Legislature:
Category:
Reset
Active:

Kliniċi – lista ta’ servizzi ġodda

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista ta’ servizzi ġodda tas-saħħa li qed jingħataw fil-kliniċi bħala parti mit-tisħiħ tas-settur tal-kura primarja?

Response (MIZZI, KONRAD)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant ghat-tabella t’hawn taht: Servizzi Godda Centri tas-Sahha Chronic Kidney Disease Protection clinic Qormi Plaster Slabs Mosta, Paola, Floriana, Qormi, Gzira Minor surgical operations Mosta Orthopaedic minor operations Mosta Ophthalmic Avastin Injections clinic Mosta Gynae minor operations Mosta Dermatology clinic Mosta Naprotechnology clinic B'Kara Anti Coagulant Clinic -Point of Care clinic Floriana, Paola, Cospicua, Rabat, Qormi, B'Kara Chronic Disease Management Clinic Qormi, Rabat, B'Kara Wound Clinics Centri tas-Sahha kollha Vascular Dopplers in Podiatry B'kara, Floriana Lifestyle clinics Gzira (u l-bereg ta' l-Msida, San Gwann, Zabbar, Gudja, Tarxien, Zurrieq, San Pawl, Kercem u Gharb) Fibromyalgia clinic Floriana Colorectal screening National Screening Programme, Floriana Bone densinometry requests by GPs Centri tas-Sahha kollha GPs can apply for hypertension Schedule V drugs Centri tas-Sahha kollha Extension of Podiatry afternoon services Qormi Cardiology outreach clinic Floriana Orthopaedic outreach clinic Mosta, Floriana, Paola, Qormi Digitalised X-Rays and extension of X-Rays service hours. Mosta, Floriana, Paola, Qormi Gzira Social worker service Servizz ghac-Centri tas-Sahha kollha Extended physiotherapy hours Paola, Floriana, Mosta, B'Kara Immunisation service extended hours in the afternoon Floriana, Paola, Mosta, B'Kara Extension of Health Centre hours B 'Kara

Il-Gżira, Tas-Sliema u l-Imsida — kwalità tal-provvista tal-elettriku

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhu jsir biex titjieb il-kwalità tal-provvista tal-elettriku fil-Gzira, Tas-Sliema, l-Imsida u l-inħawi, u jonqsu l-ħsarat li jwasslu għall-qtugħ ta’ dawl?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi It-twettiq tal-pjanijiet ta’ Enemalta plc biex issaħħaħ is-sistema tad-distribuzzjoni tal-elettriku fl-inħawi tal-Gżira, Tas-Sliema, l-Imsida u l-inħawi għaddej b’ritmu mgħaġġel, u fix-xhur li ġejjin mistennija tinawgura żewġ ċentri tad-distribuzzjoni ġodda f’Manoel Island u f’St Andrew’s. Il-kumpanija qed tiżviluppa dawn iċ-ċentri tad-distribuzzjoni biex tikseb il-flessibilità u l-kapaċità teknika meħtieġa biex tkompli ttejjeb is-servizzi tal-elettriku lill-klijenti tagħha f’din iz-zona, li rat żviluppi residenzjali u kummerċjali kbar f’dawn l-aħħar snin. B’dawn iż-żewġ proġetti mistennija jintaqqsu n-numru ta’ drabi u d-dewmien fil-qtugħ tal-provvista tal-elettriku f’dawn l-inħawi, f’każ ta’ xi ħsara jew aċċident. Iż-żewġ ċentri tad-distribuzzjoni jagħmlu parti minn proġett estensiv b’investiment ta’ €60 miljun biex tissaħħaħ is-sistema tad-distribuzzjoni tal-elettriku tal-pajjiż. Il-bini ta’ dawn iċ-ċentri beda fis-snin ta’ qabel iżda minħabba għadd ta’ diffikultajiet, ma tlestiex. Fl-2014, il-Kumpanija provdiet ir-riżorsi meħtieġa biex dawn iż-żewġ ħoloq importanti fid-distribuzzjoni tal-elettriku jitlestew mill-aktar fis. Matul il-ġimgħat li għaddew Enemalta plc bdiet xogħol ta’ tħaffir ta’ trinek u tqegħid ta’ high voltage cables fil-Gżira u l-Kappara biex tkun tista tissupplixxi l-elettriku fiċ-Ċentru tad-Distribuzzjoni ta’ Manoel Island. Qed jiġu mgħoddija wkoll għadd ta’ cables oħrajn biex ikomplu jsaħħu s-sistema tad-distribuzzjoni fl-inħawi.

