Legislature:
Category:
Reset
Active:

Sta. Venera — Triq il-Kanun

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk hux ippjanat li fi Triq il-Kanun Sta. Venera, fl-area qrib u magħrufa bħala tal-Palazz l-Aħmar, hux se jiġu nstallati traffic lights biex jiġi ffaċilitat il-qsim tat-triq għan-nies u tfal ta' l-iskola?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li l-Awtorita' dwar it-Trasport ta' Malta qiegħda tfassal programm ta' xogħlijiet mall-pajjiż kollu u peress li fil-preżent għaddej xogħol f'din il-lokalita', x-xogħol biex titniffed din it-triq isir skond il-prijoritajiet ta' dan il-programm .

Żejtun — Toroq

Question

Jista' il-Ministru jgħid meta ser jinfetaħ l-aċċess minn triq ġdida kantuniera ma' Triq il-Vittmi tal-Gwerra fiż-Żejtun għal Triq il-President Anton Buttiġieġ?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li l-Awtorita' dwar it-Trasport qiegħda tfassal programm ta' xogħlijiet mal-pajjiż kollu u filwaqt li fil-preżent għaddej xogħol f'din il-lokalita', ix-xogħol biex titniffed din it-triq isir skond il-prijoritajiet ta' dan il-programm.
Leg 9 PQ #318 Sitting 782 2002-09-16 Written · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru għat-Trasport u Komunikazzjoni

Wied il-Għajn — Traffic Lights

Question

Jista' l-Ministru jieħu passi sabiex isiru xi forma ta' traffic calmers fi Triq il-Qaliet, Wied il-Għajn, qabel issir xi traġedja għaliex minkejja li kienu saru traffic lights dawn xorta ma laħqux l-iskop li jbattu l-veloċita' ta' ċerti sewwieqa li jgħaddu minn dik it-triq? Tista' ssir xi ħaġa fil-parti fejn Triq il-Qaliet tagħti għal Triq il-Gardiel għax din hi junction fejn ukoll jiġru ħafna inċidenti? Billi ta' spiss jiġru inċidenti f'din it-triq, possibli jittieħdi passi fl-aqsar żmien possibbli?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li kontinwament id-Direttorat għall-Maniġġ għat-Traffiku jħejji proposti għall-maniġġjar tat-traffiku madwar Wied il-għajn b'kollaborazzjoni sħiħa mal-Kunsill Lokali. Dan jinkludi wkoll proposti għal Triq il-Qaliet, kif inhu msemmi hawn taħt: Junction Channelisation bejn Triq Qaliet kif anness fi Pjanta1 Żewġt Pinch Points u Raised Pedestrian Crossing inkorporati flimkien u fil-posizzjoni kif muri fil-Pjanta 2 annessa. fl-annessa Pjanta 3 huwa muri d-disinn tipiku għal Pinch Point u Raised Pedestrian Crossing. Dawn il-miżuri jilħqu l-iskop li jbatti l-veloċita' tas-sewqan kif ukoll jipprovdi faċilitajiet għal pedestrians kif ukoll għal persuni b'diżabilita'. Il-pjanti msemmija qed jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #322 Sitting 782 2002-09-16 Written · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru għat-Trasport u Komunikazzjoni

Wied il-Għajn — Triq il-Munxar

Question

B'riferenza għal mistoqsija preċedenti tiegħi dwar il-bżonn li ssir Triq il-Munxar, Wied il-Għajn jista' d-dipartiment tat-toroq jagħmel site visit biex jikkonferma li fil-fatt Triq il-Munxar hi żviluppata kollha u minkejja dan xorta għadha fi stat diżastruż speċjalment fin-naħa fejn it-triq fejn din tingħaqad ma' Triq l-Aħdar?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li d-Direttorat għat-Toroq bagħat perit biex jispezzjona t-triq imsemmija mill-Onor. Interpellant u gie stabbilit li s-servizzi huma mgħoddija kollha, filwaqt li hemm xi proprjetajiet li għadhom qed jiġu mibnija.

Qormi — 10 ta' Settembru

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se jitlesta x-xogħol tal-bini u tal-kisi ta' Triq l-10 ta' Settembru, f'Ħal Qormi wara li d-direttorat tat-toroq ħareġ avviż nru. 63 permezz tal-gazzetta tal-gvern fit-23/4/02?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li x-xogħol imsemmi mill-Onor. Interpellant fi Triq l-10 ta' Settembru f'Ħal Qormi tlesta' fl-aħħar t'Awissu.

