Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' persuni/kumpanniji/households/intraprendituri (separatament) li fil-preżent għandhom arranġament sabiex iħallsu l-arretrati tal-kontijiet pendenti għat-taxxa ta' l-income?
Jista' jipprovdi l-istess tagħrif għall-aħħar ħames snin, sena b'sena?
Għal kemm snin imur lura l-aħħar pagament dovut?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar u tingħata tweġiba f’xi seduta oħra.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' persuni/kumpanniji (separatament) li fil-preżent għandhom arranġament sabiex iħallsu l-arretrati tal-kontijiet pendenti tal-N.I.?
Għalkemm snin imur lura l-aħħar pagament dovut?
Jista' jipprovdi l-istess tagħrif għall-aħħar ħames snin, sena b'sena?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 25783.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' persuni/kumpanniji (separatament) li fil-preżent għandhom arranġament sabiex iħallsu l-arretrati tal-kontijiet pendenti tal-N.I.?
Għalkemm snin imur lura l-aħħar pagament dovut?
Jista' jipprovdi l-istess tagħrif għall-aħħar ħames snin, sena b'sena?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar u tingħata tweġiba f’xi seduta oħra.
Jista' l-Prim Ministru jgħid fil-mument kemm hi ċ-ċifra ta' flus globali li d-dipartiment tal-VAT irid jirrifondi lura lit-taxpayer?
Kemm minn din iċ-ċifra hija maħsuba li titħallas din is-sena?
Għal kemm snin imur lura l-aħħar pagament dovut?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar u tingħata tweġiba f’xi seduta oħra.
Jista' l-Prim Ministru jgħid fil-mument kemm hi ċ-ċifra ta' flus globali li d-dipartiment tat-taxxa fuq l-income irid jirrifondi lura lit-taxpayer?
Kemm minn din iċ-ċifra hija maħsuba li titħallas din is-sena?
Għal kemm snin imur lura l-aħħar pagament dovut?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar u tingħata tweġiba f’xi seduta oħra.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm ħallas flus il-gvern is-sena l-oħra f'performance bonuses? Min ħadhom? Kemm ħaduhom nies? Min ma ħadhomx, għaliex ma ħadhomx? X'gradi kellhom dawk li ħaduhom?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li l-proċess ta’ l-għoti tal-Performance Bonuses għas-sena 2006 qiegħed fil-fażi finali u għaldaqstant għad ma jistax jingħata l-ammont totali li ser jitħallas.
Fl-okkażjoni tal-Beatifikazzjoni ta' Dun Gorġ Preca jikkonsidrax il-Gvern li jagħti btala pubblika lill-poplu kollu ħalli kulħadd jista' jsegwi l-proċess? Din it-talba qed isir fid-dawl illi l-gvern ilu jgħid li l-ekonomija sejra tajjeb ħafna.
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għar-risposta li tajt f’mistoqsija parlamentari numru 24432.
Fid-dawl ta' amnestiji li ta l-gvern dwar il-VAT u issa fid-dawl ta' l-iskema l-ġdida ta' reġistrazzjoni ta' flus mhux dikjarati, jista' l-Gvern jgħid kemm hu maħsub li se jitlef flus l-exchequer?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-Gvern Malti għandu programm ta’ konverġenza finanzjarja li qed jimxi fuqu f’dak li jirrigwardja d-dħul u l-infiq pubbliku. Bl-iskemi imsemmija mhux maħsub li se jintilef dħul li jirriforma parti minn dan il-pjan tal-finanzi pubbliċi.
Pjuttost, apparti l-effett ekonomiku, d-dħul li jidħol permezz ta’ tali inizzjattivi jtaffi l-bżonn ta’ l-iffinanzjar ta’ l-iżbilanċ bejn id-dħul u l-infiq pubbliku u l-imgħaxijiet neċessarji għal dak l-iffinanzjar.
