Legislature:
Category:
Reset
Active:

Impjiegi — Reġistrazzjoni għax-xogħol

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 37535 u ċioe' jista' jgħid kemm-il persuna nqatgħet mir-Reġistru mill-1998 sal-lum?

Response (GONZI, LAWRENCE)

In-numru ta' persuni li nqatgħu mir-reġistru (strike offs) f'Malta u f'Għawdex minn Jannar 1998 sa Novembru 2002 kien ta' 5,603 persuni.

Fabbriki — Ħaddiema bis-sensja

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 37565 u ċioe' jista' jgħid kemm għalqu fabbriki mill-1998 sal-lum u kemm kienu l-ħaddiema li tilfu x-xogħol? Jista' jgħid kemm fetħu fabbriki ġodda fl-istess żmien u kemm ħadmu ħaddiema magħhom?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.

Anzjani — Servizz ta' home help

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 37569 u ċioe' jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hemm anzjani li jieħdu s-servizz tal-home help? Minn liema lokalita' huma u kemm ilhom jieħdu s-servizz u kemm għandhom sigħat?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru ta' anzjani li jieħdu s-servizz tal-Home Help hu ta' 2726. Hemm min ilu jieħu s-servizz sa mill-bidu jiġifieri mill-1988. Dan is-servizz ivarja minn sagħtejn (2) fil-ġimgħa għal oħrajn li għandhom bejn tlieta (3) u għaxar (10) siegħat fil-ġimgħa. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista tal-Lokalitajiet.

Reġistrar — Finger prints

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid meta se jibda l-proċess tar-reġistrar bis-sistema tal-finger prints u x' kienet ir-raġuni għad- dewmien meta din is-sistema suppost li nbdiet xhur ilu?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Korporazzjoni bdiet tuża s-sistema tat-tiġdid tar-reġistrar b'apparat biometriku mill-bidu t'Awissu 2002. Minn dakinhar l'hawn ġew introdotti b'din is-sistema 12 il-post. Dawn jkopru 35 il-lokalita'. Fil-fatt illum il-ġurnata hemm madwar 3,000 persuna li għandhom il-kard u li qed jirreġistraw b'din is-sistema.

Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali — Children's allowance

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jinvestiga fiex waslet l-applikazzjoni pendenti għaċ-children's allowance tal-familja li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuna minnu ndikata ġiet infurmata bil-każ tagħha.

ETC — Talab biex persuna tiġi offruta mpjieg

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid xi prospetti hemm li l-persuna, li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, jiġi offrut impjieg mill-ETC?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuna ndikata ser tiġi ntervistata mill-uffiċjal tal-Korporazzjoni. F'din l-intervista wieħed ikun jista' jiddiskuti l-prospetti ta' mpjiegi u diversi dettalji oħra.

Anzjani — Day Care Centres

Question

Jista' il-Ministru jara li tiġi rimedjata s-sitwazzjoni li tammonta għal ksur tal-liġi dwar opportunitajiet indaqs għal persuni b'diżalilita', fejn anzjani li jixtiequ jattendu d-Day Care Centre ta' Bormla qed jiġu esklużi għax trasport ma jeżisitx?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellanti li peress li t-trasport għad-Day Centres hu nkarigu tal-Kunsill Lokali, s'issa d-Dipartiment ta' l-Anzjani u Servizzi fil-Komunita' għadu ma laħaqx ftehim mal-Kunsill Lokali tal-Kottonera u tal-Fgura biex it-trasport ikun ipprovdut. It-taħdidiet għadhom sejrin.