Luqa — Triq il-Kunsill ta' l-Ewropa

Question

B'riferenza għall-avviż nru. 54 imxandar fil-gazzetta tal-gvern tat-18 ta' Marzu 2002 dwar xogħlijiet tat-toroq fi Triq il-Kunsill ta' l-Ewropa, Ħal Luqa, x'inhuma dawn ix-xogħlijiet, ġewx mibdija jew tlestewx, jekk ma tlestewx meta se jitlestew?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li x-xogħol li qed tirreferi għalih l-Onor. Interpellanta kien jikkonsisti f'tiswija ta' partijiet fil-wiċċ ta' din it-triq u fil-fatt dan ix-xogħol ta' resurfacing tlesta' fil-31 ta' Mejju 2002.

St. Venera Bypass

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk sarux l-ispezzjonijiet, ir-rapport u ġiex propost ix-xogħol ta' tiswija fuq il-pont tal-bypass ta' St. Venera/il-Marsa (Ħal Qormi) BRG 080, kif imħabbar mill-gazzetta tal-gvern tat-18/3/02. X'xogħol ġie propost li għandu jsir? Beda dan ix-xogħol? Meta se jitlesta?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li d-Direttorat għat-Toroq ħareġ sejħa għall-offerti biex dan il-pont jiġi spezzjonat u fil-preżent qiegħed jivvaluta l-offerti li ntefgħu biex jista' jqabbad perit biex jagħmel dan ix-xogħol.

Air Malta

Question

B'riferenza għas-sejħa għall-applikazzjonijiet biex jimtlew il-postijiet vakanti ta' kontrolluri ta' l-ajru mal-Malta Air Traffic Services Ltd, li ħarġu fl-10 ta' Mejju 2002, jista' l-Ministru jgħid: kemm applikaw? Kemm minnhom kienu eliġibli u sarilhom l-interview/eżami? Kemm minnhom ma għaddewx mill-board ta' l-għażla? X'kienu r-raġunijiet għala ma għaddewx mill-interview/eżami?

Response (GALEA, ĊENSU)

Nitlob l-Onor. Interpellant jagħmel il-Mistqosija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Swieqi — Triq il-Faxxina

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'permessi hemm fi Triq il-Faxxina fis-Swieqi biex xi ħadd għamel rampa bil-ħamrija biex jgħaddi b'vetturi tqal għal fejn ipparkjati f'għalqa li tagħti għal fuq it-triq? X'awtorizzazzjoni hemm biex jagħmel sinjali ta' No Parking quddiem l-aċċess għal din l-għalqa?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li d-Direttorat għall-Maniġġ tat-Traffiku ma ħareġ l-ebda permess biex issir rampa bil-ħamrija u lanqas biex issir in-No Parking Sign li qed jirreferi għaliha l-Onor. Interpellant.

Impjegati mhux fuq xogħolhom

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm il-ħaddiema inqabdu li ma kienux fuq xogħolhom fl-ewwel sitt xhur tas-sena u dan fid-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? X'kien ix-xogħol tagħhom? X'passi ttieħdu?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li fl-ewwel sitt xhur ta' din is-sena ma kienx hemm ħaddiema li nqabdu mhux fuq xogħolhom.

Traffic Lights

Question

Jista' l-Ministru jgħid bħalissa kemm hemm talbiet pendenti għall-istallazzjoni ta' traffic lights? F'liema lokalitajiet? Minn min saret kull tajba? Liema huma dawk it-talbiet li ser jiġu aċċettati u installati sa l-aħħar ta' din is-sena?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li bħalissa f'Malta hawn ħmistax-il talba pendenti għal ħdax-il Pelican Lights (dawk li jikkontrollaw il-qsim tat-triq mill-pedestrians) u ħames talbiet għal Traffic Lights li tagħhom qed inpoġġi lista fuq il-Mejda tal-Kamra. Tlettax minn dawn diġa' ġew approvati, filwaqt li s-sebgħa l-oħra għad iridu jiġu sottomessi għall-approvazzjoni ta' l-Awtorita' dwar it-Trasport ta' Malta.

Santa Venera — Toroq

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema toroq ġodda saru u liema toroq qed isir ix-xogħol fuqhom ġo St. Venera?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li t-toroq ġodda li diġa saru ġo Santa Venera huma: Triq il-Markiż John Scicluna Triq ġdida fi Triq Kanonku Bonniċi Triq ġdida fi Triq C. Buġeja Parti minn Triq Abela Parti minn Triq Kanonku Bonniċi Parti minn Triq C. Buġeja Parti minn Triq George Pace It-toroq li ser isiru huma: Triq Salvinu Spiteri Triq San George Triq Romeo Romano Triq il-Kapillan Ġwann Azzopardi

Swieqi — Ilma tax-Xita

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta hu ippjanat li jitlesta x-xogħol ta' toroq li qiegħed isir fis-Swieqi bħalissa u li jinkorpora sistema għall-ilma tax-xita?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li filwaqt li 60% tax-xogħol imsemmi mill-Onor. Interpellant fis-Swieqi tlesta', il-kumplament hu maħsub li jitlesta' sa l-aħħar ta' Novembru ta' din is-sena.

