Jista' il-Ministru jgħid jekk għandux il-ħsieb li jitkompla l-proġett tal-pjazza parrokkjali fil-Mellieħa flimkien mal-kunsill lokali tal-Mellieħa?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-Taqsima tax-Xogħlijiet tinsab f'kuntatt mall-Kunsill Lokali tal-Mellieħa biex jiġi stabbilit kif ser nipproċedu fuq it-tieni fażi ta' dan il-proġett bi sħab bejn it-Taqsima tax-Xogħlijiet u l-Kunsill Lokali tal-Mellieħa.
Ministeru għar-Riżorsi u Infrastruttura — Kiri ta' vetturi
Question
Jista' il-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa għall-kirjiet ta' karozzi, vannijiet u vetturi oħra matul Jannar u Frar ta' din is-sena tal-ministeru u d-dekasteri li jaqgħu taħtu? Kemm kienet l-istess nefqa s-sena l-oħra, 2003?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-nefqa għall-kirjiet ta' karozzi, vannijiet u vetturi oħra matul Jannar u Frar ta' l-2004 hija Lm27,473, filwaqt dik ta' l-2003 għall-istess perjodu hija Lm32,439. Dan ifisser tnaqqis ta' madwar 15% fuq l-ispiża tas-sena ta' qabel għall-istess perjodu.
Jista' il-Ministru jgħid x'inhuma l-pjani tal-gvern għall-iżvilupp ta' Spinola Square, Spinola Bay?
Response (ZAMMIT, NINU)
Jien infurmat li l-pjanijiet għadhom qegħdin isiru minħabba l-kumplikazzjonijiet tax-xogħlijiet meħtieġa, kif ukoll minħabba l-involviment ta' diversi entitajiet.
PQ Text:
Jista' il-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari 4845 li ġiet riferuta lilu u
cioe'
billi hemm għajdut persistenti li bejjiegħa tal-gass se jibdew jiġu mġiegħla jraqqdu t-trakkijiet tagħhom f'Birżebbuġa wara li jżarmaw, possibbli li l-awtoritajiet konċernati jerġgħu jikkonsidraw din id-deċiżjoni (f'każ li se jiġri hekk) għaliex din se toħloq tbatija żejda lil diversi bejjiegħa tal-gass?
Jekk jirriżulta lill-awtoritajiet li hemm min jabbuża u jbiegħ gass barra mir-rotta tiegħu, jista' jara li jitrażżan min jabbuża u mhux jittieħdu passi li jbati minnhom kulħadd?
Response (ZAMMIT, NINU)
Nitlob lill Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Jista' il-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 4816 u cioe' jgħid kemm intnefqu flus għal xogħlijiet ta' restawr u konservazzjoni u xogħol ieħor relatat minn Jannar 2002 sal-lum? Min għamel dan ix-xogħol? Kemm minn dan ix-xogħol sar b'offerta ta' tender u lil min ġie mogħti? Kemm minn dawn ix-xogħlijiet saru b'direct order u lil min ġew mogħtija? Xi kriterji ntużaw sabiex ġew magħżula dawk li ngħataw direct order?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-biċċa l-kbira tad-Direct Orders ingħataw f'dawk il-każijiet fejn in-natura tax-xogħol ta' restawr kien jirrikjedi speċjaliżżazzjoni kbira, għalhekk seta jsir biss minn esperti, kumpaniji jew universitajiet barranin. Il-kumplament ta' l-informazzjoni qed titpoġġa fuq il-Mejda stal-Kamra.
Jista' il-Ministru jgħid meta d-dipartiment se jibgħat għal dawk il-ħaddiema li għaddew mill-eżami tas-security guards tal-works division li sar bejn Marzu u Mejju ta' l-2003?
Jista' jagħti l-lista tal-ħaddiema ġodda li daħlu fid-diviżjoni tal-works division bħala security guards fil-perjodu ta' bejn Jannar 2002 sal-lum?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-applikanti li għaddew mill-ewwel parti ta' l-eżami tas-Security Guard huma mistennija li jissejħu għat-tieni parti ta' l-eżami, li tikkonsisti f'intervista, fi żmien qasir. Il-postijiet vakanti jimtlew wara li joħroġ ir-riżultat finali.