Industrial And Employment Relations

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 37691?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Il-Fond ta' Garanzija li rreferiet għaliħ l-Onor. Interpellanti hu dak li ser jitwaqqaf meta jinġieb fis-seħħ artikolu 21 ta' l-Att dwar l-Impiegi u Relazzjonijiet Industrijali ta' l-2002. Dan il-Fond hu maħsub biex jiggarantixxi l-ħlas ta' pagi mhux imħallsa li jkunu dovuti mill-prinċipal lil dawk l-impjegati li jkun intemmilhom l-impieg kawża tal-falliment ippruvat tal-prinċipal. Ir-regolamenti, meħtieġa skond artikolu 21 (2) ta' l-imsemmi Att, bid-dettalji dwar kif għandu jkun amministrat u regolat dan il-Fond, diġa ġew abbozzati u referuti għall-konsiderazzjoni u l-kummenti tal-Bord dwar ir-Relazzjonijiet dwar l-Impiegi.

Djar — Akkomodazzjoni soċjali

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 37636, jista' l-Viċi Prim Ministru jagħti spjegazzjoni aktar ċara? Jista' jgħid jekk l-applikazzjoni għall-akkomodazzjoni alternattiva għadhiex valida?

Response (GONZI, LAWRENCE)

M'għandi xejn x'inżid mar-risposta li tiġa tajt f'Mistoqsija Numru 37636.0-

SVPR — Sistema ta' mobile phone

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jikkonsidra l-possibbilta' li fl-SVPR u fi djar oħra b'residenza ta' l-anzjani jiġi ntrodott is-sistema ta' mobile phone sabiex dawk il-pazjenti ''bed ridden'' jkunu jistgħu ikellmu lil qrabathom bis-servizz tat-telephone?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-wards fl-SVPR qed tiddaħħal is-sistema li biha r-residenti jkunu jistgħu jagħmlu kuntatt ma' qrabathom bis-sett tat-telefon.

Djar ta' l-anzjani — Casual domestic workers

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 27734 ta' l-24.07.01, jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk il-Gvern huwiex beħsiebu jagħmel lill-casual domestic workers fid-djar ta' l-anzjani ħaddiema tal-post?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li għadhom għaddejjin it-taħditiet ħalli l-impjieg tal-Casual Domestic Workers jiġi regolariżżat.

Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali — Għajnuna soċjali

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jivverifika l-għajnuna soċjali li qed tirċievi l-persuna, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Minn investigazzjoni li għamel id-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali rriżulta li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant qed tirċievi pensjoni kontributorja u qatt m'applikat għall-Għajnuna Soċjali.

Djar — Bdil ta' appartamenti

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 37312, qed ngħaddi d-dettalji separatament għall-konsiderazzjoni tad-Dipartiemnt ta' l-Akkomodazzjoni Soċjali.

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab informat illi l-persuna ndikata m'għandha l-ebda applikazzjoni mad-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali.

Faċilita' Korrettiva ta' Kordin — Familji tal-priġunieri

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'support u/jew għajnuna tingħata lill-familja - (mara u tfal) ta' persuna li tinsab il-ħabs (jew tistenna s-sentenza) - speċjalment mil-lat ta' servizzi soċjal? Jikkonsidra l-Viċi Prim MInistru li dawn ikunu pprovduti b'informazzjoni (forma ta' booklet) rigward id-drittijiet u l-obbligi tagħhom?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Għal dak li jirrigwarda benefiċċji soċjali, familja ta' persuna li tinsab il-ħabs, jekk tissodisfa it-test tal-mezzi, tingħata l-Għajnuna Soċjali u, jekk ikun hemm it-tfal, titħallas iċ-Children Allowance. Mill-aspett ta' ħarsien soċjali, l-awtoritajiet tal-ħabs, permezz ta' l-Aġenzija Appoġġ, jipprovdu servizz ta' social worker kif ukoll servizz ta' psikologu, kemm għall-priġunieri kif ukoll għall-familjari tagħhom. Dawn is-servizzi, li kienu limitati kawża ta' nuqqas ta' riżorsi umani, mistennija jiżdiedu matul din is-sena. Għaddejt is-suġġeriment fl-aħħar parti tal-Mistoqsija lill-Ażenzija Appoġġ biex tikkunsidra l-possibilita' li jiġi stampat ktejjeb bl-informazzjoni li għamel referenza għaliha l-Onor. Interpellant.