Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ministeru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali — Riċevimenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefqu flus f'riċevimenti mill-Ministeru, dipartimenti, korporazzjonijiet u entitajiet oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, bejn l-1987 u l-1996 sena b'sena?

Response (GATT, AUSTIN)

Bħal ma kelli okkażjoni nirrispondi f`dan it-tip ta` mistoqsijiet, sakemm ma tingħatax raġuni valida l-għala qed tintalab, ma nara ebda skop li tinġabar l-informazzjoni mitluba.

Mħallfin/Maġistrati — Allowances

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-allowances li qed jieħdu bħalissa l-imħallfin u l-maġistrati? X'inhu l-ammont f'kull każ u x'inhuma r-raġunijiet li għalihom jingħataw l-allowances?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li kull gudikant, barra s-salarju rispettiv tieghu bhala Imhallef jew Magistrat, huwa intitolat ghal dawn l-Allowances: l. Allowance ghall-ispejjez (li ma titqiesx ghal finijiet ta` pensjoni) ta` Lm3,5OO fis-sena. 2. Allowance ohra (li ma titqiesx ghal-finijiet ta` pensjoni) ekwivalenti ghal l5% tas-salarju ta` Imhallef jew Magistrat skond l-kaz. Din l-allowance hia moghtija minflok l-bonus u beneficcji ohra li jgawdu persuni li jokkupaw karigi gholja fis-Servizz Civili u li qeghdin iservu b` `performance agreements`.

Qorti — Container bil-whisky

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk ġiex preżentat u jekk ġie preżentat meta, fil-qorti, l-każ dwar container li minflok ilma kien fih Whisky ta' persuna li ismu qiegħed jintbagħat separatament? Jista' jgħid f'liema stadju wasal dan il-każ?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi din il-kwistjoni ma taqax taħt id-dekasteru tieghi. Ghalhekk nitolbu jaghmel il-mistoqsija lill-ministru konċernat.

Qrati — Każ ta' Lockerbie

Question

Jista' l-Ministru jgħid kif il-Gvern Malti qed isegwi l-iżviluppi tal-ġuri dwar il-każ ta' Lockerbie fil-kuntest ta' riperkussjonijiet u effetti li jista' iħalli fuq pajjiżna?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-awtoritajiet Maltin qed isegwu l-izviluppi tal-każ ta` Lockerbie mill-qrib u qed jaghtu l-ko-operazzjoni Gudizzjarja meħtieġa, kif jixraq lill-partijiet kollha fil-proċess.

Ministeru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali — Karozza uffiċjali ministerjali

Question

Jista' l-Minstru jgħid min għandu aċċess u permess li jsuq u juża l-karozza uffiċjali ministerjali tiegħu?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob l-Onorevoli Interpellant jirreferi ghat-tweġiba li ta l-Prim Ministru ghall-mistoqsija 5477.

Mosta — Gwardjani Lokali

Question

Jista' l-Ministru jgħid hux prudenti li fil-Mosta, l-gwardjani lokali qegħdin jħarrku u joħorġu ċitazzjonijiet lill-vetturi direttament konnessi mas-servizz ta'funeral li jkunu qegħdin ipparkjati faċċata tal-knisja sakemm jinħareġ it-tebut fi triqtu għaċ-ċimiterju? Jista' l-Ministru jara li għandu jkun hemm ftit bon sens u li wieħed fil-ħajja ta' kuljum għandu jkun prattiku?

Response (GATT, AUSTIN)

Bħal ma jaf l-Onorevoli Interpellant, il-Kunsilli Lokali huma korpi statutorji ta` gvern lokali b`personalita` legali distinta. Ghaldaqstant nissuġġerixxi l-Onorevoli Membru li jirreferi l-mistoqsija tieghu lill-Kunsill tal-lokalita billi l-funzjoni li qed jirreferi ghaliha, fil-fatt hija waħda mir-responsabilitajiet tal-Kunsilli.

Mosta — Xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema xogħlijiet għad fadal isiru mill-Gvern Ċentrali rigward servizzi pubbliċi għal abitazzjonijiet privati, fiż-żoni Ta' Sriedak u Ta' Xkora, fil-Mosta biex it-toroq fl-inħawi msemmija jkunu jistgħu jinbnew b'mod diċenti għar-residenti li diġa' ilhom jabitaw hemm għal diversi snin?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jindirizza l-mistoqsija tieghu lill-Ministeru konċernat peress li l-Ministeru tieghu ma jaghmilx servizzi pubbliċi ghall-abitazzjonijiet privati.

