Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #23895 Sitting 504 2001-02-27 Oral · Interim From: JEAN PIERRE FARRUGIA To: Ministeru tal-Finanzi

Dipartiment tal-Kuntratti

Question

Jista' l-Ministru jgħid fuq liema kriterji d-Dipartiment tal-Kuntratti ma aċċettax proposti għal istallazzjoni ta' lifts f'appartamenti tal-Gvern mill-Awtorita' tad-Djar fil-Floriana

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li risposta għall din il-mistoqsija ser tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #23896 Sitting 504 2001-02-27 Oral · Interim From: JEAN PIERRE FARRUGIA To: Ministeru tal-Finanzi

VAT — Persuni b'diżabilita' - Lift

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk persuna reġistrata bħala persuna b'diżabilita', li fil-fatt tkun severa, tistax tiġi rifjutata milli tibbenefika mill-eżenzjoni ta' VAT fuq l-importazzjoni ta' lift fir-residenza tagħha, minħabba l-kriterji ta' dħul finanzjarju?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li risposta għall din il-mistoqsija ser tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #23908 Sitting 504 2001-02-27 Oral · Interim From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

Eur 1 Certificates

Question

Jista' l-Ministru jara li jitħaffef l-ipproċessar tal-Eur 1 Certificates mit-teżor (u mhux mid-dwana)?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li risposta għall din il-mistoqsija ser tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #23657 Sitting 503 2001-02-26 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru tal-Finanzi

Ftehim Kolletiv

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhu s-sehem tal-persuna li isimha qed jintbagħat separatament fl-innegozjar ta' ftehim kollettiv li entitajiet governattivi u pubbliċi qed jinnegozjaw?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li bi qbil li sar fil-kabinett, l-assistent personali tiegħi hu responsabbli min negozjati tal-ftehim kollettiv kollha li jsir f'kumpaniji u enti parastatali.
Leg 9 PQ #23781 Sitting 503 2001-02-26 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

Taxxi Interni — Overtime

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk sarx xi productivity linked arrangement dwar l-overtime li qed jinħadem ġewwa d-dipartiment tat-taxxi interni fejn il-ħlas isir skond l-output? Minkejja dan l-arraġament huwa minnu li hemm ċerti ħaddiema oħrajn li baqgħu jitħallsu bl-overtime rates normali?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li f’dawn l-aħħar sentejn kienu introdotti diversi miżuri fid-Dipartiment tat-Taxxi Interni li rrikjedew tibdil sostanzjali fil-mod kif jopera d-Dipartiment. Fost dawn il-miżuri hemm l-introduzzjoni tas-Self-Assessment System, tat-Tax Declaration Form flok il-formola sħiħa tat-taxxa, il-“year-by-year accounting concept”, is-sistema l-ġdida tat-taxxa Provizzorja, il-ħlas tar-refunds fi żmien sitt xhur, sistemi ġodda għall-infurzar tal-ħlas tat-taxxa dovuta u tat-Tax Audits, is-sistema tal-Workflow Management u Document Imaging u ħafna oħrajn. Meta qiegħed isir dan ix-xogħol kollu ta’ re-engineering fil- business processes tad-Dipartiment bilfors se jkollu impatt fuq ix-xogħol u l-proċeduri li bihom ħadmu l-ħaddiema sal-lum. Għal snin sħaħ id-Dipartiment irrikorra għal xogħol bl- overtime matul is-sena kollha li jlaħħaq għal madwar Lm300,000 fis-sena fi ħlas ta’ overtime . Din is-sistema ma kienitx qed tagħti r-riżultati meħtieġa anzi setgħet kienet qed tinkoragixxi li xi impjegati ma jagħtux il-ġurnata tax-xogħol kif suppost għad-detriment ta’ impjegati oħra li jridu jaħdmu kif suppost. Għalhekk bħala parti mir- reengineering li qed jitwettaq fid-Dipartiment, qed ikunu introdotti bi prova xi skemi ta’ inċentiv għall-impjegati ibbażati fuq “ output ” u kwalita’ ta’ xogħol. Fil-preżent mhux ix-xogħol kollu jista’ jsir bl-iskema ta’ inċentiv, għalhekk għad hemm xi ħaddiema li għadhom jagħmlu l- overtime fejn huwa meħtieġ u jitħallsu bir-rati normali tal- overtime .
Leg 9 PQ #23782 Sitting 503 2001-02-26 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

