Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #37901 Sitting 850 2003-01-16 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Pembroke - Liċeo tal-bniet

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 37728?

Response (GALEA, LOUIS)

Id-dettalji mitluba huma miżmuma fir-rekords tal-proġett konċernat u jiġu verifikati mill-awdituri interni ta' l-FTS u tal-Gvern u jiġu verifikati mill-Awditur Ġenerali u l-Uffiċċju Nazzjonali ta' l-Awdituri skond kif jidhrilhom xieraq.
Leg 9 PQ #37903 Sitting 850 2003-01-16 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Fondazzjoni għall-Iskejjel ta' Għada

Question

Jista' il-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 37733?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-membri tal-Bord ta' l-FTS jirċievu remunerazzjoni ta' Lm1200 fis-sena ħlief għall-membri li huma uffiċċjali pubbliċi li ma jirċievu ebda remunerazzjoni. Iċ-Chairman tal-Fondazzjoni, li barra li jippresjedi l-laqgħat jiddedika ċertu ħin fit-tmexxija tal-Fondazzjoni tħallas Lm10,000 fis-sena 2002.
Leg 9 PQ #37904 Sitting 850 2003-01-16 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni

Question

Jista' issa l-Minstru jwieġeb il-mistoqsija numru 37731?

Response (GALEA, LOUIS)

L-istatistika miġbura mid-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni hekk kif kienet fl-aħħar ta' Ġunju 2002 qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #37905 Sitting 850 2003-01-16 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Fondazzjoni għall-Iskejjel ta' Għada — Oġġetti u materjal mixtri

Question

Jista' issa jwieġeb mistoqsija 37732?

Response (GALEA, LOUIS)

L-inventarju msemmi jinżamm b'mod regolari mill-uffiċċjali konċernati u hu l-ħin kollu dispost għall-iskrutinju ta' l-awdituri interni ta' l-FTS u tal-Gvern kif ukoll jista' jiġi verifikat b'mod regolari mill-Awditur Ġenerali u mill-Uffiċċju Nazzjonali ta' l-Awditur.
Leg 9 PQ #37927 Sitting 850 2003-01-16 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Ministeru ta' l-Edukazzjoni — Private securities

Question

Jista' l-Ministru jgħid fil-preżent kemm hu n-numru ta' kuntratti għal securities privati li għandu l-Ministeru, dipartimenti, kumpanniji, eċċ. li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-Ministeru? Jista' jgħid kemm kienet iċ-ċifra ta' sigħat u ta' flus li tħallsu għal dawn il-kuntratti matul is-snin 2002, 2001 u 2000, separatament?

Response (GALEA, LOUIS)

It-tagħrif mitlub ma laħaqx inġabar kollu u tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #37994 Sitting 850 2003-01-16 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Vjaġġi tal-mini-buses u xarabanks — Skejjel

Question

Jista' il-Ministru jgħid fl-ewwel term ta' din is-sena skolastika kemm saru vjaġġi minn xarabanks u mini-buses biex iġorru tfal tal-iskola? Kemm kien it-total li għandu jitħallas? Diġa tħallas xi ħaġa? Kemm u meta?

Response (GALEA, LOUIS)

It-trasport tat-tfal fl-iskejjel hu regolat minn ftehim bejn id-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni u l-Assoċjazzjonijiet konċernati. Il-vjaġġi u l-ħlas isiru skond l-iskedi annessi mal-ftehim.
Leg 9 PQ #38113 Sitting 850 2003-01-16 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Dipartiment ta' l-Edukazzjoni — Korsijiet ta' facilitators

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 37974?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li t-taħriġ kontemplat fil-qasam tal-facilitators huma korsijiet li ser torganizza l-Fakulta` ta' l-Edukazzjoni bi ftehim mad-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni, sabiex persuni li jippossedu ċ-ċertifikat fl-Inklużjoni jkunu jistgħu jaslu sad-Diploma tal-Facilitators. L-Universita` qed taħdem sabiex l-ewwel fażi ta' dan il-kors tibda fix-xhur qrib.
Leg 9 PQ #37884 Sitting 849 2003-01-16 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Fondazzjoni għall-Iskejjel ta' Għada

Question

Jista' issa l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 37717?

Response (GALEA, LOUIS)

Nirreferi għat-tweġiba motħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 37735.
Leg 9 PQ #37896 Sitting 849 2003-01-16 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Fondazzjoni għall-Iskejjel t'Għada — Impjieg ta' messaġġier

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 37727?

Response (GALEA, LOUIS)

Nirreferi għat-tweġiba motħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 37735.
Leg 9 PQ #37897 Sitting 849 2003-01-16 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Fondazzjoni għall-Iskejjel t'Għada

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 37726?

