Jista' l-Ministru jgħid kemm daħlu applikazzjonijiet fl-iskema imħabbra mill-gvern biex bdiewa jew sidien ta' raba jew persuni li jkunu qed jaħdmu xi raba jiġi rikonoxxuti?
Jista' jagħti breakdown ta' kemm daħlu applikazjonijiet il-Joint Office f'kull lokalita' f'Malta u Għawdex?
Response (BORG, TONIO)
L-eżerċizzju biex jiġu rrikonċiljati l-ħlasijiet li saru għall-applikazzjonijiet minn persuni biex jirreġistraw raba li kienu jaħdmu skond l-iskema li ħabbar il-Gvern, u biex dawn jitqassmu skond il-lokalita` ddikjarata fl-istess applikazzjoni, issa tlesta. In-numru ta` applikazzjonijiet f`kull lokalita` huwa skond it-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Kif jaf l-Onorevoli Interpellant il-ħlasijiet kollha saru fid-Dipartiment tal-Artijiet jew fil-Ministeru t`Għawdex, u qabel ma d-dettalji ta` kull applikazzjoni jiġu vverifikati waħda waħda, mhux ser ikun possibli li wieħed ikun jista` jagħti breakdown ta` kemm applikazzjonijiet f`kull lokalita` jirrigwardjaw artijiet li qabel kienu tal-knisja u li llum jagħmel minnhom il-Joint Office u kemm oħrajn jirrigwardjaw artijiet li minn dejjem kienu tal-Gvern u tagħmel minnhom it-Taqsima Proprjeta` tal-Gvern.
B'referenza għall-twaqqiegħ ta' kmamar fil-limiti ta' Torri l-Abjad, Mellieħa, jista' l-Ministru jgħid
1) X'inhuma il-kriterji li fuqhom qegħdin jwaqqgħu dawn il-kmamar?
2) Jista' l-Ministru jagħti rapport dettaljat ta' kull kamra li ser titwaqqa u ta' min mhux ser titwaqqa biex jkun jista' jsir skrutinju ta' dak li qed isir ħalli ma jkunx hawn allegazzjonijiet li kejl differenti qed jiġi applikant?
3) Min huwa l-uffiċjal responsabli għad-deċisjonijiet li qed jittieħdu?
Response (BORG, TONIO)
Il-kmamar li qegħdin jitwaqqgħu huma dawk li skond ritratti mill-ajru li qegħdin fil-pussess tal-Awtorita` ta` l-Ippjanar ma kienux jeżistu qabel is-sena 1992. F`każijiet fejn qabel l-1992 kienet tidher struttura u issa dik l-istruttura tkabbret, sakemm-il darba l-okkupant tiddikjara li dik l-istruttura għadha unit wieħed, l-istruttura kollha nżammet. Fejn iżda jiġi ndikat li hemm platform jew canopies tal-konkos li jistgħu jagħtu lok għal żieda ta` strutturi ma` dawk li hemm, dawn qegħdin jitwaqqgħu wkoll, anki jekk dawn kienu jeżistu qabel l-1992.
Rapport dettaljat għadu qed jithejja u eventwalment jista` jiġi eżaminat mill-Onor. Membru.
Kif jaf l-Onor. Interpellant, l-Uffiċjal li huwa legalment responsabbli għad-deċiżjonijiet huwa l-Kummissarju ta` l-Artijiet. Dan qiegħed jikkonsulta ma` l-Enforcement Unit ta` l-Awtorita` ta` l-Ippjanar.
B'referenza għal-tweġiba parlamentari nru. 26171 u fid-dawl li l-persuna in kwistjoni ma' ssib l-ebda problema għall-liema post tiġi trasferita', jista' l-Ministru jgħid meta hemm il-ħsieb li tingħata t-transfer mitlub u dan dejjem minħabba raġunijiet serji ta' saħħa?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-persuna ndikata ilha li ngħatat t-transfer mitlub minnha stess madwar sitt xhur ilu.
Din il-persuna kienet taħdem kemm fid-diviżjoni kif ukoll fid-debituri. Talbet biex ma tibqax taħdem fid-diviżjonijiet u t-talba tagħha ġiet milqugħa. Għaldaqstant din taħdem fis-sezzjoni tad-debituri. Ma jidhirx li hemm xi sezzjoni oħra fejn tista` tintbagħat fil-ħabs. Kien għalhekk li weġibt għall-Interpellanza 26171 bil-mod kif weġibt.