Jista' l-Ministru jara li l-ATMs li huma f'areas residenzjali, ma jkunux ta' inkonvenjent għall-istess residenti, minħabba konsegwenzi ta' parkingbl-addoċċ, ħsejjes u exhaustaktar eċċ., u wkoll minħabba li dawn l-istess ATMs li huma mħarsa bis-cctvs qed inaqqsu l-privatezza ta' dawn ir-residenti, u dan għaliex hemm każi li r-residenti talbu xi banek biex jikkunsidraw din il-pożizzjoni li ġew fiha, wara li twaħħlu l-ATMs u li sfortunatament, ma ġewx sodisfatti, meta fl-aħħar mill-aħħar ir-residenti kienu qabel ma ġew installati dawn l-ATMs?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar u tingħata tweġiba f’xi seduta oħra.
Jista' l-Prim Ministru jgħid x'passi se jieħu l-istat Malti sabiex ma jitħalliex jidħol fl-ibħra territorjali Maltin u wisq inqas jitrakka fil-portijiet tagħna, vapur Olandiż ta' l-organizzazzjoni women on waves li hu intiż li għandu jiġi Malta u li mhux biss jippromwovi iżda li jwettaq l-abort? Jista' jikkunsidra li ma jħalliex dan il-bastiment jidħol anke jekk jiġu mogħtija assigurazzjonijiet mill-promoturi li ma jsirux aborti jew jitqassmu pilloli għall-abort? Jista' jgħid jekk l-awtoritajiet humiex se jieħdu passi kontra l-promoturi ta' din l-attivita' li fiha nnifisha qed tippromwovi l-qtil ta' trabi innoċenti?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Il-liġi Maltija hi applikabbli għal kulħadd. Għalhekk hu dmir tal-Gvern li jiżgura li jittieħdu l-passi li tikkontempla l-liġi sabiex reati kriminali ma jitwettqux.
Fir-rigward tal-ftehim dwar eżenzjoni minn ħlas ta' taxxa fir-rigward ta' stock options milħuq bejn is-Segretarju Parlamentari l-Onor. Tonio Fenech f'isem il-Gvern u l-MUBE dwar il-ħaddiema tal-HSBC, jista' l-Prim Ministru jgħid jekk dan japplikax għal ħaddiema oħrajn fis-settur privat li jgawdu minn stock options simili? Jekk le, ma jħossx li dan huwa att diskriminatorju kontrihom?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi din il-miżura hija applikabbli għal kulħadd, jiġifieri għal kull min jirċievi benefiċċju permezz ta’ skemi ta’ share options ipprovduti minn kumpaniji lill-impjegati tagħhom. Kif imħabbar, il-benefiċċju ser ikun taxxabbli bir-rata favorevoli ta’ 15% taxxa finali.
Jista' l-Prim Ministru jgħid Malta kemm irċeviet għajnuna finanzjarja u għajnuna oħra mill-pajjiżi barranin kollha, kemm Ewropej u kemm m'humiex mill-1964 sal-lum u dan in forza ta' protokolli finanzjarji u kull ftehim ieħor bilaterali u kull inizjattiva oħra politika mill-gvernijiet rispettivi? Għal liema skop intużaw dawn il-fondi u ċioe' f'liema proġetti ġew applikati f'kull każ matul l-istess perijodu? Kemm irċevejna pre-accession funds mill-EU u kemm irċevejna fondi mill-2003 sa l-2006 mill-EU? Għal liema proġetti ntużaw l-istess fondi mill-EU?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra t-tagħrif mitlub dwar għotjiet miksuba minn Malta mill-1964 lil hawn, imqassma bis-snin, is-sorsi u s-suġġetti rispettivi tagħhom.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' persuni/kumpanniji (separatament) li fil-preżent għandhom arranġament sabiex iħallsu l-arretrati tal-kontijiet tal-VAT?
Jista' jipprovdi l-istess tagħrif għall-aħħar ħames snin, sena b'sena?
Għal kemm snin imur lura l-aħħar pagament dovut?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar u tingħata tweġiba f’xi seduta oħra.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm-il skrivan każwali hemm attwalment mas-servizz ċivili?
Kemm-il skrivan tal-post hemm mas-servizz ċivili u kemm hemm skrivani anzjani mas-servizz ċivili?
Kemm-il post hemm vakanti għal skrivana mas-servizz ċivili?
Kemm-il post hemm vakanti għal uffiċjali eżekuttivi mas-servizz ċivili?
Kemm u kif se jimtlew il-postijiet vakanti mas-servizz ċivili, jiġifieri min jimla' l-post fir-rigward ta' dawk li llum huma skrivani anzjani jew skrivani li jaqgħu taħt l-iskrivani anzjani?
