Tista' l-Ministru tgħid għal liema raġuni twaqqaf il-proċess li kien kważi ġie finalizzat mill-Gvern Laburista li fil-Posta Għawdex pakki domestiċi li jaqbżu l-Lm100 u pakki kummerċjali li jaqbżu l-Lm50 jiġu ċentralizzati f'Victoria Branch Post Office u li f'din il-fergħa jkun hemm żewġ uffiċjali tad-Dwana li jkunu jagħmlu parti mill-istaff tas-Sezzjoni tad-Dwana tal-Parcel Post Office biex jiġu rilaxxati dawn il-pakki?
Fuq parir ta' min twaqqaf dan il-proċess (File No. M9 123/94)?
Taf il-Ministru li dak li kien qiegħed jiġi propost huwa dak li għal diversi drabi rrakomanda l-Awditur Ġenerali?
Taf il-Ministru li jkun qiegħed jinħoloq preċedent serju jekk id-Dwana fuq il-pakki fid-diversi fergħat tal-Posta f'Għawdex jitħalla jsir minn uffiċjali tal-kumpannija u mhux mid-Dipartiment tad-Dwana?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ma jidhirlix li s-servizzi li qed jingħataw fl-irħula tax-Xagħra u n-Nadur għandhom jitnaqqsu.
Tajjeb li jingħad li r-rapport ta' l-Awditur Ġenerali li għalih qed jirreferi l-onor interpellant igħid fost l-oħrajn li 'it is apparent that the remaining General Service clerks are not prepared to pass on their knowledge to the uniformed staff in order to render themselves indispensable'. Kien prinċipalment għalhekk li l-Awditur Ġenerali rrakkomanda li l-pakki kollha indirizzati lill-Għawdxin jiġu ċentraliżżati fil-fergħa tar-Rabat.
Tista' l-Ministru tgħid meta se tiġi upgraded il-padology room fl-Isptar Ġenerali ta' Għawdex u mgħammra b'air conditioner biex tkun tista' toffri ambjent adattat għall-pazjenti?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jiena nfurmata li l-Klinika tal-Podoloġija ġewwa l-Isptar Ġenerali t'Għawdex hija waħda mill-kliniċi li hemm il-ħsieb li tiġi 'refurbished'. Fil-fatt diġa' tqabbad Perit biex jagħmel il-pjanti meħtieġa ħalli din tkun tista' titranġa.
Tajjeb iżda li jingħad li bħalissa għaddejjin proġetti oħra ta' 'refurbishment' li huma ta' prijorita' akbar.
X'kienu r-raġunijiet li wasslu biex studenti Għawdxin li għamlu l-"A" Level Matsec Science kellhom jitilgħu Malta biex jagħmlu dan l-eżami? Din se tkun il-prattika fil-ġejjieni?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għar-risposta tal-Mistoqsija Parlamentari numru 6883 magħmula lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni dwar l-istess suġġett.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 7885, tista' l-Ministru tagħti l-listi ta' nies li qegħdin fuq bordijiet governattivi u parastatali li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tagħha skond kull bord?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
L-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant hija mogħtija fil-lista annessa.