Il-Mellieħa — Ċentru tad-Distribuzzjoni tal-Elettriku

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex inħass il-bżonn li ċ-Ċentru tad-Distribuzzjoni tal-elettriku tal-Enemalta fil-Mellieħa jinbena mill-ġdid? Dan iċ-ċentru jintuża biex jipprovdi l-elettriku fil-Mellieħa biss?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant liċ-Ċentru tad-Distribuzzjoni tal-Mellieħa nbena fl-1973. Enemalta plc qed twettaq xogħol ta’ tkabbir u mmodernizzar f’dan iċ-ċentru biex jilqa’ għaż-żieda fid-domanda tal-elettriku f’din il-lokalità u f’għadd ta’ lokalitajiet oħrajn. Fost oħrajn, ser jinbidlu ż-żewġ transformers ma’ oħrajn ġodda li ser jirdoppjaw il-kapaċità ta’ dan iċ-Ċentru. Ser jinbidel ukoll l-11 kV switchgear li nbena 42 sena ilu, peress li ilu jinħass il-bżonn ta’ mmodernizzar ta’ dan l-impjant biex ikun jista’ jlaħħaq b’mod aħjar mal-iżviluppi kbar li kien hemm fl-inħawi mill-1973 sal-lum. Minbarra l-Mellieħa, dan iċ-Ċentru jissupplixxi l-elettriku fiċ-Ċirkewwa, il-Marfa, Selmun, il-Mistra, ix-Xemxija, il-Manikata, iż-Żebbiegħ, l-Imġarr, San Pawl il-Baħar, il-Baħrija, Binġemma, u l-Imtaħleb. Dan l-iżvilupp fil-Mellieħa huwa parti minn proġett ta’ Enemalta plc, b’investiment ta’ madwar €60 miljun fuq tliet snin, biex issaħħaħ is-sistema tad-distribuzzjoni tal-elettriku u tkompli titjieb il-kwalità tas-servizz lill-klijenti kollha tagħha f’Malta u Għawdex.

