Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #30146 Sitting 674 2001-12-19 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Dipartiment tas-Saħħa — Overtime

Question

B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari numru 29821 jista' l-Ministru jgħid kemm ħadmu siegħat ta' overtime fix-xogħol proprju tagħhom u kemm kien l-ammont f'termini finanzjarji, xahar b'xahar, iż-żewġ ħaddiema separatament, dak fi skala 14 u l-ieħor fi skala 11 u li qed jaħdmu wkoll fl-ispettorat tad-Dipartiment tas-saħħa, minn meta bdew jaħdmu fl-imsemmi spettorat?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Jien infurmat li minn Ottubru 2000 sa Ottubru 2001, iż-żewġ ħaddiema msemmija f'P.Q. 29821 ħadmu dan l-overtime fix-xogħol proprju tagħhom skond kif ġej: Ħaddiem fi Skala 14 LM Sigħ at Ottubru 219 112 Novembru 138 71 Diċembru 118 61 Jannar 433 222 Frar 93 48 Marzu 328 168 April 375 192 Mejju 298 153 Ġunju 103 53 Lulju 625 321 Awissu 600 308 Settembru 583 299 Ottubru 355 182 Ħaddiem fi Skala 11 LM Sigħ at Ottubru 151.63 48 Novembru 142.15 45 Diċembru 153.74 47 Jannar 235.12 63 Frar 175.40 45 Marzu 186.60 50 April 182.87 48 Mejju 201.53 54 Ġunju 134.35 36 Lulju 223.92 60 Awissu - - Settembru 208.99 56 Ottubru 175.40 47 Ta` min jinnota li l-ammonti li jidhru ħdejn kull xahar mhux bilfors jirrifletti overtime maħdum fl-istess xahar. Rigward l-aħħar parti tad-domanda nirreferi l-Onor. Interpellant għat-tweġiba li kont tajt għal-mistoqsija numru 29467.
Leg 9 PQ #30383 Sitting 669 2001-12-12 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar — Out Patients

Question

Jista' l-Ministru jieħu passi biex in-nisa jingħataw l-prosthesis tas-sider - kif suppost - qabel jitilqu mill-isptar jew meta jmorru l-breast clinic tal-Out Patients?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Il-policy dwar prothesis tas-sider qed tiġi riveduta wara s-suġġerimenti mogħtija mill-Breast Care Policy Monitoring Group.
Leg 9 PQ #30384 Sitting 669 2001-12-12 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru tas-Saħħa

Prosthesis tas-Sider — Fondi

Question

Jista' l-Ministru jgħid huwiex aċċettabbli etikament li meta nisa jkollhom imorru jġibu l-prosthesis tas-sider ipprovduti b'fondi pubbliċi qed jiġu mħajra jixtru wkoll oġġetti oħra li jiswew xi Lm100?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Risposta tingħata f'seduta oħra.
Leg 9 PQ #30385 Sitting 669 2001-12-12 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru tas-Saħħa

Prosthesis — Fondi

Question

Jista' l-Ministru jgħid min fassal l-ispeċifikazzjonijiet tal-prosthesis tas-sider li qed jiġu pporvduti b'fondi pubbliċi lil dawk li għandhom bżonn? Jista' jiġi vverifikat jekk il-prosthesis tas-sider li qed jingħataw - li huwa air filled - fil-fatt humiex addottati għall-ħajja ta' kuljum?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Risposta tingħata f'seduta oħra.
Leg 9 PQ #30378 Sitting 668 2001-12-11 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Ħlas

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm iħallas il-gvern għal kull prosthesis tas-sider?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Kull 'prosthesis' tas-sider tqum Lm18.90 .
Leg 9 PQ #30353 Sitting 666 2001-12-10 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar — Management Committee

Question

Jista' l-Ministru jgħid xi status legali għandu s-St Luke's patients' bill of rights li ġie mħabbar dan l-aħħar mill-Management Committee ta' l-isptar?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Infurmat li l-bill of rights li qed isir referenza għaliha, inħareġ minn Kumitat għat-Tmexxija ta` Sptar institwit in forza ta` l-Kaptilu 94 ta` l-Ordinanza dwar l-Organizzazzjoni tad-Dipartiment tas-Saħħa. Dan il-kumitat għandu kemm il-poter kif ukoll id-dmir illi jirregola b'mod amministrattiv u maniġerjali f'diversi oqsma tas-Servizzi tas-Saħħa li jiġu mogħtija lil kull min jirrikorri għalihom. Dan il-bill of rights huwa l-manifestazzjoni tad-dmir u l-poter ga imsemmi.
Leg 9 PQ #30356 Sitting 666 2001-12-10 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru tas-Saħħa

