Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-riżultati tat-traffic counts li Transport Malta għamlet dwar iż-żona ta' San Ġwann u l-Kappara?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li għalkemm ma speċifikatx il-perjodu li għalih qed tirreferi, qed nassumi li l-mistoqsija tagħha hija relatata mal-proġett tal-Kappara. Għaldaqstant ninfurmaha li l-arranġamenti tat-traffiku kurrenti u li huma marbuta ma’ dan il-proġett mhumiex ibbażati fuq traffic counts attwali iżda ġew maħsuba b’tali mod li jakkomodaw il-volum ta’ traffiku li mistenni jiżdied f’din l-akwata meta x-xogħlijiet fuq dan il-proġett jintensifikaw.
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-riżultati tat-traffic counts li Transport Malta għamlet dwar iż-żona ta' tas-Swieqi, l-Ibraġġ u l-Madliena?
Response (MIZZI, JOE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant tirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari 26631.
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentri 25971 rigward nuqqas ta’ road markings u sinjali tat-traffiku f’Ta’ Xbiex, jista’ l-Ministru jwieġeb b’referenza għal Triq ix-Xatt, Triq Sir Augustus Bartolo, Triq l-Ambaxxati u Triq Sir Ugo Mifsud li jenħtieġu floor markings u sinjali tat-traffiku?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Transport Malta qiegħda f’diskussjonijiet mal-Kunsill Lokali dwar l-implementazzjoni tal-aħħar fażi tal-arranġamenti tat-traffiku hekk kif ser jibdew id-devjazzjonijiet marbuta mal-proġett tal-Kappara. Għalhekk, Transport Malta se tkun qed tara x’sinjali jew road markings se tkun qed tagħmel fit-toroq imsemmija ladarba jiffurmaw parti mid-devjazzjonijiet indikati.
Jista’ l-Ministru jikkonferma jekk is-sistema tat-traffiku li ġiet implimentata f’San Ġwann Junction hijiex se tkun permanenti jew temporanja u sakemm jitlesta l-proġett tal-Kappara Junction?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li s-sistema tat-traffiku li qiegħda titħaddem bħalissa hija marbuta mal-proġett tal-Kappara. Din is-sistema tat-traffiku qed isirilha monitoraġġ kontinwu u kwalunkwe titjib li jista’ jsir qiegħed isir. Il-monitoraġġ tas-sistema tat-traffiku se jibqa’ għaddej tul il-proġett kollu.
San Ġwann – Il-Kappara – Triq Birkirkara – tiswija ta’ bankina
Question
Jista' l- Ministru jara li jsir dik il-manutenzjoni li hemm meħtieġ fuq il-bankina fi Triq Birkirkara, il-Kappara, San Ġwann peress li partijiet sostanzjali minnha tkissru waqt ix-xogħol estensiv li kien sar fit-triq?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li dawn ix-xogħlijiet għandhom isiru skont ir-responsabbiltajiet, il-prioritajiet, fondi disponibbli u l-proċess tal-akkwist.
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 26205, jista’ l-Ministru jgħid meta r-rotta 103 ġiet estiża jew se tiġi estiża għall-Magħtab u Baħar iċ-Ċagħaq?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-rotta 103 hi mistennija li tiġi estiża fis-17 ta’ Lulju li ġej.
B’referenza għar-risposti għall-mistoqsijiet parlamentari 26203 u 26204, jista’ l-Ministru jgħid meta ujagħti data, se jiġu ffinalizzati l-pjanijiet għat-tisbiħ taż-żona ta’ Xatt il-Palm f’Baħar iċ-Ċagħaq?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Transport Malta qiegħda tippjana li tippreżenta il-proposta tagħha rigward din iż-żona lill-Awtorita’ tal-Ippjanar sal-aħħar ta’ Lulju.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk hemmx xi raġuni partikulari li għaliha l-ilma li hemm fis-Salini, limiti ta' San Pawl il-Baħar, qed jieħu kulur li mhux naturali, kultant kważi ħamrani? Kien hemm xi raġuni partikulari għaliex dan seħħ?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li meta jkun konċentrat fil-melħ, l-ilma baħar jsir salmura u wara l-evaporazzjoni, l-melħ jikkristalizza u jifforma saff fuq l-art. Fl-għadajjar il-kulur karatteristiku roża huwa kkawżat minn mikro-organiżmu msejjaħ halophyte, li jgħix fis-salmura b’salinità għolja. Dan il-mikro-organiżmu ma jħalli ebda effett fuq il-kwalità tal-melħ. Il-membrani taċ-ċelloli ta’ dan il-mikro-organiżmu fihom pigmenti karotenojdi li jagħtu l-kristalli tal-melħ l-kulur roża fl-aħmar. Il-kulur skur iżid l-assorbiment tad-dawl tax-xemx li jżid it-temperatura li mbagħad żżid l-evaporazzjoni u l-produzzjoni tal-melħ.
