiċċa fi Frar 1998 hux se jitkompla għal B.Comm kif fil-fatt kien imwiegħed bosta drabi? Jekk fl-affermattiv, meta se jitkompla? Jekk fin-negattiv, għaliex mhux se jitkompla?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li l-Fakulta' ta' l-Economics, Management u Accountancy ta' l-Universita' għamlet ir-rakkomandazzjoni tagħha lis-Senat sabiex fiċ-Ċentru t'Għawdex jibda l-kors li jwassal għall-Baċellerat fil-Kummerċ. Is-Senat għandu jiddiskuti r-rakkomandazzjoni tal-Fakulta'. Jiena nfurmata wkoll li dan il-kors mhux intenzjonat biss għal minn għandu d-diploma fil-kummerċ.
Leg 9 PQ #5912 Sitting 88 1999-05-04 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — Impjegata

Question

Tista' l-Ministru tgħid jekk il-persuna, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, ġietx impjegata mal-Ministeru għal Għawdex? Jekk fl-affermattiv, kif sar dan l-impjieg u jekk dan l-impjieg huwiex wieħed ta' natura permanenti jew temporanja?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li l-persuna li qed jirreferi għaliha l-Onorevoli Interpellant ġiet impjegata, flimkien ma' oħrajn, bħala Ward Clerical Assistant wara sejħa pubblika għall-applikazzjonijiet maħruġa fil-Gazzetta tal-Gvern tal-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku.
Leg 9 PQ #6596 Sitting 87 1999-05-03 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Servizz ta' helicopter

Question

Tista' l-Ministru tgħid: (i) Kemm-il trip għamel il-helicopter minn meta reġa' beda jopera; (ii) kemm suppost għamel u għalhekk; (iii) kemm naqas li jagħmel? Tista' l-Ministru tispjega r-raġuni ta' kull trip fix-schedule li ma sarx?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Risposta tingħata f'seduta oħra.
Leg 9 PQ #4457 Sitting 84 1999-04-27 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — Riċevimenti

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 3295, tista' l-Ministru tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-irċevuti konnessi?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Peress li l-informazzjoni mitluba, inkluż in-nefqiet dwar ir-riċevimenti in kwistjoni ngħatat diġa', ma narax l-iskop li wieħed joqgħod jipproduċi rċevuti ta' kull ma tħallas kif qiegħed jitlob l-Onorevoli Interpellant.
Leg 9 PQ #5771 Sitting 83 1999-04-26 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — Delegazzjonijiet

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm-il delegazzjoni mill-ministeru, segretarjat parlamentari meta jagħti l-każ u mid-dipartimenti governattivi li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tagħha żaret pajjiżi barra minn Malta minn Ottubru 1998 sal-lum? Minn min kienu magħmula d-delegazzjonijiet msemmija? Fuq liema xogħol attendiet kull delegazzjoni? Kemm swiet l-ispiża ta' kull delegazzjoni?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Qiegħda npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra it-tagħrif mitlub.
Leg 9 PQ #6108 Sitting 83 1999-04-26 Oral · Final From: CARMELO BORG To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Nadur - Triq it-Torri ta' Isopo

Question

Tista' l-Ministru tgħid x'passi ttieħdu s'issa biex jitneħħa l-periklu ta' Triq it-Torri ta' Isopo, fin-Nadur, Għawdex, liema periklu kien imsemmi fil-mistoqsija parlamentari numru 900?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li minn spezzjonijiet li saru jidher li ma jeżistix periklu imminenti fit-triq imsemmija.
Leg 9 PQ #6109 Sitting 83 1999-04-26 Oral · Final From: CARMELO BORG To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Xogħol ta' drenaġġ