Response (GALEA, LOUIS)

Nirreferi għat-tweġiba motħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 37735.
Leg 9 PQ #37898 Sitting 849 2003-01-16 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Santa Luċija — Liċeo tal-Bniet

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 37725?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-ewwel ġebla tal-Liċeo tal-Bniet f'Santa Luċija tqegħdet nhar id-29 ta' Jannar 1996. Laqa' l-ewwel studenti fi ħdanu f'Settembru 1997. Il-faċilitajiet użati mill-ewwel studenti kienu jikkonsistu fi ħmistax-il klassi, tliet laboratorji tal-fiżika, żewġ needlecraft rooms, żewġ kmamar tal-home economics, laboratorji tal-kemistrija, laboratorju tal-bioloġija, blokka amministrattiva li nkorporata l-uffiċċju tal-kap ta' l-iskola, l-uffiċċju ta' l-assistenti kapijiet, uffiċini sekretarjali , staff rooms u kmamar għas-subject co-ordinators, kif ukoll l-użu ta' ġibjun u play area fuqu.
Leg 9 PQ #37877 Sitting 848 2003-01-15 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Fondazzjoni għall-Iskejjel ta' Għada — Lista' ta' pagamenti

Question

Jista' issa il-Ministru jwieġeb il-mistoqsija numru 37716?

Response (GALEA, LOUIS)

Il-vot rikorrenti indikat ġie użat kollu għal emolumenti personali tad-dipendenti ta' l-FTS kif ukoll għal xi ħwejjeġ operattivi. Jekk hemm xi item partikolari li dwaru jinħtieġ informazzjoni, nitlob l-Onor. Membru jagħmel il-mistoqsija rilevanti.
Leg 9 PQ #37879 Sitting 848 2003-01-15 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Fondazzjoni għall-Iskejjel ta' Għada — Ftehim ma' l-APS

Question

Jista' issa l-Minsitru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 37722?

Response (GALEA, LOUIS)

Nirreferi għat-tweġiba motħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 37735.
Leg 9 PQ #37880 Sitting 848 2003-01-15 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Fondazzjoni għall-Iskejjel ta' Għada

Question

Jista' issa l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 37721?

Response (GALEA, LOUIS)

Nirreferi għat-tweġiba motħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 37735.
Leg 9 PQ #37881 Sitting 848 2003-01-15 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Fondazzjoni għall-Iskejjel ta' Għada — Kuntratti

Question

Jista' il-Minstru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 37720?

Response (GALEA, LOUIS)

Kopja ta' dawn il-kuntratti ta' l-impjegati ta' l-FTS diġa' tpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra. Impjegati oħra pubbliċi li jaħdmu ma' l-FTS m'għandhomx kuntratt.
Leg 9 PQ #37882 Sitting 848 2003-01-15 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni — Voti kapitali

Question

Jista' issa l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 37719?

Response (GALEA, LOUIS)

Le ma nistax. It-tagħrif dettaljat mitlub jinħtieġ ix-xogħol biex jinġabar u ma hux ġustifikat li jieħu preċedenza fuq xogħol ieħor.
Leg 9 PQ #37872 Sitting 847 2003-01-15 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Fondazzjoni għall-Iskejjel ta' Għada — Offerti ppubblikati

Question

Jista' issa l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 37715?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li mhux dejjem ikun fl-aħjar interess tal-poplu li l-kuntratt jingħata lill-orħos offerent u dan kif jipprovdu l-istess regolamenti tal-Gvern. F'ħames każi dan kien neċessarju minħabba l-volum kbir ta' xogħol li ried jitwettaq fi żmien qasir, u għaldaqstant ittieħdu in konsiderazzjoni l-offerti li setgħu jissodisfaw b'mod tajjeb il-bżonnijiet ta' l-iskejjel konċernati. F'xi każi oħrajn, ġejt informat li l-Fondazzjoni għall-Iskejjel ta' Għada ma setgħetx tikkunsidra l-orħos offerti minħabba xi nuqqas (eż. Bid-bond, specifications) min-naħa tal-kuntratturi.
Leg 9 PQ #37873 Sitting 847 2003-01-15 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Liċeo tas-Subien Ħamrun — Installazzjoni ta' Lifts

Question

Jista' issa il-Ministru jirrispondi il-mistoqsija parlamentari numru 37714?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li għalkemm iż-żewġ lifts setgħu faċilment jiġu nkorporati f'departimental tender wieħed għaliex il-prezz konbinat hu sew taħt l-Lm20,000, il-Fondazzjoni Għall-Iskejjel ta' Għada dehrilha li għandha tippubblika tenders separati (skond il-Procurement Regulations 1996) peress li dak iż-żmien lift wieħed biss kien kopert bil-permess tal-MEPA. Inżid ukoll li l-lift l-ieħor kellu bżonn struttura differenti peress li fuq il-bejt hemm reservoir ta' l-ilma. Il-lifts ser jiġu stallati f'żewġ wings differenti ta' l-iskola.
Leg 9 PQ #37874 Sitting 847 2003-01-15 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Fondazzjoni għall-Iskejjel ta' Għada — Xoħlijiet

Question

Jista' issa l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija numru 37713?

Response (GALEA, LOUIS)

Nirreferi għat-tweġiba motħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 37735.