Taxxi Interni — Casual Part-timers

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex minnu li nies li ħarġu bil-pensjoni qed jitqabbdu bħala part-timers fid-Dipartiment tat-Taxxi Interni? Jekk iva, kemm hemm minn dawn? Dan qed isir taħt l-arranġament ta' casual part-timers?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li d-Dipartiment ħass il-ħtieġa li jutilizza l-esperjenza ta' xi nies li taw servizz fid-Dipartiment fis-snin li għaddew qabel ħarġu bil-pensjoni. Għalhekk qed jibgħat għal xi ex-impjegati minn dawn u joffrilhom xogħol fuq bażi ta' "assignment" għal żmien limitat u fuq xogħol speċifiku konness mal-oġġezzjonijiet kontra stimi "ex-officio" tas-snin passati.
Leg 9 PQ #23840 Sitting 503 2001-02-26 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

Tax Compliance Unit

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew ingaġġati nies mat-tax compliance unit li dwarhom ma hemmx problemi mal-public service commission? Kemm hemm każi ta' reklutaġġ fit-TCU minn barra iċ-ċivil fejn hemm problemi mal-PSC? Kemm hemm problemi mal-PSC li jikkonċernaw civil servants i.e. bħal f'każi ta' nies b'performance agreements etc? Meta mistennija jiġu risolti dawn il-problemi?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li risposta għall din il-mistoqsija ser tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #23708 Sitting 502 2001-02-21 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tal-Finanzi

Importazzjoni ta' Lamb

Question

Jista' l-Minstru jinfurmani kemm huma l-kwoti u dazji li l-UE timponi fuq Malta wara sħubija kif ikkonfermat fil-mistoqsija parlamentari nru. 23514?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li kif diġa għidt fit-tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 23514 hemm dazji fuq il-'lamb' u hemm ukoll kwoti li japplikaw għall-pajjiżi fornituri speċifiċi li taħthom id-dazji jkunu sospiżi. Fil-preżent ir-Regolament tal-Kummissjoni Nru. 2808/00 jagħmel dan għas-sena 2001. Għalhekk wieħed ma jistax joqgħod jispekula xi tkun eżatt is-sitwazzjoni tad-dazji u kwoti meta Malta tissieħeb fl-U.E.
Leg 9 PQ #23709 Sitting 502 2001-02-21 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tal-Finanzi

Dazju ta' l-Importazzjoni

Question

B'riferenza għaż-żieda ta' 600% fuq id-dazju ta' l-importazzjoni tal-corned beef ġej mill-pajjiż non-EU, jista' l-Ministru jikkunsidra li dan il-prodott importat mill-pajjiżi li ma jkunx suġġett tal-marda tal-BSE, ikun eżentat minn din ż-żieda ta' 600% fuq id-dazju?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li fil-preżent m'hemmx ħsieb li jsir xi tibdil fir-rata tad-dazju.
Leg 9 PQ #23634 Sitting 501 2001-02-21 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru tal-Finanzi