Jista' l-Ministru jgħid x'tip ta' annimali, għasafar jew ħlejjaq oħra, ħajjin jew mejtin jew partijiet minnhom inqabdu mill-pulizija tal-ALE din is-sena? X'sar mill-ħajjin u x'sar mil-mejtin?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi bejn l-1 ta` Jannar u t-30 ta` April 2001, it-Taqsima ta` l-A.L.E. tal-Pulizija qabdet l-għasafar, annimali u ħlejjaq oħra kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Infurmat ukoll illi l-għasafar li jkunu ħajjin jiġu liberati fil-presenza ta` Uffiċjali tad-Dipartiment ta` l-Ambjent. Dawk mejta jew ibbalzmati jiġu distrutti fuq ordni tal-Qorti.
Jista' l-Ministru jgħid kemm inqabdu persuni jwettqu atti immorali fil-pubbliku din is-sena u fejn saru ir-reati?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi matul din is-sena, sat-30 ta` April 2001, ittellgħu 5 persuni l-Qorti talli wettqu atti immorali fil-pubbliku. Dawn l-atti seħħew fil-lokalitajiet ta` San Ġiljan (1), Cospicua (1), Marsa (2), Żejtun (1).
Jista' l-Ministru jinvestiga l-ilment ta' numru ta' persuni b'disabilita' fir-Rabat li jilmentaw mill-inkonvenjent tal-parking fil-pjazza tar-Rabat kawżat minn persuni abbużivament jipparkjaw fil-parking area riservat għalihom?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-pulizija tal-lokal ġew mogħtija struzzjonijiet sabiex jassiguraw li dan l-abbuż ma jibqax isir.
Jista' -Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari nru. 26052 li oriġinarjament saret lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi u li issa ġiet riferuta lilu u cioe: Jista' jispjega fuq liema studju mexa biex tħallew jitwaħħlu antennae tal-mobile phones fuq bjut ta' djar privati?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi f`ittra ddatata 17 ta` Awissu 2000, id-Dipartiment tas-Saħħa kien informa lill-Awtorita` ta` l-Ippjanar li "on the basis of the body of scientific knowledge available to date the Expert Committee set up specifically to look into the subject concluded that exposure to the radio frequency fields from mobile phone base stations has no adverse health consequences as long as international health-based guidelines are strictly adhered to".
Fuq bażi ta` din l-ittra, permessi għal mobile phone base stations jinħarġu mill-Awtorita` ta` l-Ippjanar b`kundizzjoni li għandu jinġabar "clearance" mingħand id-Dipartiment tas-Saħħa qabel ma` l-antennae jibdew jitħaddmu.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm membri tal-Korp tal-Pulizija li għandhom degree universitarju illum? X'inhu d-degree u x'rank għandhom?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant dwar membri tal-Korp tal-Pulizija li għandhom degree universitarju hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Billi ġo ċertu pajjiżi demokratiċi tal-Punent hija illegali illi tfal taħt is-sittax-il sena ikunu barra wara ċertu ħin waħedhom jiġifieri mhux akkompanjati min adult, jista' l-Ministru jgħid jekk jidirlux illi liġi bħal din għandu tiġi ikkunsidrata billi mhux ħaġa rari illi tfal taħt is-sittax-il sena idumu barra sas-sigħat bikrin ta' filgħodu mingħajr ma jkunu taħt il-kustodja ta' adult.
Response (BORG, TONIO)
Il-materja indikata mill-Onor. Interpellant m`hix responsabbilita` primarja ta` dan il-Ministeru. Iżda nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħtini iktar dettalji dwar il-proposta li qed jagħmel.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda mall-Ministeru w entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu mill-11 ta' Settembru 2000 sal-lum?
Jekk fl-affermattiv, jista' l-Ministru jgħid meta ħarġu l-applikazzjonjiet għal dawn l-imjiegi? Jekk jirrizulta li ġew impjegati mingħajr ma' ħarġu applikazjonijiet, jista' jgħid kemm dawn l-impjegati kien ilhom applikati għal imsemmi impjieg? U jekk jirriżulta li lanqas kienu applikati għall-imsemmi impjieg, jista' jgħid xi kriterji intużaw biex jingħataw l-imsemmi impjieg?
Jista' jgħid f'kull każ x'inhu s-salarju u x'inhuma l-kundizzjonijiet?