__________________________________ ______________________________________
LISTA TAL-MEMBRI TA' BORDIJIET GOVERNATTIVI LI JAQGĦU TAĦT IR-RESPONSABBILTA' TAL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX
ADULT TRAINING CENTRE
Paul Zammit
Claire Camilleri
John Camilleri
Michael Bajada
Josephine Farrugia
Edgar Galea Curmi
Rev Manwel Curmi
SOTTO KUMITAT - NATIONAL FOCAL POINT
Joyce Dimech
Claire Camilleri
Kevin Sciberras
Mario Zammit
Noel Formosa
Anthony Attard
ELDERLY DAY CENTRE - MANAGEMENT BOARD
Joyce Dimech
Claire Camilleri
Paul Buttigieg
Mario Camilleri
Rev Manwel Curmi
Paul Zammit
KUNSILL TAL-KULTURA
Mons Lawrence Sciberras
Noel Formosa
Joe Camilleri
Joe Cini
Charles Zammit
Charles Bezzina
Eucharist Camilleri
Norma Camilleri (Miss)
John Cremona
Carmel Grech
Saviour Grech
Anthony Mizzi
Rosabelle Pavia (Mrs)
Kevin Sciberras
KUMITAT FESTI NAZZJONALI U POPOLARI
Vincent Grech
Dr Aaron Attard Hili
Paul Zahra
Charles Zammit
Josephine Azzopardi (Mrs)
George Borg
Joe Cini
John Cremona
Stephen Mercieca
Joseph Muscat
Dr Michael Refalo
Charles Said
Joe M Attard
Helen Cassar (Mrs)
I.T.S. MANAGEMENT COMMITTEE
Kevin Sciberras
Ray Xerri
Edwin Borg
Ludgard Gatt
George Borg
Joyce Pullicino
Marcell Bonnici
Lino Borg
Teddy Camilleri
Edmund Theuma
Amand Veranneman
KUMITAT MILLENNJU
Kevin Sciberras
Charles Zammit
Claudia Cassar
Mons Lawrence Sciberras
Vincent Grech
Noel Formosa
Paul Curmi
Mario Zammit
Paul Zahra
Paul Galea
Fr Charles Cini
Dr Vicky Anne Cremona
KUMITAT KONĠUNT - KUNSILLI LOKALI
Frank J Psaila
Kevin Sciberras
Joseph A Portelli
Maurice Caruana
Paul Buttigieg
Harry Debono
Noel Formosa
GOZO HISTOCIAL, HERITAGE AND CITTADELLA ADVISORY
John Cremona
Godwin Vella
Mag Dr Paul Coppini
Anton F Attard
Perit Edward Scerri
Alvin Scicluna
George Azzopardi
Anthony Ellis
Anthony Zammit
Rev Dr Joseph Bezzina
Joe Attard Tabone
Mgr Anton Gauci
George Vella
GOZO AGRICULTURAL, CULTURAL AND INDUSTRIAL SOCIETY
Francis Mercieca
Joe Cremona
Carmel Portelli
John Camilleri
Alfred Portelli
M'Ang Camilleri
Godwin Vella
Saviour Gatt
Joe Abela
Josephine Azzopardi
Joe Cini
Francis Saliba
KUNSILL ĠENERALI TAS-SAĦĦA F'GĦAWDEX
Profs Maurice N Cauchi
Paul Buttigieg
Emanuel Grech
Dr Teddy George Farrugia MD
Dr Salvino Galea MD
Dr Patrick Sciberras MD
Saviour Sciberras
Noel Formosa
Louis Attard
Anastasio Degiorgio
Joe Xuereb
GOZO SPORTS BOARD
Joe Bajada
Mario Zammit
Carmel Theuma
Paul Galea
Joseph Grech
Lawrence Muscat
M'Angelo Attard
Joseph Attard
Dr Chris Said
Anthony Camilleri
Raymond Gauci
Mario Saliba
Victor Attard
Amand Veranneman
William Portelli
Vincent Farrugia
Mark Buttigieg
Dr Marlin Vella
Marvic Bajada
Tista' l-Ministru tgħid hijiex tagħmel użu minn mobile phone li jsir ħlas għalih mill-fondi tal-Ministeru? Jekk fl-affermattiv, tista' tgħid kemm laħqet l-ispiża ta' dan l-użu mill-5 ta' Settembru, 1998 sal-31 ta' Marzu, 1999? Tista' wkoll tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-irċevuti konnessi?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Naħseb li l-Onorevoli Interpellant japprezza li fl-1999 mhiex xi ħaġa straordinarja, u żgur li hekk għandu jkun, li Ministru jkollu użu ta' mobile phone.
