Billi membri tal-korp tal-pulizija ġieli jiġu innotati ipejpu waqt li jkunu qed jaqdu dmirhom waqt li jkunu qed jikkontrollaw il-flow tat-traffiku, jista' l-Ministru jara li jiġi indirizzat dan in-nuqqas?
Response (BORG, TONIO)
Għaddejt l-ilment ta` l-Onorevoli Interpellant lill-awtoritajiet kompetenti.
Jista' l-Ministru jgħid sal-aħħar ta' Settembru 2002, hemm xi applikazzjonijiet għal xi luna park, kunċert, divertiment fil-miftuħ f'xi spazju għall-beraħ fil-lokalitajiet ta' Pembroke u Swieqi? X'tip ta' applikazzjonijiet hemm? F'liema data se jsiru, jekk hemm?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi fil-preżent il-Pulizija m`għandix applikazzjonijiet pendenti għal xi kunċert fil-lokalitajiet ta` Pembroke u Swieqi. Dwar l-attivitajiet l-oħra, peress illi mill-1 ta` Ġunju bdew fis-seħħ ir-Regolamenti ta` l-2002 dwar Attivitajiet li jeħtieġu permess mill-Kunsilli Lokali, ġentilment nitlob lill-Onorevoli Interpellant jitlob dan it-tagħrif lill-Ministru ikkonċernat.
B'riferezna għar-rapport fil-ġurnal "The Independent" tas-17 ta' Ġunju 2002 rigward ġlied tal-klieb, jista' l-Ministru jgħid saritx investigazzjoni mill-pulizija? Jekk iva, x'kienu l-konklużjonijiet?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi nhar il-Ħadd 16 ta` Ġunju 2002 filgħodu, il-Pulizija ta` Ħal Qormi irċeviet telefonata anonima fejn kienet infurmata li f`Wied il-Kbir, tal-Ħandaq, kien hemm kelb mejjet maħruq. Il-Pulizija marret fuq il-post, fejn instab illi din l-informazzjoni kienet korretta. L-investigazzjoni li għamlet il-Pulizija s`issa irriżultat fin-negattiv. Dwar il-każ l-ieħor imsemmi ta` Sant Elmo, ma jirriżultax illi l-Pulizija kellha rapport.
Jista' l-Ministru jara li jsir dak it-tindif/ilqugħ neċessarju fl-għalqa li hemm fi Triq G Borg, Ta' Paris, Birkirkara? Jaf li din il-biċċa art qiegħda tintuża għal rimi ta' skart/ħmieġ ieħor b'inkonvenjent kbir għall-familji residenti f'din it-triq?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi minn spezzjoni li saret fuq il-post fejn irriżulta illi ġew mitfuha xi ammonti relattivament żgħar ta` materjal ta` bini fuq l-aħħar biċċ`art li għad trid tiġi żviluppata f`din it-triq. Għalkemm hemm xi applikazzjonijiet għal żvilupp fuq is-sit, l-ebda permess għadu ma inħareġ. Il-propretarju aċċetta li jnaddaf l-iskart li twaddab minn terzi wara li saru l-kuntatti neċessarji mill-Uffiċjal inkarigat.
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tad-draft Mtarfa Action Plan?
Response (BORG, TONIO)
Qed nassumi li l-Onor. Membru qed jirreferi għal Marfa Action Plan.
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra 4 kopji ta` dan il-pjan. Aktar kopji jistgħu jittieħdu direttament mill-webpage ta` l-Awtorita` ta` Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (www.mepa.org.mt).
Jista' l-Ministru ġentilment jgħid jekk hemmx il-ħsieb li fil-futur qarib jiddaħħlu wardens fil-faċilita` korrettiva ta' Kordin? X'inhu l-complement eżistenti ta' prison wardens?
Response (BORG, TONIO)
Dwar l-ewwel parti tal-Mistoqsija ser tittieħed deċiżjoni fil-ġimgħat li ġejjin dwar dil-materja.