Kemm u kif se jimtlew il-postijiet vakanti mas-servizz ċivili għal posting ta' skrivan, li fosthom hemm l-iskrivani każwali li jistgħu japplikaw flimkien ma' individwi minn barra ċ-ċivil?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li fis-Servizz Pubbliku hemm 117 Skrivani Każwali, 1006 Skrivani u 713 Skrivani Anzjani.
Il-vaganzi fil-gradi ta’ Skrivan u Uffiċjal Eżekuttiv jiġu determinati skond il-ħtiġijiet tas-Servizz Pubbliku minn żmien għal żmien.
Il-postijiet ta’ Skrivan Anzjan jimtlew permezz ta’ promozzjonijiet li jsiru skond il-provvedimenti tal-Ftehim milqugħ mal-Unions fl-1993 dwar il-Klassifikazzjoni, Assimilazzjoni u Ristrutturar tal-Gradi fis-Servizz Ġenerali wara għaxar snin servizz sodisfaċenti fil-grad ta’ Skrivan.
Vaganzi li jinħolqu ta’ Skrivani Kawżali jimtlew skond il-ħtieġa permezz ta’ l-iskema ta’ Sostituti Każwali.
Diviżjoni tal-konsumatur u l-kompetizzjoni — Direttur ġenerali
Question
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 25341 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Kompetittivita' u Komunikazzjoni u li issa ġiet riferuta lilu, jista' l-Prim Ministru jgħid x'inhuma l-kwalifiki - u f'liema qasam huma - tal-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament li qegħda tokkupa l-pożizzjoni ta' direttur ġenerali fid-diviżjoni tal-konsumatur u l-kompetizzjoni?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 25435/10/1.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 25342 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Kompetittivita' u Komunikazzjoni u li issa ġiet riferuta lilu, jista' l-Prim Ministru jgħid kemm uffiċjali applikaw għall-post ta' direttur ġenerali fid-diviżjoni tal-konsumatur u kompetizzjoni? Jista' jgħid kull wieħed u waħda mill-applikanti xi kwalifiki u esperjenza għandhom? Jista' jgħid jekk sarx short-listing ta' dawn l-applikazzjonijiet? Jekk iva, jista' jgħid min ġie short-listed?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li kien hemm 4 applikanti għall-pożizzjoni ta’ Direttur Ġenerali fid-Diviżjoni tal-Konsumatur u Kompetizzjoni. Il-kandidati kollha ġew intervistati mis-Senior Appointments Advisory Committee.
F’dan il-livell il-ħatriet isiru għat-termini ta’ Artikolu 92(4) tal-Kostituzzjoni ta’ Malta, billi jiġi identifikat l-aktar persuna idonea għall-pożizzjoni partikolari.
M’hijiex etika li jingħataw dettalji personali.
Jista' l-Prim Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 25040 u jgħid Malta kemm irċeviet għajnuna finanzjarja u għajnuna oħra mill-pajjiżi barranin kollha, kemm Ewropej u kemm m'humiex mill-1964 sal-lum u dan in forza ta' protokolli finanzjarji u kull ftehim ieħor bilaterali u kull inizjattiva oħra politika mill-gvernijiet rispettivi? Għal liema skop intużaw dawn il-fondi u ċioe' f'liema proġetti ġew applikati f'kull każ matul l-istess perijodu? Kemm irċevejna pre-accession funds mill-EU u kemm irċevejna fondi mill-2003 sa l-2006 mill-EU? Għal liema proġetti ntużaw l-istess fondi mill-EU?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 25040.
Jikkonferma l-Prim Ministru illi ċertu computers fl-Uffiċċju ta' l-Istatistika ilhom xhur bil-ħsara? Kemm għamlet kollettivament overtime t-technical section ta' l-Istatistika?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar u tingħata tweġiba f’xi seduta oħra.
Jista' l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra r-riżultat għal ħatra ta' chief inspector fid-Dipartiment tad-Dwana?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li dan ir-riżultat ġie ppubblikat fit-23 ta’ Novembru 2006 u inġieb ukoll għall-wiri fuq in-notice boards tal-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku u tad-Dwana.