Billi f’San Pawl il-Baħar hemm għagħa kbira fost ir-residenti dwar dawk li qed jiġu deskritti bħala immigranti illegali, u meta jiġri xi attentat fuq xi ħadd, jew xi hold up, qed ikun hemm diskussjoni sħiħa u sħuna dwar dan is-suġġett, jista' l-Ministru jassigura li jkun hemm żieda fin-numru ta' pulizija stazzjonati fl-għases ta' San Pawl u tal-Qawra? Meta saru l-aħħar investigazzjonijiet biex jiġi assigurat li m’hemmx residenti illegali f'dawn l inħawi? X’kienu r-riżultati?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li għalkemm kif indikat fil-mistoqsija, wieħed qed jassumi li meta jkun hemm xi reat fejn jiġi involut barrani, dan ta’ l-aħħar jkun fi gżiritna illegalment, dan ġeneralment ma jkunx dejjem il-każ. Fil-kors ta’ investigazzjonijiet jew spezzjonijiet li jsiru mill-Pulizija tad-distrett, meta jinstab persuna li tkun suspettata li hija llegali, tittieħed azzjoni sabiex isiru aktar verifiki biex tittieħed dik l-azzjoni neċessarja jekk ikun il-kaz mit-Taqsima tal-Immigrazzjoni. Barra min dan, it-Taqsima tal-Immigrazzjoni wkoll tagħmel il-verifiki tagħha u jrid jingħad illi minn mija, tmienja u ħamsin (158) verifika li saret matul is-sena 2015 fuq barranin fil-lokalitajiet imsemmija, min din it-Taqsima, tmintax (18) biss irrizulta li kienu illegali. Dwar in-numru uffiċċjali l-kompliment ta’ kull distrett u Taqsima jiġu maħdum skont il-ħtiġijiet partikolari tal-post.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 21292, jista' l-Ministru jgħid kemm-il hold up mit-38 każijiet rrappurtati fis-sena 2015 ġew solvuti?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li mit-tmienja u tletin (38) kaz ta’ hold up li ġew irrapurtati fis-sena 2015, tmien (8) każi ġew solvuti sad-data ta’ din it-tweġiba.
Jista’ l-Ministru jgħid matul is-sena 2014 u matul is-sena 2015 kemm kien hemm rapporti ta’ serq mal-Pulizija? Kemm kien l-akbar valur ta’ serq rappurtat f’serqa waħda matul dawn is-snin? Jista’ jgħid minn dan is-serq rappurtat kemm ġie solvut? Jista’ jgħid kemm matul dawn is-snin tressqu nies akkużati b’serq fil-Qorti ta’ Għawdex fuq dawn is-serqiet li kienu rappurtati f’dawn is-snin?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Jista' l-Ministru jgħid meta se jsir il-ħlas tal-overtime lill-Pulizija għax-xogħol li twettaq b'rabta maċ-CHOGM u l-VallettaSummit fl-2015?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat illi l-ħlas tal-overtime lill-Pulizija għax-xogħol li twettaq b’rabta maċ-CHOGM u l-Valletta Summit ser jitħallas fit-tielet salarju tas-sena 2016, fejn dovut, jiġifieri l-24 ta’ Marzu 2016.
Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali — xogħol ta' konsulenza lill-kumpanija
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ingħatat xogħol ta’ konsulenza mill-Ministeru tiegħu jew dipartimenti, entitajiet, fondazzjonijiet, aġenziji, kumpaniji, korporazzjonijiet u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu lill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, sena b’sena, mill-2004 sa’ Marzu 2013? Jista’ jgħid jekk dan ix-xogħol ingħatax b’direct order jew b’tender, kemm kienet l-ispiża f’kull każ u x’kien ix-xogħol mogħti?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma ngħatax xogħol ta’ konsulenza mill-Ministeru tiegħi jew dipartimenti, entitajiet, fondazzjonijiet, aġenziji, kumpaniji, korporazzjonijiet u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi lill-kumpanija li d-dettalji dwarha ngħataw separatament, mill-2004 sa’ Marzu 2013.
Jista’ l-Ministru jara li l-moll użat mis-sajjieda f’Xatt is-Sajjieda, Marsaxlokk ma jibqax jiġi mblukkat b’ detriment għas-sajjieda nfushom?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li l-Pulizija diġà kienu żiedu ir-ronda tagħhom fl-inħawi tal-moll użat mis-sajjieda f’Xatt is-Sajjieda, Marsaxlokk biex il-passaġġ għal dan il-moll ma jibqax jiġi mblukkat. Meta jkun hemm karozzi li jimblukkaw l-aċċess dawn jitħarrku.
Jista’ l-Ministru jelenka kemm hemm preżentement suldati u uffiċjali li bħalissa jinsabu stazzjonati Għawdex mal-G Command tal-Iskwadra Marittima?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li preżentement mal-G Command tal-Iskwadra Marittima f’Għawdex hemm 79 Other Rank u Uffiċjal wieħed.