Dipendenza fuq il-Kalmanti — Problema

Question

Jista' l-Ministru jgħid għandniex xi studji dwar l-użu ta' kalmanti f'pajjiżna fost 1) it-tfal 2) l-adoloxxenti 3) żgħażagħ 4) eta' medja 5) anzjani? Dawn l-istudji juru problema ta' dipendenza fuq il-kalmanti?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Infurmat li fid-Dipartiment tal-Psikjatrija ma saru l-ebda studji ta` din in-natura hawn Malta. Iżda hija xi ħaġa magħrufa mad-dinja kollha li ċerti tipi ta` kalmanti jistgħu jikkawżaw problemi ta` dipendenza f'kwalunkwe eta`.
Leg 9 PQ #30315 Sitting 665 2001-12-10 Oral · Final From: CARMELO MIFSUD BONNICI To: Ministeru tas-Saħħa

Berġa tal-Birgu

Question

Jista' l-Ministru b'referenza għad-domanda nru. 3539 jara jistgħux jsiru xogħlijiet ta' manutenzjoni esterni billi l-imsemmija Berga tal-Birgu tista' tagħti l-impressjoni li hija abbandunata?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninsab infurmat li manutenzjoni ssir fil-bereġ kollha b'mod regolari. Peress li l-post hu antik ħafna, umduż u l-ġebla mielħa, ix-xogħol li jsir fuq dan il-post iservi biss għal ftit xhur. L-aħjar soluzzjoni tkun li jinstab post ieħor ġdid għal berġa flok dik eżistenti.
Leg 9 PQ #30329 Sitting 665 2001-12-10 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tas-Saħħa

Cremation — Pjanijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-gvern għandux xi pjani dwar l-introduzzjoni tal-cremation?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninsab infurmat li d-Dipartiment tas-Saħħa Pubblika m'għandux il-ħsieb illi jibni xi Crematorium. Madankollu, dan id-Dipartiment diġa` qed jaħseb li meta jiġi estiż iċ-Ċimiterju ta` l-Addolorata, titħalla żona apposta għal twaqqif ta` Crematorium, għal eventwalita` li jkun hemm xi interess mill-privat. Qabel wasalna għal din il-konklużjoni ħadna l-parir ta` l-Awtoritajiet Ekklesjastiċi.
Leg 9 PQ #30139 Sitting 664 2001-12-07 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Mobile Phones

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet l-ispiża tal-mobile phones tal-Ministeru u tad-Dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-Ministeru bejn Jannar u Novembru ta' din is-sena? Kemm kienet l-istess spiża għas-snin 1997, 1998, 1999 u 2000 sena b'sena?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Infurmat li l-ispiża tal-mobile phones tal-Ministeru tas-Saħħa u tad-Dipartimenti li jaqgħu taħtu bejn Jannar u Novembru ta` din is-sena kienet LM3,319. L-istess spiża ta` mobile phones għas-snin 1997, 1998, 1999 u 2000 kienet hekk:- 1997 LM 5,555 1998 LM 5,091 1999 LM 3,265 2000 LM 4,338
Leg 9 PQ #30249 Sitting 662 2001-12-06 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru tas-Saħħa

Peer Reviews

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm saru talbiet għall-peer reviews fuq każi mediċi fl-isptar San Luqa tul is-sena 2000 u 2001 s'issa?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #30171 Sitting 658 2001-12-04 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru tas-Saħħa

Dipartiment tas-Saħħa — Għajnuna

Question

Jista' l-Ministru ġentilment jgħid jekk persuna li tbati minn kundizzjoni kronika ta' ulcerative colitis u li qiegħda fuq dieta partikolari (li tinkludi tip ta' ħalib partikolari) tingħatax xi għajnuna mid-diviżjoni tas-saħħa billi dawn il-prodotti tad-dieta huma ħafna għolja?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għar-risposta li tajt għad-domanda numru 30095 f'seduta 653.
Leg 9 PQ #30178 Sitting 658 2001-12-04 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Anorexia