Għawdex — Ċentru ta' Distribuzzjoni ġdid tal-Enemalta

Question

Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal ix-xogħol fuq iċ-Ċentru tad-Distribuzzjoni l-ġdid tal-Enemalta f’Għawdex u jispjega għaliex qed isir dan iċ-Ċentru ġdid meta diġà hemm wieħed fil-Qala?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant liċ-Ċentru tad-Distribuzzjoni tal-elettriku fix-Xewkija huwa meħtieġ biex titjieb il-flessibilità u l-affidabilità tas-servizzi tal-elettriku f’Għawdex. Permezz tiegħu, Enemalta plc ser tkun tista’ tiżgura aktar stabbilità fis-servizzi tal-elettriku tagħha lill-klijenti tagħha fuq din il-gżira. Bħalissa l-infrastruttura tal-elettriku f’Għawdex tiddependu għall-kollox mill-uniku Ċentru tad-Distribuzzjoni li hemm fil-Qala. Barra minn hekk, iċ-ċentru tad-distribuzzjoni l-ġdid ser jilqa’ għall-ħtiġijiet tal-elettriku ta’ Għawdex fis-snin li ġejjin. Ser jiżdied fost oħrajn it-tielet transformer li jniżżel l-elettriku minn 33 kV għal 11 kV, biex jiżgura li f’każ ta’ xi ħsara f’xi wieħed mit-transformers l-oħra, il-provvista tal-elettriku f’Għawdex tkun tista’ tibqa’ għaddejja. L-iżvilupp ta’ dan iċ-ċentru wasal fl-aħħar fażijiet tiegħu hekk kif kmieni s-sena d-dieħla mistennija jibdew l-aħħar testijiet biex ikun jista’ jibda jopera sa qabel is-sajf. Iċ-Ċentru ser jinkludi fih żewġ 30 MVA 33/11kV transformers, 33 kV switchgear biex jikkontrolla l-provvista tal-elettriku li tasal f’Għawdex permezz ta’ 33 kV cables mgħoddija f’qiegħ il-baħar matul il-fliegu minn Malta u 11 kV switchgear li jikkontrolla l-cables li jwasslu l-elettriku fl-inħawi kollha tal-gżira. Ser tiddaħħal ukoll faċilità li permezz tagħha l-provvista tal-elettriku f’Għawdex tkun tista’ tinqaleb bejn iż-żewġ ċentri tad-distribuzzjoni skont il-ħtieġa u d-domanda. Iċ-Ċentru tad-Distribuzzjoni tax-Xewkija huwa parti minn proġett estensiv ta’ Enemalta plc, b’investiment ta’ madwar €60 miljun fuq tliet snin, biex issaħħaħ is-sistema tad-distribuzzjoni tal-elettriku u tkompli titjieb il-kwalità tas-servizz lill-klijenti.

Enemalta — cables

Question

Jista' l-Ministru jgħid x’inhu l-benefiċċju ta’ dak li semmit ftit tax-xhur ilu l-Enemalta dwar li se tgħaddi ħafna kilometri ta’ cables f’diversi lokalitajiet biex tnaqqas il-qtugħ ta’ dawl? Kemm huwa t-tul ta’ cables li ser jintużaw u meta se jitlesta x-xogħol kollu?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi bħalissa, Enemalta plc għaddejja bit-twettiq ta’ proġett biex issaħħaħ is-sistema tad-distribuzzjoni tal-pajjiż, b’investiment ta’ madwar €60 miljun fuq tliet snin. B’dan il-proġett ser tkompli titjieb il-kwalità tas-servizz lill-klijenti u jitnaqqas ir-riskju ta’ aċċidenti u ħsarat li jwasslu għal qtugħ ta’ dawl fit-tul. Fl-istess waqt qed tiżdied il-kapaċità tas-sistema, biex tilqa’ għaż-żieda fid-domanda għall-elettriku matul is-snin li ġejjin. Minbarra erba’ ċentri tad-distribuzzjoni ġodda u l-immodernizzar u t-tkabbir ta’ tlieta’ oħra, il-proġett jinkludi wkoll l-iżvilupp ta’ għadd ta’ konnessjonijiet ġodda bejn partijiet differenti tas-sistema tad-distribuzzjoni madwar il-pajjiż. Dawn jgħinu biex ikun hemm aktar flessibilità u affidabilità fis-servizz tal-elettriku. Aktar ma jkollna minn dawn il-konnessjonijiet, f’każ ta’ emerġenza f’xi nħawi, tkun tista’ tingħata lura l-provvista tal-elettriku malajr minn partijiet oħrajn tas-sistema tad-distribuzzjoni tal-elettriku. B’kollox ser ikunu qed jiżdiedu aktar minn 40 kilometru ta’ 33 kV u 11 kV high voltage cables. Il-maġġoranza tagħhom ser jgħaddu minn mini mħaffra taħt l-art, li Enemalta plc tuża biex tgħaqqad flimkien iċ-ċentri tad-distribuzzjoni tal-elettriku tagħha mad-Delimara Power Station u l-Malta-Italy Interconnector.