Infurmat ukoll illi fil-preżent hemm jaħdmu bħala Uffiċjali Korrettivi kif ġej:-
Grad Numru
Direttur 1
Manager 1
Assistant Manager 4
Supervisors 5
Maġġur 22
Maġġur Acting 4
Uffiċjal Korrettiv 156
Jista' l-Ministru jgħid x'investigazzjonijiet saru fil-konfront ta' persuna barranija li isimha qed jintbagħat separatament li tgħix Malta, taħdem illegalment f'Malta, tidħol u toħroġ minn pajjiżna x'ħin trid, u ilha tagħmel dan mhux anqas minn erba' snin? Dan m'huwiex każ ċar ta' tkeċċija ta' din il-persuna straniera li ilha sew tabbuża mill-liġijiet tal-pajjiż?
Response (BORG, TONIO)
M`għandi xejn xi nżid mat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 33998.
Jista' l-Ministru jinfurmani kemm kien in-numru ta' kolluzzjonijiet tat-traffiku rapurtati fit-toroq, Kola Xara, Konti Ruġġieru, l-kulleġġ Santa Maria bejn Jannar u Marzu ta' din is-sena?
Jista' jiprovdi l-istess informazzjoni għas-snin annwali 2001, 2000, 1999 u 1998?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onorevoli Interpellant dwar in-numru ta' kolliżżjonijiet fit-toroq li rrefera għalihom fil-Mistoqsija u li seħħew bejn Jannar u Marzu fis-snin 1998, 1999, 2000, 2001 u 2002 kien ta' 2, 1, 3, 2 u 5 rispettivament.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' klandestini nqabdu fl-ewwel tlett xhur ta' din is-sena fil-gzejjer tagħna?
Jista' l-Ministru jagħti l-istess informazzjoni għall-istess perjodu għal dawn l-aħħar 5 snin sena b'sena?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi bejn l-1 ta' Jannar u l-31 ta' Marzu 2002, in-numru ta' klandestini li nqabdu mill-Pulizija kien ta' 234. Infurmat ukoll illi matul l-istess xhur bejn l-1997 u l-2001 ma kien hemm l-ebda każ.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' kollużżjonijiet tat-traffiku rapportati lill-pulizija matul l-ewwel tliet xhur tas-sena u kemm dawk bumper to bumper?
Kemm kien in-numru ta' inċidenti tat-traffiku fatali f'dan il-perjodu?
Jista' jwieġeb il-mistoqsija għas-snin 2001, 2000, 1999, 1998 rispettivament?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant dwar in-numru ta' kolliżżjonijiet tat-traffiku u inċidenti tat-traffiku fatali għax-xhur minn Jannar sa Marzu fis-snin speċifikati hu kif ġej:-
Sena Total ta' kollużżjonijiet Dawk minnhom fatali
1998 2,550 2
1999 2,498 2
2000 3,034 3
2001 3,049 5
2002 3,307 2
Infurmat ukoll illi l-informazzjoni dwar inċidenti bumber to bumper ma' tinżammx mid-Dipartiment tal-Pulizija.
Peress li Malta fi ftit xhur oħra se tilgħab logħba internazzjonali tal-football kontra Israel, jista' jgħid kienx hemm kuntatti bejn il-Malta Football Association u l-pulizija biex tiġi assigurata s-sigurta` tal-players u uffiċjali Israeliti? F'każi bħal dawn il-pulizija tagħti permess lill-uffiċjali tas-sigurta` barranin li jġorru armi f'pajjiżna?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi kull meta jkun hemm il-ħtieġa li tkun provduta sigurta, bħal fil-każ imsemmi mill-Onorevoli Interpellant, il-Pulizija tieħu ħsieb li tagħmel l-arranġamenti kollha, inkluż taħdidiet ma' kull min ikun hemm bżonn. Pero`, bħal ma jista japprezza wkoll l-Onorevoli Interpellant, ma nħossx li hu għaqli illi dettalji ta' dawn l-arranġamenti għandhom jkunu pubblikati.
B'riferenza għall-mistoqsijiet parlamentari 33213 u 33797, jista' l-Ministru jgħid għaliex ma jridx jispeċifika n-numru ta' uffiċjali/pulizija li hemm nuqqas tagħhom f'kull rank? Ma jistax jagħti l-figuri skond kemm kien hemm f'kull rank hekk kif stabilit mir-regolamenti tal-gvern?