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm pazjenti ġew riferuti fl-isptar jew fiċ-Ċentri tas-Saħħa bl-anorexia? Jista' jaqsam l-informazzjoni skond is-sess u l-eta' tal-persuni riferuti?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Peress li l-Onor. Interpellant ma ndikatx il-perjodu li għalih qed tirreferi d-domanda, l-informazzjoni mogħtija hija minn Jannar 2000 sa Ottubru 2001. Ninsab infurmat li din l-informazzjoni hi miġbura permezz tal-Hospital Activity Analysis li turi n-numru ta` nies li ddaħħlu l-Isptar San Luqa minħabba anorexia nervosa (ICD-10 codes F50.0 u F50.1). Sena 2000 Etajiet (snin) Irġ iel Nisa Total 25-34 - 1 1 45-54 - 1 1 Total - 2 2 Jannar-Ottubru 2001 Etajiet (snin) Irġ iel Nisa Total <15 1 - 1 15-24 - 3 3 45-54 - 1 1 Total 1 4 5 Fiċ-Ċentri tas-Saħħa ma tinżammx statistika ta` kemm jattendu pazjenti b'anorexia nervosa.
Leg 9 PQ #30180 Sitting 658 2001-12-04 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Ministeru tas-Saħħa

Child Care Centre — Child Carers

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm child carers fiċ-child care centre ta' l-isptar St. Lukes's? Jista' jgħid x'inhu l-grad tagħhom? Jista' jgħid kemm hemm tfal jattendu?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninsab infurmat li fl-Isptar San Luqa hemm 20 child carer. Il-grad tagħhom hu kif ġej: 3 Enrolled Nurses 2 Nursing Aides 14 Care Workers 1 Assistant Care Worker Infurmat ukoll li bejn wieħed u ieħor in-numru ta` tfal li jattendu fic-child care centre hu bejn 15 u 18 kuljum.
Leg 9 PQ #30169 Sitting 656 2001-12-03 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru tas-Saħħa

Edukazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta s-CDAU se tibgħat għat-tifel li d-dettalji qed jintbagħtu separatament biex tevalwa xi bżonnijiet għandu biex jiġi edukat peress li l-ġenituri tiegħu qed jaraw li binhom qed diffikultajiet serji biex jitgħallem?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Peress li l-informazzjoni mitluba mill-Onor Interpellant hija ta` natura personali, għandha tiġi segwita l-proċedura kif indikata fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 13567 f'seduta 235.
Leg 9 PQ #30013 Sitting 655 2001-12-03 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Rodent Section

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm fil-fatt huwa n-numru ta' ħaddiema fir-Rodent Section illum? Kif inhuma mqassma u xi programm ta' kontroll jikkordinaw f'Malta u Għawdex separatament?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta li tajt għall-mistoqsija parlamentari nru. 29967 f'seduta 652.
Leg 9 PQ #30123 Sitting 655 2001-12-03 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tas-Saħħa

Benefiċċji għal-Kura Medika

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari nru. 29576, peress li l-Ministru talabni l-awtorizzazzjoni tal-persuni involuti, u peress li din l-awtorizzazzjoni qiegħed issa nibgħata separatament ma' din il-mistoqsija, jista' l-Ministru jagħtini l-informazzjoni mitluba fil-mistoqsija parlamentari nru. 29576 anke forsi b'mod personali?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninsab infurmat li l-persuna illi isimha ntbagħat separatament hija obbligata li tħallas għal kura u s-servizzi mogħtija fl-isptar San Luqa billi ma tikkwalifikax għal eżenzjoni skond l-Avviż Legali 147 ta' l-1989.
Leg 9 PQ #30145 Sitting 655 2001-12-03 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Consortium Skanska

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm tħallsu tal-consortiun skanska minn meta beda jinbena l-isptar il-ġdid f'Tal Qroqq sa l-aħħar t'Ottubru 2001?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninsab infurmat li l-Konsorzju Skanska tħallas l-ammont ta' Lm39,429,191.86. Dan mill-1995 minn meta beda jinbena l-isptar l-ġdid f'tal-Qroqq sa l-aħħar t'Ottubru 2001.
Leg 9 PQ #30146 Sitting 655 2001-12-03 Oral · Interim From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Dipartiment tas-Saħħa — Overtime

Question

B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari numru 29821 jista' l-Ministru jgħid kemm ħadmu siegħat ta' overtime fix-xogħol proprju tagħhom u kemm kien l-ammont f'termini finanzjarji, xahar b'xahar, iż-żewġ ħaddiema separatament, dak fi skala 14 u l-ieħor fi skala 11 u li qed jaħdmu wkoll fl-ispettorat tad-Dipartiment tas-saħħa, minn meta bdew jaħdmu fl-imsemmi spettorat?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant qed tinġabar u r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.