Wardens lokali

Question

Jista' l-Ministru jelenka eżattament x'inhuma dawk l-abbużi jew azzjonijiet li huma meqjusa li qed jiksru l-liġi u l-wardens lokali, huma detailed li jirrapportaw, minħabba l-ħafna diċeriji li bħalissa hawn fost in-nies?

Response (GATT, AUSTIN)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant ghall-Avviz Legali Numru 32 ta` l-2000 li ġie pubblikat fil-ħarġa tal-Gazzetta tal-Gvern tal-25 ta` Frar 2000.

Ministeru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali — Karozzi mikrija

Question

Jista' l-Ministru jgħid min għandu aċċess u permess li jsuq u juża l-karozzi mikrija mill-ministeru?

Response (GATT, AUSTIN)

Nirreferi l-Onorevoli Interpellant ghat-tweġiba li ta l-Prim Ministru ghall-Mistoqsija Nru. 5477 u ghal dik li tajt ghall-Mistoqsija Nru. 13364.

Ministeru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali — Karozzi

Question

Jista' l-Ministru jgħid min għandu aċċess u permess li jsuq u juża l-karozzi uffiċjali tal-ministeru?

Response (GATT, AUSTIN)

Nirreferi l-Onorevoli Membru ghad-dokument `Engagement of Staff for Private Secretariats` li tpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra f` seduta 124 fis-16 ta` Ġunju 1999.

Qrati

Question

In vista ta' sentenza riċenti tal-Qorti tal-Maġistrati (Malta) bħala qorti tal-Ġudikatura Kriminali, fl-ismijiet "Il-Pulizija vs Giovanni Conte" fejn il-Maġistrat C. Scerri Herrera pproponiet li Artikolu 226 tal-Kap. 9 jiġi emendat sabiex il-piena tiħrax - tenendo corto li ferita ta' sfreġju u waħda ta' diżabilita' permanenti huma puniti fl-istess piena - jista' l-Ministru jikkonsidra li jiġu abbozzati l-emendi neċessarji?

Response (GATT, AUSTIN)

Dak li gie propost mill-Qorti fid-decizjoni taghha li ghaliha rrifera l-Onorevoli Interpellant gie debitament innutat.

Ministeru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali — Karozzi mikrija

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk mill-5 ta' Settembru, 1998 'l hawn kienx hemm xi karozzi mikrija lill-Ministeru jew xi entita' oħra li taqa' taħt id-dekasteru tiegħu, jew mixtrija mill-ministeru jew minn xi entita' oħra li taqa' taħt id-dekasteru tiegħu, jew proprjeta' tal-ministeru jew ta' xi entita' oħra li taqa' taħt id-dekasteru tiegħu, li qed jintużaw minn individwi li m'humiex uffiċjali jew impjegati mal-ministeru jew xi entita' oħra li taqa' taħt id-dekasteru tiegħu? Jekk fl-affermattiv, jista' l-Ministru jgħid: (1) minn min qed jintużaw; (2) minn meta bdew jintużaw; (3) x'marka huma l-karozzi u meta nxtraw; (4) kemm swew fi flus Maltin; (5) xi kriterji ntużaw biex qed jintużaw minn min qed jintużaw?

Response (GATT, AUSTIN)

Fil kaz ta` membri tas-Segretarjati ta` Ministri u Segretarji Parlamentari il-kriterji dwar uzu ta` karozzi uffiċjali huma mnizzla fid-dokument `Engagement of Staff for Private Secretariats` li tpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra. Fil-kaz ta` uffiċjali oħra fid-desasteru tieghi li ghandhom ftehim jew kuntratt, l-uzu huwa regolat minn tali ftehim jew kuntratt. Il-karozzi uffiċjali kollha l-oħra ghandhom jintuzaw minn min ghandu l-permess jaghmel dan. Jekk l-Onorevoli Interpellant ghandu xi kaz f`moħħu li huwa jidhirlu li jien ghandi nkun naf bih, nitolbu jaghtini l-informazzjoni rilevanti.

Rabat — April 1987

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk kienx sar xi kumpens mill-gvern lil dawk il-persuni li weġġgħu waqt u/jew wara avveniment għall-familja li sar ġewwa r-Rabat f'April 1987 fejn waqt u wara dan l-avveniment politiku diversi nies iddaħħlu l-isptar isofru minn tiri ta' armi tan-nar? Jekk iva, kemm tħallsu dawn il-persuni u kemm kienu?