AFM – trasferiment ta’ persuni minn Malta għal Għawdex
Question
Jista’ l-Ministru jikkonferma jekk is-sistema ta’ anzjanità (seniority) għadhiex tapplika sabiex membri Għawdxin tal-Forzi Armati ta’ Malta jiġu trasferiti minn Malta għal Għawdex?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li sakemm il-każ ikun jippermetti, tintuża l-anzjanità sabiex membri Għawdxin fil-FAM jintbagħtu jaħdmu Għawdex, però dan jiddependi mill-esiġenzi tas-servizz u ħiliet jew kwalifiki oħra li jkunu neċessarji.
AFM – Senior staff mibgħuta jattendu korsijiet fl-Ingilterra u l-Irlanda
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’kienet in-nefqa totali bejn l-2009 u l-2015, sena b’sena, biex uffiċjali tal-Forzi Armati ta’ Malta jattendu senior staff courses ġewwa l-Ingilterra u l-Irlanda?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabella t’hawn taħt.
Sena
Ammont
2009
€ 2,750.82
2010
€ 11,342.58
2011
€ 11,028.57
2012
€ 11,620.41
2013
€ 21,655,40
AFM – xogħol minn uffiċjali li attendew korsijiet għal senior staff
Question
Jista’ l-Ministru jagħti deskrizzjoni tal-impjieg preżenti ta’ dawk l-uffiċjali tal-Forzi Armati ta’ Malta li attendew u b’suċċess temmew senior staff course fis-snin bejn l-2009 u l-2015?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li dawk li temmew l-imsemmi kors fil-perjodu indikat illum qegħdin appuntati bħala Staff Officers fi ħdan il-Kwartieri Ġenerali tal-FAM, jew fil-Kmand ta’ xi wieħed mill-Units fi ħdan l-istess FAM. Żewġ uffiċjali oħra li kienu wkoll temmew l-istess kors illum irtiraw wara li kienu ntbagħtu l-istess kors lejn l-aħħar tal-karriera militari tagħhom.
Forzi Armati ta’ Malta – ingaġġ ta’ medical officer
Question
Peress li fl-2014 ħarġet sejħa biex jiġi ingaġġat medical officer fil-Forzi Armati ta’ Malta, jista’ l-Ministru jgħid fiex wasal il-proċess tal-għażla dwar din is-sejħa?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li l-proċess tal-għażla msemmi kien ġie konkluż u l-Medical Officer magħżul kien ġie ngaġġat.
Ċentri ta’ Detenzjoni – detention officers, suldati u uffiċjali pajżana
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm detention officers, suldati u uffiċjali pajżana li huma addetti maċ-Ċentri ta’ Detenzjoni bħala għassa u servizzi oħra relatati ma’ dawn iċ-ċentri fl-aħħar ta’ Jannar 2016?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li sa l-aħħar ta’ Jannar 2016 kien hemm 149 detention service officers, 9 suldati u 7 uffiċjali pajżana li huma addetti maċ-Ċentri ta’ Detenzjoni bħala għassa u servizzi oħra relatati ma’ dawn iċ-ċentri.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 21292 u jgħid kemm-il hold up seħħ matul l-2015?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat illi bejn l-1 ta' Jannar 2015 u l-aħħar ta’ Diċembru 2015 ġew irrapurtati tmienja u tletin (38) każ ta’ hold-up.
AFM –korsijiet militarji u ċivili li attenda l-Brigadier
Question
Jista’ l-Ministru jelenka l-korsijiet militari u ċivili li attenda l-Brigadier tal-Forzi Armati ta’ Malta tul il-karriera tiegħu fi ħdan il-Forzi Armati ta’ Malta?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Attachments:PQ 23216 - AFM - korsijiet militarji u civili li attenda l-Brigadier.docx
Jista’ l-Ministru jikkonferma jekk hemmx uffiċjali tal-Forzi Armati ta’ Malta fi grad ta’ Brigadier jew Kurunell, li bħalissa qegħdin jitħallsu xi tip jew forma ta’ allowances?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li l-uffiċjali fir-ranks imsemmija, jieħdu allowance marbuta mal-kariga li għandhom.
Jista’ l-Ministru jagħti rendikont ta’ kemm-il senior u junior staff courses se jiġu offruti lill-uffiċjali tal-Forzi Armati ta’ Malta tul is-sena 2016?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpllant li ninsab infurmat li l-fond tat-taħrig fl-Armata, żdied minn € 340,000 fis-sena 2015 għal € 430,000 għas-sena 2016 li jfisser żieda ta’ 26%. Dawn se jiġu utilizzati sabiex jissaħħu ċertu ħiliet li huma tant bżonnjużi u ta’ prijorità fl-operat tal-Armata.
Jista’ l-Ministru jagħti rendikont ta’ kemm-il membru tal-Forzi Armati ta’ Malta ġew deployed fuq missjonijiet barra l-pajjiż matul is-sena 2015 u kemm se jiġu deployed fuq missjonijiet barra l-pajjiż fis-sena 2016?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li fis-sena 2015, 58 membru tal-FAM ġew deployed fuq missjonijiet barra l-pajjiż. Għas-sena 2016 ċertu diskussjonijiet u pjani għadhom għaddejin però dawn jindikaw li n-numru se jeċċedi l-mitt membru.