Jiena nfurmata li l-ispiża tal-kera tal-mobile phone mill-5 ta' Settembru 1998 sal-31 ta' Marzu 1999 li minnu jiena qegħda nagħmel użu kienet ta' Lm164.78,0 filwaqt li l-ispiża tat-telefonati li saru permezz tiegħu mit-23 t'Awissu 1998 sat-22 t'April 1999 kienet tammonta għal Lm382.94,0. Dan l-istess mobile phone beda jintuża minni wara t-8 ta' Settembru 1998 u qabel din id-data kien jintuża minn uffiċċjal fis-Segretarjat Privat tas-Segretarju Parlamentari għal Għawdex. Mill-5 ta' Settembru 1998 sal-31 ta' Marzu 1999 il-Ministeru għal Għawdex ħallas ukoll is-somma ta' Lm10.95,0 għal 'VML - De-Installation' fuq l-istess mobile phone. Ma narax il-ħtieġa li nqiegħed l-irċevuti fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista' l-Ministru tikkonferma li fil-preżent hemm nuqqas ta' surgical spirit fl-Isptar Ġenerali ta' Għawdex? X'inhi r-raġuni li qegħda tinħoloq din l-iskarsezza? X'passi qegħdin jittieħdu biex dawn il-problemi jingħelbu?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jiena nfurmata li bħalissa hemm biżżejjed Surgical Spirit għall-ħtiġijiet tas-swali ta' l-isptar, għalkemm mhux għall-pazjenti ta' barra. L-Isptar Ġenerali ta' Għawdex qed jordna kull ġimgħa l-kwantitajiet ta' Surgical Spirit li jkollu bżonn. Il-ftit nuqqas li hemm bħalissa hu kawżat minn kunsinna li kienet intbagħtet fis-26 ta' Ġunju 1998, u li kellha titreġġa lura b'ordni tal-Government Pharmaceutical Services għax ma kenitx ta' kwalita' tajba. S'issa l-kunsinna t-tajba għadha ma waslitx. Huwa ttamat li din tasal ma ddumx.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 5704 li kienet saret lill-Ministru tas-Saħħa u li issa ġiet riferuta lilek u ċioe' taf il-Ministru li l-prassi hi li dawk il-ħaddiema li jagħmlu 15-il sena jaħdmu bħala Hospital Auxiliary group B (ekwivalenti għal grad 18) fl-Isptar Ġenrali ta' Għawdex, dawn awtomatikament jieħdu group D? Taf il-Ministru li f'dan l-isptar hemm ħaddiema li minkejja li skorrew iż-żmien stipulat jaħdmu x-xogħol fuq imsemmi, dawn baqgħu ma ħadux il-grad ta' group B? X'passi se jittieħdu biex dawn it-talin jieħdu l-grad mistħoqq? Kemm hemm ħaddiema ta' dan it-tip jaħdmu fl-isptar fuq imsemmi li huma ntitolati għal grad B group B u għadhom ma ħaduhx? Kemm hu n-numru ta' dawk il-persuni li kienu ntitolati għal dan il-grad ta' group B u baqgħu ma ħaduhx anke li llum spiċċaw l-impjieg tagħhom bl-eta'? X'se jiġri minn dawn l-ex ħaddiema u kif se jiġu rrimedjati dawn in-nuqqasijiet?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għar-risposta tal-Mistoqsija Parlamentari numru 6823.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 5704 li kienet saret lill-Ministru tas-Saħħa u li issa ġiet riferuta lilek u ċioe' taf il-Ministru li l-prassi hi li dawk il-ħaddiema li jagħmlu 15-il sena jaħdmu bħala Hospital Auxiliary group B (ekwivalenti għal grad 18) fl-Isptar Ġenerali ta' Għawdex, dawn awtomatikament jieħdu group D? Taf il-Ministru li f'dan l-isptar hemm ħaddiema li minkejja li skorrew iż-żmien stipulat jaħdmu x-xogħol fuq imsemmi, dawn baqgħu ma ħadux il-grad ta' group B? X'passi se jittieħdu biex dawn it-talin jieħdu l-grad mistħoqq? Kemm hemm ħaddiema ta' dan it-tip jaħdmu fl-isptar fuq imsemmi li huma ntitolati għal grad B group B u għadhom ma ħaduhx? Kemm hu n-numru ta' dawk il-persuni li kienu ntitolati għal dan il-grad ta' group B u baqgħu ma ħaduhx anke li llum spiċċaw l-impjieg tagħhom bl-eta'? X'se jiġri minn dawn l-ex ħaddiema u kif se jiġu rimedjati dawn in-nuqqasijiet?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għar-risposta tal-Mistoqsija Parlamentari numru 6823.