Response (GATT, AUSTIN)

Kien hemm ħames persuni li nghataw kumpens. Bejniethom irċevew LM20,550.
Leg 9 PQ #15096 Sitting 271 2000-03-27 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali

Kunsilli lokali — Gwardjani

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-kontravenzjonijiet li għalihom jistgħu jagħtu ċitazzjonijiet il-gwardjani lokali? Jista' jgħid ukoll xi ħlasijiet hemm għal kull kontravenzjoni?

Response (GATT, AUSTIN)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant ghall-Avviż Legali 32 ta` l-2000 li ġie ppublikat fil-ħarġa tal-Gazetta tal-Gvern Numru 16,914 tal-25 ta` Frar, 2000. Ma saret l-ebda bidla fil-ħlasijiet ghal kull kontravenzjoni.

Kunsilli Lokali — Wardens

Question

Jista' l-Ministru jagħti dawn id-dettalji dwar l-għoti ta' kuntratti għal wardens mill-kunsilli lokali jew il-kumitat konġunt u ċioe': (i) liema kienu l-kunsilli li ħarġu tenders għal warden kemm individwalment jew kollettivament tramite kumitat konġunt; (ii) data ta' meta ngħataw dawn il-kuntratti, kuntratt b'kuntatt; u (iii) lil-liema kumpannija, entita' jew persuna fiżika, jekk kien hemm, ingħataw dawn il-kuntratti?

Response (GATT, AUSTIN)

Sejhat u ghoti ta` kuntratti ghas-servizz tal-Gwardjani Lokali saru mill-Kumitati Kongunti ta` dawn il-Kunsilli Lokali: i) Pembroke, Sliema, Swieqi, San Giljan u San Gwann. ii) Gharghur, Mellieha, Mgarr, Mosta, Naxxar u San Pawl il-Bahar. iii) Attard, Balzan, Birkirkara, Dingli, Iklin, Lija, Mdina, Rabat (Malta) u Santa Venera. iv) Gzira, Hamrun, Msida, Pieta` u Ta`Xbiex. v) Ghaxaq, Gudja, Marsaxlokk, Paola, Santa Lucija, Tarxien u Zejtun. Rigward it-tieni u t-tielet punti tad-domandi, bhal ma jaf l-Onorevoli Interpellant, il-Kunsilli Lokali huma korpi statutorji ta` gvern lokali u fil-qadi tal-funzjonijiet taghhom jagixxu skon il-prijoritajiet, esigenzi u l-mezzi taghhom Ghaldaqstant nissuggerrixxi l-Onorevoli Membru li jirreferi l-mistoqsija tieghu lill-Kunsill tal-Lokalita` billi l-funzjoni li qed jirreferi ghaliha, fil-fatt hija wahda mir-responsabilitajiet tal-Kunsilli.

Qrati — Maġistrati - Seduti

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'wassal biex mill-anqas żewġ maġistrati, Dr Denis Montebello u Dr Consuelo Scerri Herrera, kellhom iħassru s-seduti tagħhom f'dawn l-aħħar jiem? Għaliex ma kienx hemm awli għad-dispożizzjoni tagħhom? Jista' jgħid ukoll għaliex it-Tnejn, 6 ta' Marzu xi maġistrati ma ġewx informati minn qabel li l-pulizija ma kenux se jidhru f'kawżi għaliex kienu xogħol konness maż-żjara tal-President ta' l-Unjoni Ewropea, Romano Prodi? Kemm tħassru seduti minħabba f'hekk? F'każ tas-seduta quddiem il-maġistrat Carol Peralta fl-istess jum li allura saret, x'ġara meta pulizija li suppost xehdu fil-fatt ma kenux preżenti?