Ma kien hemm ebda ħaddiem ġdid li daħal fit-Taqsima tax-Xogħlijiet bħala Security Guard minn Jannar 2002 sa llum.
Jista' il-Ministru jgħid x'inhu l-iskop tal-ħofra kbira li qegħda ssir fil-miżbla tal-Magħtab? Liema kuntrattur qiegħed iġorr il-materjal minn naħa għall-oħra? Jista' ipoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt ta' dan il-kuntrattur li qiegħed iġorr il-materjal?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li hekk kif il-Gvern għalaq il-miżbla tal-Magħtab għad-depositu tal-materjal li jirriżulta mill-industrija tal-bini, beda jittieħed il-materjal minn dan is-sit biex jipprovdi il-cover meħtieġ fit-tip face. Skop ieħor għal dan iċ-ċaqlieq ta' dan il-materjal huwa li l-iskart li hemm f'dan is-sit u dak li jinsab fid-dħul ta' l-istess miżbla, jiġi mpoġġi mal-massa ta' skart li tifforma l-muntanja prinċipali biex l-area li għandha tiġi ttrattata tiġi mnaqqsa.
Il-kuntrattur li qiegħed iġorr il-materjal minn naħa għall-oħra huwa Polidano Brothers Limited, li ngħata x-xogħol wara sejħa għall-offerti u estenzjoni ta' l-istess kuntratt biex jibdew isiru dawn ix-xogħlijiet.
Kuntrattur ieħor li għandu kuntratt biex iġorr il-materjal minn naħa għall-oħra ġol-Magħtab huwa Tal-Magħtab Construction Limited. Peress li dan il-kuntratt mhux imħallas bil-piż li jġorr iżda bil-vjaġġi li jagħmel, dan il-kuntrattur iġorr dak il-materjal li mhux radam.
Il-Kuntratt huwa ta' natura kummerċjali u ma naħsibx li dan għandu jitqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' il-Ministru jgħid min jipprovdi servizz ta' sigurta' mal-landfill tal-Magħtab?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li hemm żewġ tipi ta' sigurta' fil-Magħtab, dik tal-ħarsien tal-post li tkopri wkoll il-protezzjoni tal-ħaddiema u dik ta' sigurta' ta' l-informazzjoni. Il-Pulizija tipprovdi s-servizz matul il-ġurnata u s-Security Guards tat-Taqsima tax-Xogħlijiet jipprovdu s-sigurta' matul il-lejl, fil-Ħdud u l-Festi Pubbliċi.
L-informazzjoni f'dan is-sit hija miġbura u protetta minn ħaddiema tat-Taqsima tax-Xogħlijiet. Għal perjodu temporanju ta' erba' ġimgħat ġew ingaġġati wkoll żewġ ħaddiema ta' Sterling Security.
Jista' il-Ministru jikkonferma jekk bint wieħed mid-diretturi tal-kumpannija ta' l-awdituri tal-WasteServ Malta Ltd. ngħatatx impjieg ta' accountant ma' l-istess WasteServ? Jekk fl-affermattiv, ma jaħsibx il-Ministru li jista' ikun hemm konflitt ta' interess?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-kumpanija WasteServ Malta Ltd. m'għandha l-ebda post ta' Accountant li huwa okkupat minn bint wieħed mid-Diretturi tal-kumpanija ta' l-Awdituri tal-WasteServ Malta Ltd.
Bint wieħed mid-Diretturi tal-kumpanija ta' l-Awdituri tal-WasteServ Malta Ltd. li kienu responsabbli għall-awditjar tas-sena 2003, ġiet impjegata mill-ETC matul is-sena 2004 sabiex jimtela l-post vakant tal-Head Corporate Services tal-WasteServ Malta Ltd.
