Tista' l-awtorita' dwar it-trasport tikkonsidra traffic management arrangementsġodda fi Triq Guze Ellul Mercer, Swatar li possibilment jinkludu sleeping policemen għaliex minn mindu saru arranġamenti ġodda fit-toroq fil-qrib tagħha, il-volum tat-traffiku u l-veloċita' tal-karozzi fit-triq żdiedu sostanzjalment b'inkonvenjent u b'periklu għar-residenti ta'din it-triq?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat li minn riċerka li saret fir-records tat-Taqsima ta’ l-Immaniġjar tat-Traffiku rriżulta li sa minn 2004 ma kien hemm l-ebda talba mill-Kunsill Lokali ta’ l-Imsida għal arranġamenti ġodda fi Triq Ġuże’ Ellul Mercer.
Peress li ftit ilu ġie ppubblikat fuljett ta' informazzjoni dwar xogħlijiet ta' toroq, jista' l-Ministru jgħid meta jaħseb li ssir Triq il-Farfett tal-Fejġel, Ħaż-Żabbar, triq li tinsab fi stat verament diżastrus?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
It-triq imsemmija mill-Onorevoli Interpellant hija nkluza fil-lista ta’ toroq li huma ppjanati li jsira fix-xhur li ġejjin. F’Ħaż-Żabbar hemm numru konsiderevoli ta’ toroq ġodda xi jsiru minkejja li l-Kunsill ta’ Ħaż-Żabbar kien gawda minn fondi li jammontaw għal Lm75,000 sabiex jinbnew diversi toroq. Ħaż-Żabbar huwa wieħed mill ftit irħula li bħalissa għaddejin żewġ kuntratti tal-period contracts b’valur ta’ madwar Lm120,000. Il-bqija tat-toroq mil-lista li għadhom ma bediex ix-xogħol fuqhom isiru skond il-prijoritajiet li jirriżultaw wara li x-xogħlijiet pendenti jitlestew.
Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 23851 u jgħid: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 23510 jista' jgħid x'passi ħadet l-awtorita' dwar it-trasport pubbliku biex tagħlaq St Anthony Street, f'Buġibba? X'jiġri fil-każ li r-residenti jkollhom bżonn ambulanza jew fire engine għal xi emerġenza f'din it-triq? Kif se tkun aċċessibbli din it-triq f'każ ta' emerġenza?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat li wara investigazzjoni neċessarja li għamlet l-ADT nstab li ma ngħata l-ebda permess biex din it-triq tingħalaq. Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lil Ministru responsabbli mill-Kunsill Lokali.
Jista' l-Ministru jgħid f'liema lokalitajiet qed isiru s-70 triq li ħarġu t-tenders għalihom fl-aħħar ġimgħa ta' Diċembru, 2006?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-toroq li qieghed jirreferi ghalihom gew allokati permezz ta’ period contract u mhux tender ghall-kull triq individwali. Ix-xoghlijiet qeghdin isiru f’dawn il-lokalitajiet.
H’Attard
Hal Lija
Hal Ghaxaq
Gudja
Hal Luqa
Marsascala
Mosta
Mtarfa
Naxxar
Hal Qormi
Hal Safi
Hal Kirkop
Santa Lucija
Santa Venera
Siggiewi
Swieqi
Haz Zabbar
Haz Zebbug
Iz Zurrieq
Hamrun
Rahal Gdid
Hal Tarxien
Jista' l-Ministru jikkonferma li x-xogħol fuq it-toroq: il-Ġiżi, il-Veduta, Esprit Barthet, Markiż Scicluna u Manuel Agius fil-lokalita' tal-Madliena, Ibraġġ u Swieqi għaddej u meta dawn se jitlestew? Jista' jgħidilna kemm se tkun l-ispiża ta' kull triq?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li Triq il-Ġiżi tlestiet is-sena l-oħra u ġiet tiswa' Lm 11,424.13; Triq il-Veduta tlestiet bidu ta' din is-sena u stmata Lm 12,774.89; Triq Esprit Barthet għandha titlesta fil-ġimgħat li ġejjien u hi stmata li ser tiswa' Lm 10.517.38; Triq il-Markiż Scicluna għandha titlesta fil-ġimgħat li ġejjien u hi stmata li ser tiswa' Lm 12.829.25 u Triq Manuel Agius ukoll ser tkun lesta fil-ġimgħat li ġejjien u hi stmata li se tiswa' Lm 14.023.17.