Response (GATT, AUSTIN)

Rigward is-seduti tal-Magistrat Consuelo Scerri Herrera jien infurmat illi l-Magistrat ġiet assenjata awla fejn tisma l-kawżi iżda l-Magistrat li normalment juża din l-awla ta` struzzjonijiet biex is-siġrieta tieghu ma tinfetaħx kemm il-darba ma jkunx hemm xi ħadd mill-istaff tieghu. Peress li dakinhar ħadd minn dan l-istaff ma kien disponibbli l-Magistrat Scerri Herrera ma setghatx tuża l-awla - kaġun ta` ordni ta` Maġistrat ieħor. Nieħu din l-okkazzjoni biex nghid li jien ghidt kemm il-darba kemm lill-ġudikatura kif ukoll lill-amministrazzjoni tal-Qorti li l-Awli m`humiex tal-ġudikatura u ghandhom jintuzaw minn min ghandu bżonnhom. Hu nkredibbli li Magistrat ma jafdax Maġistrat ieħor. Inżid ninforma lill-Onor. Interpellant li xhur ilu kont insistejt mal-amministrazzjoni tal-Qorti li tidħol sistema ta` `pre-booking` tal-awli u qatt ma ġejt infurmat li din is-sistema mhix qed taħdem. Konsegwentament, l-amministrazzjoni tkun suppost taf min qabel liema Maġistrati se jaħdmu u tista` tassenja l-awli min qabel. Dwar is-seduta tal-Maġistrat Montebello jien infurmat illi is-seduta ġiet differita ghaliex id-deputat registratur kienet indisposta u l-informazzjoni dwar dan il-fatt ma waslitx ghand l-amministrazzjoni tal-Qorti kmieni bizzejjed biex leħqu saru l-arrangamenti ghal sostitut qabel mal-Magistrat iddiferixxa l-kawzi. Rigward id-domandi dwar il-Pulizija nitlob lill-Onor. Interpellant jaghmilhom lill-Ministru konċernat.

Ministeru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali — Karozzi mixtrija

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk mill-5 ta' Settembru, 1998 'l hawn kienx hemm xi karozzi li ġew mixtrija mill-ministeru jew minn xi entita' oħra li taqa' taħt id-dekasteru tiegħu, li ġew mogħtija b'donazzjoni lill-individwi li m'humiex uffiċjali jew impjegati mal-ministeru jew xi entita' oħra li taqa' taħt id-dekasteru tiegħu? Jekk fl-affermattiv, jista' l-Ministru jgħid: (a) lil min ingħataw; (b) x'marka huma l-karozzi u meta nxtraw; (c) kemm swew fi flus Maltin; (d) xi kriterji ntużaw biex dawn l-individwi ngħataw din il-karozza?

Response (GATT, AUSTIN)

Mhux prassi ta` dan il-Gvern li jaghti karozzi bħala donazzjonijiet, la lill-uffiċjali tieghu u lanqas lil dawk li mhumiex.

Kunsilli lokali — Local wardens

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma jekk hux veru li l-kumpannija Guard and Warden Services House ħadet ħames kuntratti tal-wardens lokali, minkejja li l-offerta tagħha hija ogħla minn ta' ħaddieħor? Jista' jikkonferma li l-proprjetarju ta' din il-kumpannija huwa kunsillier Nazzjonalista fil-kunsill ta' l-Imsida?

Response (GATT, AUSTIN)

Id-Direttur tal-kumpanija Guard and Warden Service House Ltd. kien kunsillier fil-Kunsill Lokali Msida, u dan sal-31 ta` Marzu 2000. Peress li t-tenders ghas-servizz ta` Gwardjani Lokali ma jinħargux mill-Gvern iżda mill-kumitati kongunti mwaqqfa mill-Kunsilli Lokali u jigu `awarded` mill-istess Kunsilli Lokali, l-Onor. Interpellant hi mitluba li taghmel id-domanda taghha lill-istess Kunsilli Lokali li, kif naħseb taf, huma korpi legali statutorjament indipendenti mill-Gvern.
Leg 9 PQ #14957 Sitting 268 2000-03-21 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali

Kunsilli Lokali — Elezzjonijiet

Question

Jista' l-Minstru jgħid kemm kienet l-ispiża totali biex setgħu jinżammu l-elezzjonijiet tal-kunsilli lokali li saru nhar is-Sibt 11 ta' Marzu, 2000?

Response (GATT, AUSTIN)

Peress li l-informazzjoni trid tinġabar naghti tweġiba f`xi seduta oħra.

Liġijiet — Youth centres

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-youth centres humiex regolati b'xi liġi? Jekk le, hemm ħsieb li fil-futur jidħlu liġijiet simili? Jekk iva, xi pjanijet qed isiru?

Response (GATT, AUSTIN)

Ma hemm ebda liġi li speċifikatament tirregola Youth Centres. Rigward it-tieni u t-tielet parti tal-mistoqsija l-Onor. Interpellant hu mitlub jaghmilhom lill-Ministru koncernat.