Response (BORG, TONIO)
In-numru tal-membri fil-Korp tal-Pulizija huwa 1,753. Meta fi ħdan il-Korp tal-Pulizija kien hemm Pulizija li jaħdmu fl-Ajruport bħala immigration officers u oħrajn fil-Fire Fighting Section, il-complement kien ta` 1,873, li meta tnaqqas 56 Pulizija li sussegwentement marru ma` Ċivil Protection u 41 oħra spiċċaw mill-M.I.A., in-numru jinżel għal 1,776; b`hekk id-differenza hija biss ta` 23. F`Lulju se jidħlu 72 rekluta ġdid.
Konvint li l-Onor. Interpellant jieħu gost jinnota li mill-5 ta` Settembru 1998 sal-lum ġew reklutati 175 membru ġdid, u 72 oħra huma mistennija li jidħlu x-xahar d-dieħel, total ta` 254 membru ġdid fil-Korp.
Bejn l-1997 u l-1998 ġew reklutati biss 10.
Kif wieħed jista` għalhekk jinnota il-Gvern preżenti żamm mal-wegħda tiegħu li jsaħħaħ il-Korp tal-Pulizija b`rekluti ġodda; terġa` ir-rekluti kollha (254) jipposjedu mill-inqas 3 'O' Levels (Ingliż u Malti obbligatorju) filwaqt li l-ispetturi ġodda jipposjedu "degree" universitarja jew inkella kienu surġenti li kienu jipposjedu 5 'O' Levels.
Jista' l-Ministru jgħid x'passi se jittieħdu biex jiġi mneħħi kull konflitt ta' interess f'dan il-każ peress li l-applikazzjonijiet PA 6059/00 u PA 3161/01 ġew sottomessi mill-uffiċċju tal-periti Demicoli & Asscociates u persuna minn dak l-uffiċju huwa chairman ta' wieħed mill-bordijiet tad-DCC?
Response (BORG, TONIO)
F`każijiet bħal dawk li rrefera għalihom l-Onor. Interpellant, kull membru tad-DCC hu marbut li jiddikjara l-interess u li ma jieħux parti fid-deċiżjoni.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet l-aħħar binja tal-kiosk f'Paradise Bay fiċ-Ċirkewwa? Jista' jpoġġi kopja tal-kuntratt tal-kirja fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-aħħar kera tal-Catering Establishment f`Paradise Bay kienet ta` (Lm13,000) tlettax-il elf u ħames mitt Lira fis-sena.
Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-ftehim tal-kirja.
Jista' l-Ministru jgħid x'passi se jieħu l-kummissarju tal-pulizija fil-ġimgħat li ġejjin biex jiżgura li jwettaq ir-rakkomandazzjonijiet ta' l-Ombudsman (kaz B 474) biex il-pulizija ma tonqosx milli twettaq dmirijietha kif naqset fl-imgħoddi meta l-lido Amazonia ta' Buġibba opera bi ksur tal-liġi u b'inkonvenjenza għar-residenti ta' l-inħawi?
Response (BORG, TONIO)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għal aħħar parti tat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 34109.
Jista' l-Ministru jgħid x'deċizjoni ttieħdet mill-awtorita' ta' l-ippjanar dwar l-applikazzjoni PA 3155/93 biex tirregolarizza bini illegali f'Buġibba? Jista' jgħid jekk din l-applikazzjoni qattx instemgħet mid-DCC tal-awtorita' ta' l-ippjanar? Jista' jgħid x'ordnijiet ta' nfurzar ħarġet l-awtorita' ta' l-ippjanar kontra l-istrutturi illegali msemmija fl-applikazzjoni PA 3155/93? Meta twettqu dawn l-ordnijiet? X'passi fil-fatt ittieħdu?
Response (BORG, TONIO)
L-applikazzjoni għall-iżvilupp PA 3155/93 kienet ġiet irtirata mill-applikant stess.
Rigward it-tieni parti tal-Mistoqsija nirreferi l-Onor. Interpellant għat-tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 34100 f`din l-istess seduta.
Jista' l-Ministru jgħid x'deċiżjoni ħadet l-awtorita' ta' l-ippjanar dwar l-applikazzjoni PA 6059/00 biex jiġu estiżi strutturi li ma kellhomx permessi kif jinnota r-rapport tad-DPA? Jista' jgħid kif ġie rrikmandat li s-somma bħala sehem għall-parking inħadmet biss fuq l-estensjoni ta' 270 metru kwadru u ġiet Lm13,500? Jista' jgħid jekk il-permess li ħareġ għal din l-applikazzjoni kienx biss għall-piano bar?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat kif ġej:-
Fis-16 ta' Mejju, 2001 l'Awtorita` ta' l-Ippjanar ħarġet permess biex jiġu estiżi l-istrutturi ta' d-
Dolmen Beach Lido
kif kien ġie propost fl-applikazzjoni PA6059/00.