Triq Manuel Agius u Triq Esprit Barthet se jkunu lesti sa l-aħħar ta' Frar.
Jista' l-Ministru jgħid kemm fil-Belt Valletta hemm parking bays riżervati għal min għandu l-blue sticker? Kemm minnhom huma riservati b'numru partikolari fuqhom u kemm le? Jidhirlux li huwa xieraq li jkun hemm bay riżervata qrib sew tal-Qorti biex jiġi facilitate access għal min ikollu problema ta' mobilita' u jsib ruħu mħarrek xhud jew irid imur il-Qorti għal bzonn ieħor?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat li minn riċerka li saret fir-records tat-Taqsima ta’ l-Immaniġjar tat-Traffiku li jibdew mis-sena 1999, irriżulta li kien hemm approvazzjoni waħda għal Reserved Parking for Blue Badge Holders fil-car park ta’ quddiem il-Bank Ċentrali. Iżda mhux eskluż li kien hemm approvazzjoni qabel is-sena 1999.
L-ebda’ wahda mir-
Reserved Parking
for Blue Badge Holders
ma jkollha numru ta’ reġistrazzjoni ta’ vetturi minħabba li tali faċilita’ hija waħda komunali.
It-Taqsima ta’ l-Immaniġjar tat-Traffiku qed tirreferi lill-Kunsill Lokali tal-Belt Valletta din it-talba ta’ l-Onorevoli Interpellant għall-
Reserved for Blue Badge Holders
biswit il-Qorti.
Jista' l-Ministru jara li ssir pedestrian crossing jew simili fi Triq Palma, Raħal Ġdid peress li tant kemm żdied it-traffiku li sar kważi impossibbli u/jew perikoluż li persuna, speċjalment anzjana, taqsam din it-triq?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat li minn riċerka li saret fir-records tat-Taqsima ta’ l-Immaniġjar tat-Traffiku irriżulta li ma kien hemm l-ebda talba għal pedestrian crossing fi Triq Palma.
Jista' jiġi kkonsidrat li jsir sleeping policeman barra r-residenza tal-familja li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, peress li joqogħdu f'parti fejn il-karozzi jiġu b'veloċita' qawwija b'periklu għalihom u t-tifel żgħir li għandhom?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat li minn riċerka li saret fir-records tat-Taqsima għall-Immaniġjar tat-Traffiku rriżulta li ma kien hemm l-ebda talba għal round topped road humps fil-post li għalih qed tirreferi din il-mistoqsija parlamentari.
Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsijiet parlamentari 23706, 23500 u 23838 u jagħti l-lista ta' direct orders li ngħataw għal xogħlijiet ta' toroq matul is-sena 2006, inkluż il-valur ta' direct orders u lil min ingħata?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
L-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant qed titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid meta triq ġdida fi Triq Villa Abate ġewwa Ħaż-Żabbar se tingħata isem minħabba li ilha żmien twil li ġie suġġerit isem għaliha li aktarx huwa Triq Dun Gwann Debono?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
It-tweġiba għal din il-mistoqsija tingħata f'seduta oħra.
Jista' l-Ministru jagħti lista ta' konsulenti jew kumpanniji ta' konsulenti, lokali jew barranin, li l-ministeru tiegħu, inklużi l-enti kollha li jaqgħu taħtu, għamel użu minnhom matul is-sena 2006? Fiex kienu jikkonsistu s-servizzi li ngħataw f'kull każ u kemm kienu l-ħlasijiet?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 20028.
L-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant għall-kumplament tas-sena 2006 qiegħda titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsijiet parlamentari 23249 u 22954 u jgħid: Minħabba l-inkonvenjent ikkawżat għar-residenti ta' Triq Santa Katerina fil-Għargħur, il-gvern għandu ħsieb li jirrivedi d-deċiżjoni li tillimita l-aċċess għat-triq għar-residenti, għall-bdiewa lokali kif ukoll għall-impjegati tal-kamra tan-nar billi teknikament kull karozza li tidħol biex tipprovdi servizz għandha r-riskju li taqla' ċitazzjoni? Jikkonferma l-Ministru dak li ġie rrappurtat fil-media lokali li d-deċiżjoni ġiet mehuda fuq livell ta' Kabinett?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 23249.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 18426, jista' l-Ministru jgħid għaliex ma nżammitx il-wegħda li kienet saret meta l-pelican lights kellhom jiġu stallati fis-sajf ta' l-2006? Ma jaħsibx li wasal iż-żmien li tittieħed azzjoni mmedjata? Jista' jagħti data ta meta se jiġu stallati?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-kuntratt għal dawn il-lights ingħata fis-17 ta' Jannar, 2007. Dawn ser jitwaħħlu fil-ġranet li ġejjien.