Tista' l-Ministru tieħu l-passi meħtieġa biex it-Triq Wistin Camilleri Cauchi fir-Rabat, Għawdex tiġi asfaltata minħabba l-istat diżastruż li tinsab fih?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jiena nfurmata li l-imsemmija triq hija mdaħħla fil-programm ta' xogħolijiet ta' toroq f'Għawdex.
Tista' l-Ministru tirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 7440?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jiena nfurmata li n-numru ta' sigħat ta' overtime li ttieħed mill-minor staff li jaqa' taħt il-Ministeru għal Għawdex li jinkludi d-Dipartiment għas-Servizzi Korporattivi, id-Dipartiment tal-Customer Services u d-Dipartiment tal-Proġetti u Żvilupp minn Settembru 1998 sa l-4 ta' Ġunju 1999 huwa 6113.72 li minnu 2772.78 sigħat se jiġu kkompensati bħala 'time in lieu'.
Tista' l-Ministru tirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 7522?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
L-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant rigward is-Senior Messengers, messaġġiera u General Hands li jaqgħu taħt il-Ministeru għal Għawdex li jinkludi d-Dipartiment għas-Servizzi Korporattivi/Segretarjat Privat, Dipartiment tal-Customer Services u Dipartiment tal-Proġetti u Żvilupp hija mogħtija hawn taħt:
Numru ta' Senior Messengers: 6
Numru ta' Messaġġiera: 29
Numru ta' General Hands: 682
Numru ta' General Hands li
qegħdin jagħmlu xogħol
messinġerjali: 33
Tista' l-Ministru tagħti l-lista ta' nies u l-persentaġġi ta' rġiel u nisa li huma membri f'bordijiet governattivi u parastatali li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tiegħu?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
It-tagħrif mitlub mill-Onorevoli Interpellant huwa mogħti fil-lista annessa.
Bord/Kumitat Nru ta' Membri Persentaġġ Persentaġġ
ta' rġiel ta' nisa
Gozo Agricultural,
Cultural and Industrial
Society 12 91.7% 8.3%
Goz o Historical, Heritage
and Cittadella Advisory 13 100% -
Kunsill tal-Kultura 14 85.7% 14.3%
Kumitat Festi Nazzjonali
u Populari 14 85.7% 14.3%
Kumitat Millennju 12 83.3% 16.7%
Kumitat Konġunt -
Kunsilli Lokali 6 100% -
Sotto Kumitat - Nat.
Focal Point 6 66.7% 33.3%
I.T.S. Management
Committee 11 90.9% 9.1%
Adult Training Centre Board 7 71.4% 28.6%
Gozo Sports Board 19 100% -
Kunsill Ġenerali tas-Saħħa
f'Għawdex 12 91.7% 8.3%
Eld erly Day Centre -
Management Board 6 66.7% 33.3%
TOTAL 132 8 8.6% 11.4%
Mill-5 ta' Settembru, 1998 'il hawn, tista' l-Ministru tgħid liema kienu dawk il-postijiet vakanti f'kull grad u f'kull pożizzjoni li kienu jeżistu u qed jeżistu fil-preżent f'kull dipartiment u f'kull segretarjat fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex li għalih/hom ħarġu jew se joħorġu sejħiet għal applikazzjonijiet? Għal kull sejħa ta' applikazzjoni li saret kemm kien hemm applikanti? Min kienu l-applikanti? Meta saru l-intervisti meħtieġa? Min intgħażel biex jimla' dawn il-postijiet vakanti?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
L-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant hija mogħtija fil-listi annessi. Din l-informazzjoni tikkonċerna postijiet vakanti li jeżistu fid-dipartimenti tal-Ministeru għal Għawdex li huma diġa' approvati mill-Uffiċċju tal-Management and Personnel jew li saret talba għalihom lill-istess uffiċċju. Talbiet għal sejħiet oħrajn isiru skond il-bżonnijiet li jkollhom id-Dipartimenti minn żmien għall-ieħor.
Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm impjegati fil-grad ta' Senior Messenger, Messenger u General Hand jaħdmu f'dipartimenti tal-Gvern f'Għawdex?