(Korrezzjoni: Ara dokumenti PL 7529 li tpoġġiet f'Seduta 417 nhar l-Erbgħa, 13 ta' Lulju 2016)
Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar meta saru l-aħħar spezzjonijiet fuq il-mollijiet li hemm fid-dawra tas-Salini, fil-limiti ta’ San Pawl il-Baħar/Naxxar? Billi madwar dawn il-mollijiet saru u għad fadal li jsiru xogħlijiet marbutin mat-taħmil tas-sukkors ta’ madwar l-istess Salini, jista’ jagħti tagħrif dwar jekk il-mollijiet kenux inklużi fix-xogħol ta’ restawr li sar fil-madwar tas-Salini, għaliex dawn l-istess mollijiet kienu jiffurmaw parti mill-istruttura tas-Salini, kif jidher mill-istess ġebel li intuża biex jifforma l-mollijiet u li f’bosta nħawi jinsab maqlugħ?
Response (MIZZI, JOE)
Jekk l-Onor. Interpellant qed jirreferi għall-mollijiet it-tul kollu tas-Sukkursi (is-Sukkurs id-dejjaq ta’ maġenb id-daħla tas-Salt-pans u s-Sukkurs il-wiesgħa in-naħa tal-Qawra), jien infurmat li dawn ma jiffurmawx parti mill-istrutturi tas-Salina (s-Salina ttiffunzjona mingħajrhom) u qatt ma kienu parti mill-proġett ta’ restawr li sar fil-madwar tas-Salini. Fiċ-ċirkostanzi, jien ser nitlob lid-Dipartiment konċernat jibgħat perit ħalli jħejji rapport fuq il-kundizzjoni ta’ l-imsemmija strutturi.
Buġibba – Direzzjoni lejn San Pawl il-Baħar – traffic lights
Question
B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 25988, li kienet tagħmel referenza għad-domanda 25628, billi r-rispota tibqa tirreferi għall-fatt li llum hemm Stop sign, mentri d-domanda tagħmel referenza għall-fatt li fil-post imsemmi kien hemm lights li jikkontrollaw it-traffiku, u dan sa qabel inqalgħu waqt ix-xogħol li sar bħala parti mill-Coast Road, jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex it-traffic lights li kien hemm fuq il-post jerġgħu jitwaħħlu? Minbarra hekk, meta hu mistenni li l-arbli ġodda li fuqhom għad m'għandhomx dawn, fl-istess inħawi fil-fatt ikollhom id-dawl imwaħħal fuqhom?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li m’għandi xejn x’inżid mat-tweġibiet li diġa ngħataw fuq dan is-suġġett.
Jista' l-Ministru jara li ħaddiema jnaddfu il-Magħluq f'Wied il-Għajn peress li qed ikun hemm ħafna ilmenti?
Response (MIZZI, JOE)
Ninsab informat li madwar il-Magħluq tal-Baħar ta’ Marsaskala jsir ‘litter picking’ mill-inqas darba fil-ġimgħa mid-Direttorat tat-Tindif fi ħdan id-Dipartiment tax-Xogħlijiet u l-Infrastruttura. Dan l-ilment twassal lis-Sezzjoni Marittima fi ħdan l-istess Dipartiment sabiex jitnaddaf l-iskart li nġema’ fil-bur salmastru fil-Magħluq.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk humiex qed jiġu diskussi pjanijiet biex ikun hemm titjieb fiċ-ċirkolazzjoni tat-traffiku fil-ħinijiet magħrufa bħala peak fi¿-¿oni tal-ajruport, ta’ Ħal Tarxien u l-madwar u madwar il-Mina ta’ Hompesch?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi fil-ġimgħat li għaddew ġew implimentati x-xogħlijiet kif ġej:
1. Ġiet disinjata mill-ġdid Triq Hompesch minn k/m Triq il-Foss sa k/m Triq Villabate, Ħaż-Żabbar. Ġie mplimentat tqassim ġdid tat-triq fejn żdiedet
flare
twila fid-direzzjoni tal-Mina ta’ Hompesch u
flare
twila oħra fid-direzzjoni tal-inkroċju kkontrollat bis-sinjaletika elettronika k/m Triq Villabate. B’dawn it-tibdiliet, żdiedet il-kapaċita’ ta’ dawn iż-żewġ inkroċji. Ukoll ġew projbiti xi manuvri tas-sewqan li kien qed jikkawżaw numru sostanzjali ta’ inċidenti biex b’hekk tjiebet is-sigurta’ f’dan it-triq.