Tax Compliance Unit

Question

Jista' l-Ministru jgħid s'issa kemm ġew reklutati persuni għat-Tax Compliance Unit: 1) minn fost l-impjegati tas-servizz pubbliku 2) minn barra s-servizz pubbliku Kemm jonqos li jiġu reklutati? Kif se jiġu reklutati? Meta se jibda jaħdem? Dawk li ġew reklutati s'issa, x'xogħol qed jagħmlu?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li n-numru ta' staff reklutati mat-Tax Compliance Unit s'issa huwa kif jidher hawn taħt: Pożizzjoni Numru Rep. ta' Impjieg Kap tat-TCU 1 Mis-Servizz Pubbliku Accountants 10 Kuntratt ta' 3 snin renovabbli Trainee Accountants 4 Kuntratt ta' 3 snin renovabbli Segretarja 1 Kuntratt ta' 3 snin renovabbli Skrivan 1 Mis-Servizz Pubbliku Driver/General hand 1 Mis-Servizz Pubbliku Jonqos li jiġu reklutati xi tmintax il-impjegat ieħor, fil-maggoranza professinal officers. Ir-reklutaġġ ser isir minn sejħa għal applikazzjonijiet taħt ir-regolamenti tal-PSC. Bħalissa t-Tax Compliance Unit qed tagħmel xogħol ta' benchmarking fuq setturi ekonomiċi.
Leg 9 PQ #23656 Sitting 501 2001-02-21 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tal-Finanzi

Importazzjoni tal-Corned Beef

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru. 23389 li oriġinarjament kienet saret lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd u li issa ġiet riferuta lilek u ċioe’: jista' jgħid kemm kienet l-importazzjoni tal-corned beef mill-pajjiżi li ma humiex membri ta' l-UE fix-xahar ta' Diċembru 2000 u Jannar 2001?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li bejn Diċembru 2000 u Jannar 2001 ġew impurtati 83,217 kilos ta' 'corned beef' minn pajjiżi li m'humiex membri ta' l-U.E.
Leg 9 PQ #23693 Sitting 501 2001-02-21 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tal-Finanzi

VAT

Question

Jista' l-Ministru jinfurmani jekk Malta tkunx suġġetta għat-taxxa tal-VAT fuq l-importazzjoni ta' prodotti ta' l-ikel ġejja mill-pajjiżi ta' l-UE wara li Malta ssir membru? Jikkonferma li Malta fil-preżent hija eżentata milli tħallas il-VAT fuq l-istess importazzjoni?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li preżentament Malta ma għandha ebda eżenzjoni fuq il-ħlas ta' VAT. Il-pożizjoni tal-Gvern hi kif spjegata fid-diskors tal-Budget għal din is-sena.
Leg 9 PQ #23654 Sitting 500 2001-02-20 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tal-Finanzi

Importazzjoni ta' Laħam taċ-Ċanga

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru. 23387 li oriġinarjament kienet saret lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd u li issa ġiet riferuta lilek u ċioe’: jista' jgħid kemm kienet l-importazzjoni tal-laħam taċ-ċanga f'Malta minn pajjiżi li ma humiex membri ta' l-UE fix-xhur ta' Diċembru 2000 u Jannar 2001? Mill-liema pajjiżi u xi kwantitajiet ġew importati?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li matul Diċembru 2000 u Jannar 2001 l-importazzjoni ta' laħam taċ-ċanga minn pajjiżi li mhumiex membri ta' l-U.E. kienet hekk: New Zealand 72,419 kilos Australia 16,836 kilos U.S.A. 15,638
Leg 9 PQ #23655 Sitting 500 2001-02-20 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tal-Finanzi

Importazzjoni tal-Corned Beef

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru. 23388 li oriġinarjament kienet saret lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd u li issa ġiet riferuta lilek u ċioe’: jista' l-Ministru jgħid kemm kienet l-importazzjoni tal-corned beef mill-pajjiżi ta' l-UE matul Diċembru 2000 u f'Jannar 2001? Mill-liema pajjiżi u f'kemm kwantita'?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant bejn Diċembru 2000 u Jannar 2001 ma kienx hemm importazzjoni ta' 'corned beef' mill-pajjiżi li huma fl-U.E.
Leg 9 PQ #23621 Sitting 498 2001-02-19 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tal-Finanzi