Enemalta — każijiet ta' serq ta' elettriku

Question

Jista’ l-Ministru jikkonferma kemm kien hemm każijiet ta’ serq ta’ elettriku li l-Enemalta għalqet wara li l-klijenti jkunu aċċettaw li jħallsu għal dak li serqu? Jista' jingħata figura ta’ kemm se jinġabru lura flus minn dawn il-każijiet?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi bejn Jannar 2014 u Settembru 2015, Enemalta plc għalqet aktar minn 1,100 każ ta’ serq tal-elettriku, wara li l-klijenti li nqabdu jisirqu l-elettriku ħallsu għall-elettriku meħud, u għall-multi applikabbli, skont il-liġi. Għadd ta’ każijiet oħrajn għadhom qed jiġu investigati. Is-sena li għaddiet il-Kumpanija rreġistrat tnaqqis rekord ta’ 33 fil-mija fit-telf minn serq tal-elettriku. L-ewwel previżjonijiet għas-sena 2015 jindikaw li għal darb’ oħra Enemalta plc ser tkompli tnaqqas ir-rata tat-telf minn serq tal-elettriku b’mod drastiku.

Marsa Power Station — twaqqigħ

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se jitkompla t-twaqqigħ tal-Marsa Power Station u meta huwa ppjanat li jitlesta?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi x-xogħol tat-twaqqigħ tal-Marsa Power Station beda fl-2014 u għadu għaddej. Ftit tal-ġimgħat ilu tlesta x-xogħol tat-twaqqigħ tal-ewwel minn ħamest iċmieni. Iżżarmaw ukoll l-ewwel tliet tankijiet tal-heavy fuel oil. Il-boilers, turbini, pompi tal-ilma, ċmieni, transformers, switchgear, tankijiet tal-fuel u apparat ieħor tal-power station iridu jitnaddfu, jiżżarmaw u jinħarġu mis-sit skont ir-regolamenti kollha applikabbli, fosthom dawk tas-saħħa u s-sigurtà, l-immaniġġjar tal-iskart u l-ħarsien tal-ambjent. L-istrutturi li fihom hemm l-apparat iridu jitwaqqgħu u fejn hu possibbli, il-materjal tal-bini jrid jiġi riċiklat. Enemalta qed titlob ukoll lill-kuntratturi biex jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jevitaw inkonvenjenti jew riskji lir-residenti u l-ħaddiema tal-inħawi.
Leg 12 PQ #20128 Sitting 311 2015-10-23 Oral · Final From: TONI BEZZINA To: Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa

Wied iż-Żurrieq – parking area – street lighting

Question

Jista’ l-Ministru jara illi jiżdied l-istreet lighting fil-parking area ta’ Wied iż-Żurrieq g għax għalkemm dan il-post turistiku jżuruh diversi Maltin kif ukoll turisti , jinsab fid-dlam?

Response (MIZZI, KONRAD)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministeru kkonċernat.

Użu taċ-Ċentri tas-Saħħa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm huma l-persuni li jagħmlu użu miċ-Ċentri tas-Saħħa?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma l-Onor. Interpellant li l-persuni li għamlu użu miċ-Ċentri tas-Saħħa f-2014 kien ta’ 1,757,172.

Ċentri tas-Saħħa – tqassim ta’ siringi minħabba droga

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm persuni marru ċ-Ċentri tas-Saħħa biex jieħdu siringi minħabba problema tad-droga?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma l-Onor. Interpellant li informazzjoni għadha qed tinġabar.

Eżami tad-demm – lista ta’ stennija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni fuq il-lista ta’ stennija biex jittieħdilhom l-eżami tad-demm?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma l-Onor. Interpellant li għal testijiet urġenti, id-demm jittieħed l-istess ġurnata għalhekk m’hemmx lista ta’ stennija.