Min huma u fejn qegħdin? Hemm xi ħaddiema mpjegati bħala General Hand li qed jagħmlu xogħol ta' messaġġiera? Jekk fl-affermattiv, min huma u fejn jaħdmu?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
L-informazzjoni qegħda tinġabar u tingħata f'xi seduta oħra.
Barra mis-segretarji, tista' l-Ministru tgħid kemm hemm impjegati oħra jaħdmu part-time jew fulltime mal-Kunsilli Lokali f'Għawdex? Min huma? Kif ġew ingaġġati u meta? X'inhu s-salarju tagħhom kull sena? X'inhu xogħolhom fil-kunsill lokali?
Tista' l-Ministru tgħid jekk hux minnu li l-gabbani li jarmaw għax-xhur tas-sajf fir-Ramla l-Ħamra, Għawdex din is-sena ma tħallewx jarmaw temporanjament it-tined li jservu ta' protezzjoni għall-klijenti mir-raġġi tax-xemx? Jekk fl-affermattiv, x'inhi r-raġuni li s-sidien tal-gabbani ma tħallewx jagħmlu dan?
Hemm il-ħsieb li dawn is-sidien jingħataw il-permessi meħtieġa biex jarmaw dawn it-tined peress li dawn ma jintramawx għal gost iżda bħala protezzjoni kontra r-raġġi qawwija tax-xemx?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant ikun aktar speċifiku fid-domanda tiegħu.
Tista' l-Ministru tgħid x'inhi r-raġuni li l-catamaran inġab Għawdex u tħalla sorgut mal-moll bla ma qiegħed jintuża?
Huwa minnu li l-catamaran ġarrab ħsarat meta dan kien qiegħed jinġarr fuq il-karru?
Huwa minnu li se tinħareġ offerta biex dan il-catamaran jibda jitħaddem mill-privat?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jiena nfurmata li l-catamaran inġab Għawdex wara li saritlu l-manutenzjoni ta' kull sena fil-Manoel Island Shipyard. Sadanittant, f'Għawdex qed jitkomplew xi manutenzjonijiet u surveys oħra li huma rikjesti mill-Classification Society.
Il-catamaran ġarrab ħsarat minimi matul is-slipping fil-Manoel Island Shipyard, liema ħsarat ġew imsewwija u mħallsa mit-Tarzna stess. Dawn it-tiswijiet saru taħt is-superviżjoni tal-Klassi. Fil-preżent ma hemm l-ebda pjanijiet sabiex il-catamaran jigi operat minn xi kumpanija privata.
Peress li t-triq ta' wara l-għassa tal-pulizija fir-Ramla l-Ħamra hija tant imħarrbta li qed tkun ta' periklu għan-nies li jżuru din il-bajja, u l-istaġun tas-sajf diġa' beda, tista' l-Ministru tieħu l-passi kollha meħtieġa biex din it-triq tiġi rranġata bit-torba jew materjal ieħor li ma jkunx ta' ħsara għall-ambjent u l-inħawi tal-madwar?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jiena nfurmata li t-triq imsemmija se tiġi rranġata.
Tista' l-Ministru tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-rapport tal-perit li stħarreġ it-tiswijiet u l-manutenzjoni meħtieġa fl-iskejjel primarji u sekondarji f'Għawdex?
Kif se jitwettaq il-programm ta' xogħol meħtieġ?
F'liema każi x-xogħol se jsir mal-kunsilli lokali?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ma jidhirlix li għandi npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-Rapport tal-Perit li stħarreġ it-tiswijiet u l-manutenzjoni meħtieġa fl-Iskejjel Primarji u Sekondarji f'Għawdex. Iżda jekk l-onor interpellant jixtieq jara dan ir-rapport, jiena lesta li npoġġi kopja ghad-dispozizzjoni tiegħu.
Il-Perit fir-Rapport tiegħu qassam ix-xogħol meħtieġ fuq perijodu ta' ħames snin li l-ewwel fażi tiegħu se tibda titwettaq din is-sena.
Il-Ministeru qed jitsħarreġ kif l-aħjar jitwettqu dawn ix-xogħolijiet