Question

Tista' l-Ministru tgħid jekk il-programm ta' xogħlijiet ta' drenaġġ f'Għawdex, li hemm riferenza għalih f'mistoqsija parlamentari numru 5842, huwiex diġa' mfassal? Jekk fl-affermattiv, tista' l-Ministru tpoġġi kopja tiegħu fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li jeżisti programm ta' xogħolijiet ta' drenaġġ ġewwa Għawdex. Ma jidhirlix li huwa xieraq li dan il-programm jitqiegħed fuq il-mejda tal-kamra minħabba tibdiliet li jistgħu jsiru kawża ta' xogħolijiet urġenti li jinqalgħu minn żmien għal żmien.
Leg 9 PQ #6110 Sitting 83 1999-04-26 Oral · Final From: CARMELO BORG To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Resurfacing ta' toroq

Question

Tista' l-Ministru tgħid jekk hemmx xi forma ta' programm ta' resurfacing ta' toroq ġewwa Għawdex? Jekk fl-affermattiv, tista' l-Ministru tpoġġi kopja tiegħu fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li jeżisti programm ta' resurfacing ta' toroq ġewwa Għawdex. Ma jidhirlix li huwa xieraq li dan il-programm jitqiegħed fuq il-mejda tal-kamra minħabba tibdiliet li jistgħu jsiru kawża ta' xogħolijiet urġenti li jinqalgħu minn żmien għal żmien.
Leg 9 PQ #6068 Sitting 81 1999-03-29 Oral · Final From: CARMELO BORG To: Ministeru għal Għawdex

Nadur — Toroq

Question

Taf il-Ministru li Triq il-Madonna ta' Fatima, Vjal l-Imnarja u Triq il-Madonna ta' Lourdes, kollha fin-Nadur, Għawdex, jintħieġu resurfacing? Tista' tgħid meta beħsiebu jsir l-imsemmi resurfacing fit-toroq fuq imsemmija?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

It-toroq imsemmija huma mdaħħla fil-programm ta' xogħolijiet ta' resurfacing.
Leg 9 PQ #5845 Sitting 79 1999-03-23 Oral · Final From: CARMELO BORG To: Ministeru għal Għawdex

Għajnsielem — Manutenzjoni ta' triq

Question

Taf il-Ministru li Triq Cordina, f'Għajnsielem, Għawdex tenħtieġ resurfacing? Tista' l-Ministru tieħu l-passi meħtieġa biex l-imsemmija triq tingħata wiċċ ġdid?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li l-bżonn ta' resurfacing fi Triq Cordina f'Għajnsielem jiġi kkunsidrat skond il-prijoritajiet ta' xogħolijiet ta' toroq f'Għawdex.
Leg 9 PQ #5702 Sitting 78 1999-03-22 Oral · Final From: CARMELO BORG To: Ministeru għal Għawdex

Port ta' l-Imġarr — Waiting room

Question

Taf il-Ministru li dawk il-ħaddiema/passiġġieri li jkunu se jaqsmu bejn iż-żewġ gżejjer m'għandhomx il-faċilita' ta' waiting room fil-port ta' l-Imġarr? Taf il-Ministru li dan qiegħed joħloq inkonvenjent għal passiġġieri kemm fix-xhur tas-sajf kif ukoll matul ix-xitwa? Meta se jittieħdu l-passi meħtieġa biex tiġi pprovduta xi forma ta' waiting area?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li faċilitajiet xierqa għall-passiġġieri ser ikunu pprovduti sew fl-Imġarr kif ukoll fiċ-Ċirkewwa fil-proġett li qiegħed jitħejja għal dawn iż-żewġ portijiet. Hija ħasra li fis-sentejn ta' Gvern Laburista ma saru l-ebda xogħolijiet fil-port ta' l-Imġarr biex ta' l-inqas tittaffa l-problema li qed jirreferi għaliha l-Onorevoli Interpellant.
Leg 9 PQ #5703 Sitting 78 1999-03-22 Oral · Final From: CARMELO BORG To: Ministeru għal Għawdex