Is-somma ta' Lm13,500 bħala sehem għal parking f'kontribuzzjoni lejn il-
Commuted Parking Payment Scheme
tal-Qawra/Buġibba ġiet ikkalkolata skond l-estensjoni tal-proposta fuq dak li kien hemm eżistenti. Is-sit kien diġa użat bħala
Beach Lido Restaurant
u
Bar
bħala parti mid-
Dolmen Hotel
, u għalhekk ittieħdet konsiderazzjoni biss tal-bini ġdid li kien jammonta għal 270 metru kwadru. L-ammont ta' parking spaces li dan kien jiġġenera skond il-
policies
ta' l-Awtorita` kien jammonta għal
parking space
kull 10 metru kwadru jiġifieri 27
parking spaces
. L-iskema ta' CPPS għal Qawra/Buġibba titlob li jitħallsu Lm500 għal kull
parking space
u għalhekk it-total tela' għal Lm13,500.
Kundizzjoni Nru. 2 fil-permess PA6059/00 tpoġġi limitu fuq l-użu ta' l-istabbiliment għal
bar
,
restaurant
,
water sport facility
u
diving school
u l-ebda użu ieħor, anke dawk li jagħmlu parti minn Classi 6 u Classi 10 tad
-Development Planning (Use Classes)
Order
1994.
Jista' l-Ministru jgħid jekk enforcement notice E646/01 tal-awtorita' ta' l-ippjanar tikkonkludiex li n-night club, is-swimming pool u l-alterazzjoni fuq is-sit ta' l-Amazonia f'Bubibba huma kontra l-pjani approvati mill-awtorita' ta' l-ippjanar? Jista' jgħid x'passi ttieħdu dwar dan l-enforcement notice?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-Enforcement Notice ECF 646/01 ġiet maħruġa minħabba dawn l-imsemmija irregolaritajiet kif jidher hawn taħt:-
Il-
pitch
tat-tinda imsaqqfa aktar minn kif approvat fil-permess relatat li jġib referenza PA6059/00, maħruġ fis-6 ta' Mejju, 2001.
Il-Kundizzjoni mposta fuq il-permess relatat, li jitħalla passaġġ ta' 6m fuq iż-żewġ naħat, ġiet miksura fuq naħa waħda.
Talli tpoġġew
air-condition units
fuq is-saqaf ta' l-istabbiliment.
Ta' min jinnota li spetturi mis-Sezzjoni ta' l-Infurzar ta' l-Awtorita` għamlu diversi spezzjonijiet u laqgħat dwar dan l-iżvilupp. Fil-fatt, fuq ordni ta' l-Awtorita` ġie mneħħi ostaklu tal-konkos fuq in-naħa fejn ma' ġiex osservat is-6m mix-shoreline. Ġew ukoll mgħottija l-air-condition units li tpoġġew fuq is-saqaf ta' l-istabbiliment u sarulhom alterazzjonijiet mekkaniċi biex jitnaqqas in-noise level. Ta' min jinnota li hemm applikazzjoni sanatorja pendenti li ġġib referenza PA3161/01.
Jista' l-Ministru jgħid jekk fil-każ ta' l-applikazzjoni PA1818/02 sabiex iċ-ċentru tas-saħħa ta' Ħal Qormi jiġi konvertit f'dar għall-anzjani, peress li l-proprjeta` in kwestjoni mhijiex proprjeta` ta' l-applikant, saru l-proċeduri kollha li titlob il-liġi sabiex is-sidien reali jiġu informati b'dan l-iżvilupp (certificate 13)?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi ma` l-applikazzjoni in kwistjoni ġie sottomess 'Certificate of Ownership B', fejn l-applikant innotifika lid-Dipartiment ta` l-Artijiet b`din il-proposta b`ittra reġistrata fejn l-irċevuta ta` reġistrazzjoni qiegħda annessa ma` l-istess ċertifikat. L-applikazzjoni ma hiex biex iċ-ċentru attwali tas-Saħħa jinbidel f`dar għall-anzjani.