Kemm u min huma l-persuni li kienu jaħdmu bħala public attendants u li fi Frar 2004 ġew trasferiti sabiex jagħmlu xogħol ieħor?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ħaddiema li kienu jaħdmu bħala public attendants u li fi Frar 2004 ġew trasferiti biex jagħmlu xogħol ieħor kienu dawn:-
Carmel Ambinett
571861 M
Bartholomeo Sciberras
314961 M
George Farrugia
867350 M
Bernard Fenech
781659 M
Remigio Sacco
339650 M
Charlie Pace
716357 M
Carmelo Galea
535155 M
Anthony Farrugia
8453 M
Carmelo Vella
440559 M
Anthony Caruana
843048 M
Dawn ġew trasferiti bħala parti mill-proċess ta' Restructuring tal-Ministeru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura.
Jista' il-Ministru jgħid kemm intnefqu flus għal xogħlijiet ta' restawr u konservazzjoni u xogħol ieħor relatat minn Jannar 2002 sal-lum? Min għamel dan ix-xogħol? Kemm minn dan ix-xogħol sar b'offerta ta' tender u lil min ġie mogħti? Kemm minn dawn ix-xogħlijiet saru b'direct order u lil min ġew mogħtija? Xi kriterji ntużaw sabiex ġew magħżula dawk li ngħataw direct order?
Response (ZAMMIT, NINU)
L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant qiegħda tinġabar u tingħata f'xi seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid meta saru l-aħħar spezzjonijiet strutturali fuq il-mini ta' Santa Venera, dawk ta’ Triq Reġjonali u l-mina ta' taħt l-ajruport li tagħti għaż-Żurrieq? Meta nbniet kull waħda minn dawn il-mini? Jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-aħħar rapport ta' kull waħda minnhom?
Response (ZAMMIT, NINU)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid liema huma dawk il-pontijiet prinċipali f'Malta u Għawdex li ġew spezzjonati biex jiġi żgurat li huma strutturalment tajba f'dawn l-aħħar għaxar snin jew mill-1994? Meta nbena kull pont? Meta kienet saret l-ispezzjoni ta' qabel? Jista’ jpoġġi dawn ir-rapporti fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (ZAMMIT, NINU)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Jista' il-Ministru jara li l-mini ta' Għajn Dwieli jingħataw dehra aħjar? Jaqbel li bid-dehra ta' dawn il-mini kif inhuma ma tantx jingħataw impressjoni tajba dawk li jkunu ġejjin lejn il-Kotonera għall-ewwel darba?
Response (ZAMMIT, NINU)
Kif jaf tajjeb l-Onor. Interpellant, kien il-Kunsill Lokali li għamel proġett għall-parti ta' wara. Fuq il-parti ta' quddiem, il-Kumitat għar-Riabilitazzjoni tal-Kottonera kien reġa' għamel mill-ġdid il-ħajt li jagħti għall-parking area tat-Tarzna. L-uniku proġett pendenti huwa dak ta' sistema ta' dawl kemm għal taħt il-mini u kemm għall-faċċata. Dan ix-xogħol ippjanat li jsir s-sena d-dieħla.
Jista' il-Ministru jgħid kemm se ddum fl-istat li issa ilha fih is-snin il-Mina maestuża ta' Santa Liena, Bormla?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li tlesta' skav arkeoloġiku li bih ġie delineat l-estent tal-foss li kien jeżisti taħt din il-mina. Fuq il-bażi ta' dan ir-rapport tlestew id-disinji ta' pavimentar u x-xogħol mistenni li jibda aktar tard din is-sena.
Bordijiet u Kummisjonijiet — Perċentwal ta' nisa u rġiel
Question
Jista' il-Ministru jagħti l-perċentwali ta' nisa u rġiel fuq bordijiet u kummissjonijiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu għas-sena 2003? Jista' jagħti wkoll il-perċentwal ta' nisa u rġiel li jiċċerjaw dawn il-bordijiet u kummisjonijiet?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ninforma lill-Onor. Membru li l-perċentwali ta' nisa u rġiel fuq bordijiet li jaqgħu taħt il-Ministeru huma 7% u 93% rispettivament. Taħt dan il-Ministeru ma jeżistux kummissjonijiet.