2. Ġiet disinjata u mplimentata
flare
twila fit-triq li ġejja mill-Mini ta’ Ħal- Kirkop fid-direzzjoni lejn Vjal l-Avjazzjoni biex b’hekk tjiebet l-effiċċjenza tat-traffiku f’dan l-inkroċju.
Transport Malta tagħmel ukoll moniteraġġ kontinwu biex tiżgura li l-arranġamenti li jsiru jkomplu jgħinu sabiex kemm jista’ jkun titjieb l-effiċjenza tas-sistema u ċirkolazzjoni tat-traffiku fil-ħinijiet peak tal-ġurnata.
Jista' l-Ministru, f'dan l-istadju, jgħid fejn se jsiru aktar tibdiliet fis-sistema tat-traffiku fiż-żona ta’ Tas-Sliema b'rabta mal-proġett tal-Kappara Junction? Jista’ jagħti d-dettalji ta' dawn il-bidliet? Meta se jidħlu fis-seħħ? Dawn il-bidliet se jkunu temporanji jew permanenti? Kemm se jiswew ix-xogħlijiet fuq tali ħidmiet?
Response (MIZZI, JOE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant tirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari numru 26285.
Kappara Junction – tibdil fis-sistema tat-traffiku fl-Ibraġġ, il-Madliena u s-Swieqi
Question
Jista' l-Ministru, f'dan l-istadju, jgħid fejn se jsiru aktar tibdiliet fis-sistema tat-traffiku fiż-żona tal-Ibraġġ, il-Madliena u s-Swieqi b'rabta mal-proġett tal-Kappara Junction? Jista’ jagħti d-dettalji ta' dawn il-bidliet? Meta se jidħlu fis-seħħ? Dawn il-bidliet se jkunu temporanji jew permanenti? U kemm se jiswew ix-xogħlijiet fuq tali ħidmiet?
Response (MIZZI, JOE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant tirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari numru 26285. (Waqt il-ħin tal-Mistoqsijiet Parlamentari il-Ministru għat-Trasport u l-Infrastruttura qiegħed fuq il-Medja tal-Kamra fuljett dwar il-Proġett tal-Kappara maħruġ minn Transport Malta).
Jista' l-Ministru, f'dan l-istadju, jgħid fejn se jsiru aktar tibdiliet fis-sistema tat-traffiku fiż-żona tal-Imsida b'rabta mal-proġett tal-Kappara Junction? Jista’ jagħti d-dettalji ta' dawn il-bidliet? Meta se jidħlu fis-seħħ? Dawn il-bidliet se jkunu temporanji jew permanenti? Kemm se jiswew ix-xogħlijiet fuq tali ħidmiet?
Response (MIZZI, JOE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant tirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari numru 26285.
Jista' l-Ministru, f'dan l-istadju, jgħid fejn se jsiru aktar tibdiliet fis-sistema tat-traffiku fiż-żona tas-Swatar b'rabta mal-proġett tal-Kappara Junction? Jista’ jagħti d-dettalji ta' dawn il-bidliet? Meta se jidħlu fis-seħħ? Dawn il-bidliet se jkunu temporanji jew permanenti? Kemm se jiswew ix-xogħlijiet fuq tali ħidmiet?
Response (MIZZI, JOE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant tirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari numru 26285.
Jista' l-Ministru, f'dan l-istadju, jgħid fejn se jsiru aktar tibdiliet fis-sistema tat-traffiku fiż-żona ta’ Ta’ Xbiex b'rabta mal-proġett tal-Kappara Junction? Jista’ jagħti d-dettalji ta' dawn il-bidliet? Meta se jidħlu fis-seħħ? Dawn il-bidliet se jkunu temporanji jew permanenti? Kemm se jiswew ix-xogħlijiet fuq tali ħidmiet?
Response (MIZZI, JOE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant tirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari numru 26285.
Jista' l-Ministru, f'dan l-istadju, jgħid fejn se jsiru aktar tibdiliet fis-sistema tat-traffiku fiż-żona tal-Gżira b'rabta mal-proġett tal-Kappara Junction? Jista’ jagħti d-dettalji ta' dawn il-bidliet? Meta se jidħlu fis-seħħ? Dawn il-bidliet se jkunu temporanji jew permanenti? Kemm se jiswew ix-xogħlijiet fuq tali ħidmiet?
Response (MIZZI, JOE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant tirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari numru 26285.