Riżultat tad-demm

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta’ persuni li għamlu użu miċ-Ċentri tas-Saħħa biex jingħataw ir-riżultat tad-demm għal din is-sena?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma l-Onor. Interpellant li n-numru ta’ persuni li għamlu użu miċ-Ċentri tas-Saħħa biex jingħataw ir-riżultat tad-demm mil-1 ta’ Jannar sa l-ahhar ta’ Lulju 2015 kien ta’ 8,618.

Ċentri tas-Saħħa – vista tal-għajnejn – lista ta’ stennija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni fuq il-lista ta’ stennija biex jagħmlu eżami tal-vista tal-għajnejn fiċ-Ċentri tas-Saħħa?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma l-Onorevoli Interpellant li informazzjoni ghadha qed tingabar

Sptar Mater Dei – cardiac MRIs

Question

Jista’ l-Ministru jikkonferma li qabel id-29 ta’ Settembru 2015 kienu jsiru cardiac MRIs fl-Isptar Mater Dei?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-ewwel pazjenti li sarilhom Cardiac MRI bis-software specjalizzat ghal dan il-ghan fl-isptar Mater Dei kien fl-1 ta’ Ottubru 2015. Qabel dan iz-zmien kien hemm arrangament ma sptar f’Monza l-Italja, u ricentament fil-perjodu bejn Marzu u Settembru 2015 fi sptar privat f’Malta.

Enemalta — overtime

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il siegħa overtime inħadmet mill-1 ta’ Jannar 2015 sat-30 ta’ Settembru 2015 mill-ħaddiema li qed jagħtu servizz lill-Enemalta u kemm jammonta f’euro dan l-overtime? Jista’ jgħid jekk dan l-overtime tħallasx u jekk iva, jgħid kemm tħallas? Jekk hemm overtime li għadu ma tħallasx, jista’ jgħid kemm għad fadal x’jitħallas u meta hemm il-ħsieb li jitħallas?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għandha valur kummerċjali għal Enemalta plc. L-iżvelar tat-tagħrif mitlub jista’ jippreġudika n-negozju tal-istess kumpanija.

Enemalta – bdil ta’ shifts tal-ħaddiema

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li jinbidlu xi shifts li għandhom bħalissa l-ħaddiema li qed jagħtu s-servizz lill-Enemalta?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi skont il-prattiċi professjonali stabbiliti f’kull organiżżazzjoni, il-proċeduri ta’ kif jinħadem ix-xogħol jiġu aġġustati u mtejba kontinwament skont l-esiġenzi tax-xogħol, fl-aħjar interess tal-produttivita’ u l-effiċjenza, tat-titjib tas-servizz lill-klijenti u tal-bżonnijiet tal-ħaddiema. Dan isir b’konsultazzjoni sħiħa mal-unions konċernati u l-impjegati. L-istess jgħodd għall-Kumpanija Enemalta plc.

Impjant tal-BWSC – monitoring systems — qari

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-qari tal-monitoring systems tal-arja taċ-ċmieni tal-impjant tal-BWSC għal dawn l-aħħar tliet snin? Jista’ jgħid jekk tul dawn l-aħħar tliet snin u partikolarment tul din l-aħħar sena dawn il-monitoring systems humiex qed jaħdmu regolarment? Jista’ jgħid jekk tul dawn is-snin kienx reġistrat xi forma ta’ tibdil fil-kwalità tal-arja tal-madwar?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba tinsab fuq is-sit elettroniku tal-kumpanija, liema kopja tal-indirizz tas-sit elettroniku qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Qtugħ ta’ dawl

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista ta’ kemm-il darba inqata’ d-dawl matul ix-xahar ta’ Ġunju 2015, ta’ Lulju 2015 u ta’ Settembru 2015 separatament, lokalità b’lokalità??

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni għadha qed tinġabar.

ARMS u l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma – għoti ta’ direct orders

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 16320 u jgħid lil min ingħataw id-direct orders u kemm kien il-valur tagħhom?

Response (MIZZI, KONRAD)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 16320 (sittax-il elf, tlett mija u għoxrin).