Response (BORG, TONIO)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Tabella li turi l-informazzjoni mitluba dwar impjiegi ġodda bejn il-11 ta` Settembru, 2000 u llum f`entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru ta` l-Intern.
Risposta dwar impjiegi ġodda fis-Servizz Pubbliku fl-istess perijodu tingħata mill-Prim Ministru.
Jista' l-Ministru jgħid kemm infetħu ħwienet ġodda xahar b'xahar is-sena l-oħra u kemm għalqu?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi n-numru ta` liċenzji tal-Pulizija dwar ħwienet li nħarġu ġodda jew ġew kkanċellati matul is-sena 2000, hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid separatament kemm-il pubblikazjoni ġiet maħruġa mill-Ministeru u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul is-sena 1999, 2000 u 2001?
Jista' jgħid separatament f'kull każ x'kienet ir-raġuni tal-pubblikazzjoni, liema kienet u kemm-il kopja ġiet stampata?
Jista' jgħid f'kull każ min stampa u għamel l-artwork u colour sepations?
Jista' jgħid separatament f'kull każ kemm sar ħlas għall-istampar, artwork, colour separations, posta, distribuzzjoni etc?
Response (BORG, TONIO)
Qed nagħti l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant dwar pubblikazzjonijiet maħruġa mill-Ministeru ta` l-Intern u l-entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi:
Sena
Ministeru / Dipartiment
Pubblikazzjonijiet
Kopji
Min għamel xogħol ta` Artwork u Colour Separation
Spiża ta` stampar, artwork, etc
2000
Ministeru
Booklet dwar “Casa Leoni”
1,000
PEG Ltd.
Lm430
2000
Ċittadinanza
Booklet dwar Dual Citizenship
10,000
Mizzi Design & Graphics
Government Printing Press
Lm126
Lm1,421
2000
Ministeru
White Paper on Criminal Code
1,000
Government Printing Press
Lm1,482
1999
1999
1999
2000
2000
2000
2000
2000
2000
Awtorita` ta` l-Ippjanar
Ktejjeb: Bieb u Għatba
3 gate leaflet: Central Zone Local Plan
Annual Report and Accounts 1999
Reply Forms għall-Konsultazzjoni Pubblika dwar l-abbozz tal-Pjan Lokali għall-Majjistral ta` Malta u għall-Portijiet fit-Tramuntana
Reply form envelopes (A5) Konsultazzjoni Pubblika dwar l-abbozz tal-Pjan Lokali għall-Majjistral ta` Malta u għall-Portijiet fit-Tramuntana
Letters: Konsultazzjoni pubblika dwar l-abbozz tal-Pjan Lokali għall-Majjistral ta` Malta u għall-Portijet fit-Tramuntana
Envelopes: Konsultazzjoni pubblika dwar l-abbozz tal-Pjan Lokali għall-Majjistral ta` Malta u għall-Portijiet fit-Tramuntana
Booklet: Konsultazzjoni Pubblika dwar il-Pjan Lokali għall-Portijiet fit-Tramuntana
Annual Report 2000
1,000
43,000
600
29,000
36,000
29,000
29,000
29,000
500
Artwork: Associated News Colour Separations: Repro House Co. Ltd.
Artwork: Associated News
Artwork: Associated News Colour Separations: Repro House Co. Ltd.
Artwork: Associated News Colour Separations: Repro House Co. Ltd.
Artwork: Associated News Colour Separations: Repro House Co. Ltd.
Artwork: Associated News Colour Separations: Repro House Co. Ltd.
Artwork: Associated News Colour Separations: Repro House Co. Ltd.
Artwork: Associated News Colour Separations: Repro House Co. Ltd.
Artwork: Associated News Colour Separations: Repro House Co. Ltd.