Finanzi — Transfers

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw transfers lill-ħaddiema / uffiċjali matul il-perjodu ta' Jannar ta' din is-sena? F'liema dipartimenti ngħataw dawn it-transfers u x'kienu r-raġunijiet?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li matul Jannar ta' din is-sena, ingħataw żewġ transfers fid-dekasteru tiegħi: i) Skrivan mid-dipartiment tad-Dwana mar il-Pulizija fuq talba tiegħu stess; u ii) Uffiċċjal mid-Dipartiment tat-Taxxi Interni mar il-Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi wara li laħaq Assistant Direttur hemmhekk.
Leg 9 PQ #23624 Sitting 498 2001-02-19 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tal-Finanzi

VAT

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' oġġezzjonijiet tat-taxxa u tal-VAT li ġew reġistrati f'Jannar ta' din is-sena? Kemm fil-fatt huwa previst in-numra ta' oġġezzjonijiet li mistennija jiġu trattati matul din is-sena, kemm tal-VAT u kemm tal-taxxi interni?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li n-numru ta' oġġezzjonijiet tat-taxxa mibgħutin minn kumpaniji matul Jannar li għadda kien 115. L-oġġezzjonijiet mibgħutin minn individwi kienu 781. In-numru tat-taxpayers li huma mistennija li jkollhom l-oġġezzjonijiet tagħhom kollha maħduma matul is-sena 2001 huwa ta' 6000 individwi u 800 kumpaniji. Dawn ifissru bejn wieħed u ieħor 5 assessements kull persuna. Għalhekk b'kollox huwa mistenni li matul is-sena 2001 joħorġu 34,000 assessements tat-taxxa riveduti. Matul Jannar ta' din is-sena d-Dipartiment tal-VAT irċieva 29 talba għar-reviżjoni ta' stimi proviżorji tal-VAT u 225 oġġezzjoni dwar deċiżjonijiet oħra tad-Dipartiment marbut mat-taxxa tal-VAT. In-numru ta' oġġezzjoni pendenti fl-aħħar ta' Jannar 2001 kien 398. Dawn l-oġġezzjonijiet flimkien ma' oħrajn li jistgħu jidħlu mistennija li jiġu proċessati kollha matul din is-sena.
Leg 9 PQ #23669 Sitting 498 2001-02-19 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

Borża ta' Malta

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema pajjiżi oħrajn jużaw it-trade weighted average moving price bħalma ser tgħamel il-borża ta' Malta mid-19 ta' dan ix-xahar? X'inhu l-iskop prinċipali li ntgħażlet medda ta' żmien ta' ħames tijiem għal dan il-prezz? L-MSE qed jantiċipa li ser jibqa' jkun hemm negozju baxx fil-ġejjieni qarib? Ġiet determinata r-raġuni għat-trading baxx li kien hemm dan l-aħħar? Jaħseb il-Ministru li l-affarijiet marru għall-agħar mill-aħħar budget 'l hawn? Id-deċiżjoni tal-MSE hija mottivata mill-ħruġ imminenti ta' privatisation shares?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li kull pajjiż jadotta s-sistemi li l-aktar huma addatati għalih. Imma, tajjeb li l-Onorevoli jkunjaf li l-introduzzjoni tat-TWAP u issa tat-TWAMP hija bbażata fuq il-mudell VWAP (the Volume-Weighted Average Price) li ntroduċa l-London Stock Exchange f'Diċembru 1998. Fil-każ ta' Londra, l-VWAP jintuża fuq it-trades li jsiru fl-aħħar għaxar minuti għax "basing the closing price of each stock on an average, instead of the last automated trade of the day as at present, will help to iron out unrepresentative variations" u dan hu proprju dak li qiegħda tipprova tagħmel il-Borża ta' Malta. F'għaxar minuti jsiru madwar 4,000 trade fuq il-Borża ta' Londra. Biex jintlaħaq l-istess ammont fuq il-Borża ta' Malta, jridu jgħaddu madwar tlett xhur. Ma kien hemm l-ebda skop prinċipali, immma l-għażla ta' ħamest ijiem kienet waħda kkomparata ma daqs li kieku n-negozju fuq il-Borża baqa' jsir darba fil-ġimgħa kif kien isir oriġinarjament u biex it-TWAMP almenu jkun jirrifletti ta' mill-anqas ħames trades. In-numru ta' trades li seħħew minn mindu twaqqfet il-Borża kien hekk: 1992 1,705 1993 2,592 1994 2,863 1995 2,498 1996 3,790 1997 6,114 1998 8,507 1999 16,839 2000 17,057 2001 1,548 (sa l-aħħar ta' Jannar jew stima {x12} ta' 18,576 sa l-aħħar tas-sena) Id-deċiżjoni tal-MSE m'għandiex x'taqsam mal-ħruġ ta' 'privatisation shares'.
Leg 9 PQ #23457 Sitting 496 2001-02-16 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru tal-Finanzi