Marsalforn — Triq Santa Marija - Manutenzjoni

Question

Taf il-Ministru li Triq Santa Marija, Marsalforn, Għawdex tinsab fi stat diżastruż? Tista' tgħid x'inhi r-raġuni li din it-triq tħalliet f'dan l-istat? Meta beħsiebhom jittieħdu l-passi meħtieġa biex din it-triq tiġi rranġata?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li Triq Santa Marija, Marsalforn kienet qiegħda fi stat ħażin ħafna minħabba xogħol ta' trinka li saret fiha. Dan ix-xogħol huwa lest u t-triq ġiet irranġata.
Leg 9 PQ #5841 Sitting 78 1999-03-22 Oral · Final From: CHRIS CARDONA To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru t'Għawdex — Direct orders

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm ingħataw direct orders mill-ministeru tagħha? Għal-liema xogħlijiet ingħataw dawn id-direct orders? Kemm kienu jammontaw kull direct order u lil min ingħataw? Fuq liema kriterju ingħataw dawn id-direct orders?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Nirreferi l-Onorevoli Interpellant għar-risposta mogħtija għall-mistoqsija numru 5116.
Leg 9 PQ #5842 Sitting 78 1999-03-22 Oral · Final From: CARMELO BORG To: Ministeru għal Għawdex

Xewkija — Servizz ta' drenaġġ

Question

Taf il-Ministru li Triq Gorġun, fix-Xewkija, Għawdex m'għandhiex is-servizz tad-drenaġġ minkejja li hemm bosta familji jgħixu fiha? Tista' l-Ministru tieħu l-passi kollha meħtieġa biex is-servizz tant bżonnjuż jitwassal anke f'din it-triq?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jekk l-Onorevoli Interpellant qigħed jirreferi għal Triq it-Torri Gorġun, jiena nfurmata li x-xogħolijiet meħtieġa iridu jsiru bħala parti mill-programm ta' xogħolijiet ta' drenaġġ f'Għawdex.
Leg 9 PQ #5843 Sitting 78 1999-03-22 Oral · Final From: CARMELO BORG To: Ministeru għal Għawdex

Xewkija — Manutenzjoni ta' triq

Question

Taf il-Ministru li Triq Girġor, fix-Xewkija tenħtieġ manutenzjoni peress li fiha ħsarat konsiderevoli? Tista' l-Ministru tieħu l-passi meħtieġa biex l-imsemmija triq tiġi rranġata?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jekk l-Onorevoli Interpellant qigħed jirreferi għal TRiq it-Torri Gorġun, jiena nfurmata li l-manutenzjoni ta' din it-triq hija responsabilita' tal-Kunsill Lokali tax-Xewkija.
Leg 9 PQ #5844 Sitting 78 1999-03-22 Oral · Final From: CARMELO BORG To: Ministeru għal Għawdex

Għajnsielem — Manutenzjoni ta' triq

Question

Taf il-Ministru li Triq il-Ġnien f'Għajnsielem tinsab fi stat ħażin u tenħtieġ resurfacing? Tista' l-Ministru tieħu l-passi kollha meħtieġa biex din it-triq tiġi resurfaced?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li Triq il-Ġnien f'Għajnsielem hija miksija bit-tarmac u m'għandhiex bżonn resurfacing. Jekk hemm xi ħtieġa ta' manutenzjoni din taqa' taħt ir-responsabilita' tal-Kunsill Lokali ta' Għajnsielem.
Leg 9 PQ #5620 Sitting 77 1999-03-17 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — Impjegati b'degree

Question

Tista' l-Ministru tgħid jekk hemmx impjegati fid-dipartimenti li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tagħha li jgawdu minn allowance għad-degree jew diploma li għandhom? X'inhuma s-suġġetti li huma ċċertifikati fihom? X'inhuwa x-xogħol li qegħdin jagħmlu bħalissa?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

L-informazzjoni mitluba mill-Onor Interpellant hi skond il-lista li qed titpoġġa fuq il-mejda tal-kamra.