Swatar/Imsida — Triq Indri Grima

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'irriżulta mill-investigazzjoni li saret tal-main tad-drenaġġ fi Triq Indri Grima, Swatar/Imsida, qabel ma din it-triq tingħata t-tarmac?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li mill-investigazjonijiet li kienu saru mid-Direttorat għat-Toroq f'parti min Triq Indri Grima Imsida/Swatar irriżulta li ma hemmx ħsarat fil-mains tad-drenaġġ. Mill-ispezzjonijiet li saru bis-CCTV instab illi kien hemm xi ħsarat f'uħud mill-House connections fil-joint mal-mains li ġew ikkawżati mir-residenti ta' dawn l-abitazzjonijiet meta dawn qabdu l-mains tagħħom. Il-ħsarat għandhom jissewew mill-kuntrattur li qed jieħu ħsieb ix-xogħol ta' l-imsemmija triq f'qasir żmien qabel ma jingħata t-tarmac.

Kuntratturi — Nefqa

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm kuntratturi li jridu jitħallsu tax-xogħol li għamlu fi ħdan id-dipartiment, x'kien ix-xogħol u ta' liema sena kien ix-xogħol, u kemm tammonta l-ispiża?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li d-Direttorat għat-Toroq għandu mal-118 biċċa xogħol li qed isir kuljum, b'xi forma ta' kuntratt jew ieħor fis-settur u żgur minħabba x-xogħol li jkun qed jitwettaq. Kull kuntrattur għandu xi ħaġa x'jieħu għax-xogħol li jkun sar f'dak il-jum. Ghalhekk l-informazzjoni ma tixtax tingħata fid-detall kif mitlub mill-Onor. Interpellant.

Qormi — Triq il-Mitħna

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk il-gvern għandux pjanat l-installazzjoni ta' faċilitajiet fi Triq il-Mitħna, Ħal Qormi, biex in-nies tkun tista' taqsam din it-triq traffikuża b'mod sigur, bħal per eżempju traffic lights etc?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li d-Direttorat għall-Maniġġ tat-Traffiku ma rċieva l-ebda rikjesta minn għand il-Kunsill Lokali fuq dan il-każ.

Awtorita' tat-Trasport Pubbliku

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija 35021, jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra d-dokumenti kollha inkluż disinji, pjanti, stimi, eċċ dwar l-offerta CT 305/97 maħruġa għan-nom tal-Awtorita` tat-Trasport Pubbliku mid-dipartiment tal-kuntratti kif pubblikata fil-G.G. tal-23-09-1997? Kemm kienu intefgħu offerti? Xi prezzijiet ingħataw u x'kienet id-deċiżjoni ta' l-Awtorita` dak iż-żmien?

Response (GALEA, ĊENSU)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru tal-Finanzi.

Qormi — Triq l-Imdina

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk hux veru li fi Triq l-Imdina Ħal Qormi fil-parti kantuniera ma' Triq Santa Katerina 'l isfel, hemm katusi miżdudin? Jekk iva, jista' jara li tiġi rranġata?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li l-Awtorita' dwar it-Trasport ta' Malta u l-Kunsill Lokali ma rċievew l-ebda lment mir-residenti f'dan ir-rigward.

Baħrija — Triq Prinċipali

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se tingħata t-tarmac it-Triq Prinċipali tal-Baħrija din is-sena jew d-dieħla? Kemm hija ċ-ċifra ta' flus ivvutata għall-għoti tat-tarmac tat-Triq Prinċipali tal-Baħrija?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li qabel it-triq prinċipali tal-Baħrija tiġi reconstructed hemm programm estensiv ta' toroq bi prijoritajiet akbar li jrid isir xogħol fuqhom fis-snin li ġejjin. Madanakollu minħabba l-ħsara li fiha din it-triq id-Direttorat għat-Toroq ser ikollu jagħmel xogħol biex din il-ħsara titranġa. Id-Direttorat stabbilixxa li biex il-patching tal-pot holes f'din it-triq isir, l-ispiża kienet taqbeż Lm80,000 u peress li nstab li jkun irħas li jingħata carpet ta' tarmak fit-triq minn flok, ħarġet sejħa għall-offerti sabiex dan il-carpet ikun jista' jsir.

Pulizija

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm fl-ewwel sitt xhur tas-sena kien hemm vetturi li ma ħallsux il-liċenzji tal-vetturi tagħhom? Kontra kemm-il sid ittieħdet l-azzjoni mill-pulizija?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li matul l-ewwel sitt xhur ta' din is-sena kien hemm 6908 sid ta vetturi li ma ħallsux il-liċenzja tal-vettura tagħhom. Ma ttieħdet ebda azzjoni mid-Dipartiment kontra dawn is-sidien.