Jista' l-Ministru jagħti data definittiva ta' meta se jinbeda x-xogħol fuq Triq l-Armal, Hal Qormi jew jintlaħaq xi forma ta' ftehim mal-kuntrattur biex jinbeda dan ix-xogħol minħabba li din it-triq hija waħda minn dawk it-toroq li suppost inbniet għexieren ta' snin ilu? Jista' jgħid għaliex qed ikun hemm dan id-dewmien kollu f'toroq sekondarji residenzjali bħal Triq l-Armal? Jista' jgħid kemm ilha l-estensjoni li ngħatat fuq dan ix-xogħol?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li x-xogħol fi Triq l-Armal u Triq ir-Ragħaj mistenni jibda sa l-aħħar ta' dan ix-xhar.
Sadanittant beda x-xogħol fuq Triq Fonzu Meli, Triq Dun Alwiġ Psaila u Triq Ġuże' Maria Camilleri.
B'referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija 23603 jista' jgħid x'passi konkreti ttieħdu mindu r-rakkmandazzjonijiet tal-ADT ġew mgħoddija lill-kunsill lokali għal kummenti tagħhom biex jiġu ndirizzati l-problemi tal-koppja anzjana?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat li minn riċerka li saret fir-records tat-Taqsima ta' l-Immaniġjar tat-Traffiku irriżulta li għad m'hemmx risposta mill-Kunsill Lokali Sliema għas-suġġerimenti sottomessi mit-Taqsima.
Matul is-sena 2006, jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa globali ta' l-ikliet/hospitality tal-ministeru, dipartimenti, dekasteri u enti kollha li jaqgħu taħtu?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat li n-nefqa globali fuq ikliet/hospitality ta’ l-ADT għas-sena 2006 kienet :-
Ministeru/Dipartiment Lm 3,311
Awtorita dwar it-Trasport Lm 8,092
Matul is-sena 2006, jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa globali għall-stationaries tal-ministeru, dipartimenti, dekasteri u enti kollha li jaqgħu taħtu?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat li n-nefqa globali fuq stationery għas-sena 2006 kienet :-
Ministeru/Dipartiment Lm 2,147
Awtorita' dwar it-Trasport Lm10,378
Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 23058 u cioe'jara li tingħata priorita' u urġenza lit-talba ta' għadd kbir ta' residenti ta' Triq ta' Xmiexi, Msida sabiex jitkomplew it-tentattivi li kien hemm fil-passat sabiex tinfetaħ it-triq li tinfed ma' Triq San Alwigi, l-Imsida għaliex f'kaz ta' emerġenza r-residenti ġieli damu 'l fuq minn 25 minuta jistennew ambulanza tasal, filwaqt li ir-residenti jinsabu tant izolati li lanqas jistgħu jwasslu it-tfal l-iskola meta tagħmel ix-xita u ma jkunx possibbli li wieħed jinzel mit-taraġ dejjaq fi tmiem it-triq minħabba l-ilmijiet li jkun hemm?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
It-twegiba ghal din il-mistoqsija tinghata f'seduta ohra.
Jista' l-Ministru jgħid meta hu mistenni li jibda x-xogħol biex issir z-zona ta' Wignacourt u Triq il-Baħrija, Zabbar?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninforma lill-Onorevoli Nterpellant li x-xogħlijiet f’dik iż-żona nbeda ġimgħatejn ilu.
Sa llum ix-xogħol beda fi Triq G Micallef, Pjazza
Wignacourt
u Triq Bieb is-Sultan. Fil-ġranet li ġejjien jibdew ix-xogħlijiet fi Triq il-Baħrija, Triq il-Għasel u Triq A Errardi.