Lm1,029
Lm689
Lm3,061.95
Lm64.40
Lm630.09
Lm525.44
Lm552.68
Lm2,452.71
Lm1,996.40
1999
Pulizija
Malta Police Force Strategic Plan 1999-2001
1,000
Green Apple Advertising
Lm1,980.10
2000
2001
2001
Protezzjoni Ċivili
Sigurta` fid-dar
Sigurta` fid-dar
Kwestjonarju fuq is-sigurta` f`Malta
5,000
10,000
1,000
AD. Com Marketing & Communications
AD. Com Marketing & Communications
AD. Com Marketing & Communications
Lm255
Lm408.25
Lm32.20
2000
Uffiċċju Konġunt
Leaflet dwar “Agricultural Rent Scheme”
2,000
Beck Graphics Ltd
Lm100
2000
Taqsima Proprjeta` tal-Gvern
Fuljett dwar “Skema tal-Qbiela”
7,100
Beck Graphics Ltd
Lm250
Jista' l-Ministru jgħid x'permessi hemm għal barriera li hemm fl-area tal Ħandaq, f'Ħal Qormi biex tintuża bħala scrapyard? Jista' jgħid hemmx permess li jinħarqu l-affarijiet fiha wkoll?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi ma jirriżultax li l-Awtorita` ta` l-Ippjanar qatt ħarġet permessi ta` żvilupp għal barriera fil-lokalita` Tal-Ħandaq, f`Ħal Qormi biex din tkun tista` tintuża bħala scrapyard jew li b`xi mod jista` jsir xi ħruq ta` affarijiet fiha.
L-Awtorita` ser tinvestiga u fejn jirriżulta li hemm ksur tal-liġi tieħu dawk il-passi neċessarji skond l-Att ta` l-1992 dwar l-Ippjanar.
Infurmat ukoll illi m`hemmx liċenzji tal-Pulizija fuq il-post imsemmi.
Jista' l-Ministeru jintervjeni fil-problema li qed tiffaċċja l-komunita' tar-Rabat, Baħrija u l-Imtarfa, cioe' li jiġi żviluppat ċimiterju ġdid ħalli jiġu akkomodati l-familji li qed jitolbu dan il-bżonn?
Billi din il-problema ilha pendenti għal aktar minn 20 sena, jista' l-Ministru jinvestiga kif tista' tinsab art għall-iżvilupp ta' dan iċ-ċimiterju fir-Rabat jew il-madwar ħalli talba pendenti tal-poplu Rabti tittieħed bis-serjeta'?
Response (BORG, TONIO)
Il-Gvern għadu għaddej bl-isforzi tiegħu biex jidentifika biċċa art li tkun tista` tintuża biex jiġi żviluppat ċimiterju ġdid għal bżonnijiet tal-poplu tar-Rabat u l-inħawi.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ittelgħu persuni l-Qorti is-sena l-oħra u din is-sena talli ħaqru annimali? X'tip ta' moħqrija kienet u x'weħħlu f'kul każ?
Response (BORG, TONIO)
B`żieda mat-tagħrif li jien tajt fit-Tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 23027, ninsab infurmat illi sal-31 ta` Mejju 2001, kien hemm 4 każi ta` moħqrija ta` annimali rrappurtati lill-Pulizija li kollha tressqu l-Qorti. Ir-reati li allegatament twettqu kienu ta` moħqrija fuq tjur, għoġol, qattus w kelb.
Fil-każi li seħħew bejn l-1 ta` Jannar 2000 u l-31 ta` Mejju 2001, u li l-proċeduri dwarhom fil-Qorti ġew eżawriti, dawk misjuba ħatja weħlu pieni li jvarjaw minn sentenza sospiża, twissija u ċanfira, u multi ta` ammonti varji.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm strutturi bla permess ġewwa l-armier jew f'area ta' madwar? Kemm twaqqaw jew tneħħew? Kemm huwa in-numru li għad irid jitneħħa u xi kriterji qed juża il-gvern ta' min għandu jitneħħa u min le?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi hemm madwar 1,440 struttura bla permess ġewwa l-Armier jew f`area tal-madwar. Minn meta ġiet imwaqqfa l-Awtorita` ta` l-Ippjanar tneħħew 148 struttura f`dawn l-areas imsemmija.
Qiegħed isir studju dwar liema strutturi oħra għandhom jitneħħew u dan skond kriterji stabbiliti, fosthom, fejn jinstab illi dawn l-istrutturi jkunu nbnew jew tpoġġew wara li twaqqfet l-Awtorita` ta` l-Ippjanar.
Peress li jien informat li l-każ tad-dual citizenship li qed jintbagħat separatament ilu pendenti s-snin, jista' l-Ministru jinvestiga u ġentilment jara li t-talba tiġi rimedjata kemm jista' jkun malajr?
Response (BORG, TONIO)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħtini aktar dettalji dwar il-każ li qed jirreferih għalih peress illi mir-referenza tal-każ li ngħata separatament, ma setgħax jiġi identifikat il-każ mid-Dipartiment ikkonċernat.