Lm10 tal-Ħobż

Question

Jista' l-Ministru jara min fil-familja minn San Ġiljan - dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament - għadu sal-lum ma ħax l-Lm10 tal-ħobż li suppopst ħa?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant minn stħarriġ li għamel id-Dipartiment tat-Teżor, jirriżulta illi waħda minn dawn it-tliet min-nies tħalset flimkien ma persuna oħra permezz ta' ċekk li kien jammonta għal Lm20 u li ssarraf fit-8 ta' Frar 2000. Fil-każ tal-kopja l-oħra d-Dipartiment hu nfurmat illi dawn il-persuni ma' rċevewx il-kumpens ta' Lm10 minħabba li l-Korporazzjoni tas-Servizzi ta' l-Ilma ma kelliehx informazzjoni korretta fuq liema persuni kienu qed jgħixu fl-indirizz indikat mill-Onorevoli Interepllant. Għaldaqstant ser jittieħdu l-passi neċessarji ħalli l-ħlas dovut lil dawn il-persuni jinħareġ fil-ġranet li ġejjin.
Leg 9 PQ #23514 Sitting 496 2001-02-16 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tal-Finanzi

Importazzjoni ta' Lamb

Question

Jikkonferma l-Ministru li l-UE timponi fuq il-pajjiżi membri tagħha kwota u dazji kbar fuq l-importazzjoni ta' New Zealand Lamb? Jista' jinforma l-Kamra kemm huma l-kontrolli u dazju li timponi l-UE fuq l-importazzjoni ta' dan il-prodott? X'se tkun il-pożizzjoni tal-Maltin u l-Għawdxin f'dan ir-rigward?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-U.E. timponi kwota u dazji fuq l-importazzjoni ta' "Meat of sheep or goats fresh, chilled or frozen" li magħhom jaqa' l-'lamb'. Mill-banda l-oħra hemm kwoti taħt id-W.T.O. illi taħthom ir-rata ta' dazju tkun żero. Wieħed jista' jgħid li bħala pajjiż fornitur, New Zealand għandha madwar 80% tat-total tal-kwantita' taħt il-kwota li hija allokata lill-pajjiżi fornituri.
Leg 9 PQ #23511 Sitting 495 2001-02-15 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tal-Finanzi

TARIC

Question

Jikkonferma l-Ministru li wara li Malta ssir membru ta' l-UE ma jdaħħalx it-TARIC fuq l-ikel importat għall-Maltin u l-Għawdxin mill-pajjiżi li ma humiex membri ta' l-UE?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li meta Malta ssir membru ta' l-U.E. hija ssegwi l-Istati Membri l-oħra dejjem fil-kuntest ta' dak li jkun ġie negozjat u aċċettat waqt in-negozjati ta' qabel is-sħubija.