Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol – lista ta’ xogħlijiet/konsulenzi/rapporti

Question

Jista' l-Ministru jagħti lista sħiħa tax-xogħlijiet/konsulenzi/rapporti li tqabbdu jagħmlu l-kumpaniji/individwu li d-dettalji tagħhom qed jitpoġġew separatament mill-2013 sal-lum? Għal kull każ ta’ xogħol/konsulenza/rapport imqabbad, jista’ jgħid fiex kien jikkonsisti, kemm sewa (jew huwa stmat li jiswa), meta ngħata, jekk ingħatax permezz ta’ tender jew direct order u min kien l-uffiċjal li talab ix-xogħol/konsulenza/rapport rispettiv?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.

Ninsab infurmat li fil-perjodu msemmi ma ngħata ebda xogħol/konsulenzi/rapporti lill-kumpaniji/individwu indikati mill-Onor. Interpellant.

Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol – lista ta’ xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jagħti lista sħiħa tax-xogħlijiet li tqabbdet tagħmel il-kumpanija li d-dettalji tagħha qed jitpoġġew separatament mill-2013 sal-lum? Għal kull każ ta’ xogħol imqabbad, jista’ jgħid fiex kien jikkonsisti, kemm sewa (jew huwa stmat li jiswa), meta ngħata u jekk ingħatax permezz ta’ tender jew direct order ?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.

Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol – lista ta’ xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jagħti lista sħiħa tax-xogħlijiet li tqabbdet tagħmel il-kumpanija li d-dettalji tagħha qed jitpoġġew separatament mill-2013 sal-lum? Għal kull każ ta’ xogħol imqabbad, jista’ jgħid fiex kien jikkonsisti, kemm sewa (jew huwa stmat li jiswa), meta ngħata u jekk ingħatax permezz ta’ tender jew direct order ?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li fil-perjodu msemmi ma ngħata ebda xogħol lill-kumpanija indikata mill-Onor. Interpellant.

Skema A4U

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min kienu dawk l-għaqdiet li bbenefikaw mill-iskema A4U matul l-aħħar sena?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li matul is-sena 2015, 15-il għaqda bbenefikaw mill-iskema A4U filwaqt li fis-sena kurrenti 14-il għaqda kienu l-benefiċċjarji tal-istess skema. Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-għaqdiet li bbenefikaw minn din l-iskema.

NADO – testijiet tad-doping

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm għamlet testijiet tad-doping in-National Anti-Doping Organisation (NADO) matul is-sena 2015, u x’kien l-eżitu?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Infurmat li matul is-sena 2015 in-NADO għamlet 72 doping test fuq atleti (61 ‘in Competiton’ u 11 ‘out of competition’). Minn dawn tmienja (8) instabu b’sustanzi projbiti, filwaqt li kien hemm ukoll żewġ każijiet ta’ evażjoni.

Studenti tal-Youth.inc

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-istudenti tal-Youth.inc jirċievux xi tip ta’ stipendju u jekk fl-affermattiv kemm?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-istudenti tal-Youth.Inc jirċievu l-istipendju u l-ammont huwa ta’ €86.05 kull erba’ ġimgħat għal għaxar (10) darbiet fis-sena kull student.

SkolaSport

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema faċilitajiet qed jintużaw għal SkolaSport?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-facilitajiet li qed jintużaw għal SkolaSport huma kif se nsemmi: Badger Karting Complex, Ta' Qali BMX Track and Cycling Complex, Pembroke Cottonera Sports Complex Eden Super Bowl, St. Julian's Giovanni Curmi Higher Secondary School, Naxxar Gozo Sports Complex Kirkop Sports Complex Kullegg San Gorg Preca, Skola Maria Assumpta, Hamrun Maria Regina College - Mosta Maria Regina College, St.Paul's Bay Primary School Marsa Sports Complex Ninu Cremona Boys' Secondary School, Gozo San Injazju College - Handaq Selmun Family Park, Mellieħa Skola Primarja, Siġġiewi St. Clare's College, Girls' Secondary School, Pembroke St. Clare's College, Sliema Primary School, Sliema Ta’ Qali Basketball Complex Tal-Qroqq Sports Complex Vikings Sailing Club at The Royal Malta Yacht Club Vittoriosa Lawn Tennis Club

Kumpless Sportiv tal-Marsa — binja

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux minnu li l-binja antika li hemm fil-Kumpless Sportiv tal-Marsa għandha ħsarat kbar? Jekk fl-affermattiv jista’ jgħid fiex jikkonsistu dawn il-ħsarat u jekk sarx rapport minn perit?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Nikkonferma li l-binja tal-Marsa għandha ħsarat kbar. Għaldaqstant, il-management ta’ SportMalta ħa d-deċiżjoni li għas-sigurtà din il-binja tingħalaq. Il-ħsarat huma strutturali u din id-deċiżjoni ttieħdet wara rapport li sar mill-perit tal-entità.

Kumpless Sportiv tal-Marsa – binja

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta nbniet il-binja mitluqa li hemm fil-Kumpless Sportiv tal-Marsa? Jista’ jgħid għaliex binja mibnija mill-ġdid tħalliet fi stat ta’ ġebel u saqaf? Jista’ jgħid jekk hemmx il-ħsieb li din tintuża?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li l-binja li hemm mitluqa fil-Kumpless Sportiv tal-Marsa nbniet fl-2003. Din il-binja tħalliet fi stat ta’ ġebel u saqaf għaliex ma kienx hemm baġit biex titkompla. Il-management preżenti ta’ SportMalta inkariga periti biex jagħmlu diżinn ġdid għal din il-binja bi pjan li tinfetaħ sal-aħħar tal-2017.

Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol – lista ta’ xogħlijiet/konsulenzi/rapporti

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista sħiħa tax-xogħlijiet/konsulenzi/rapporti li tqabbdu jagħmlu l-kumpaniji li d-dettalji tagħhom qed jitpoġġew separatament mill-2013 sal-lum? Għal kull każ ta’ xogħol/konsulenza/rapport imqabbad, jista’ jgħid fiex kien jikkonsisti, kemm sewa (jew huwa stmat li jiswa), meta ngħata, jekk ingħatax permezz ta’ tender jew direct order u min kien l-uffiċjal li talab ix-xogħol/konsulenza/rapport rispettiv?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.

Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol – lista ta’ xogħlijiet/konsulenzi/rapporti

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista sħiħa tax-xogħlijiet/konsulenzi/rapporti li tqabbdu jagħmlu l-kumpaniji li d-dettalji tagħhom qed jitpoġġew separatament mill-2013 sal-lum? Għal kull każ ta’ xogħol/konsulenza/rapport imqabbad, jista’ jgħid fiex kien jikkonsisti, kemm sewa (jew huwa stmat li jiswa), meta ngħata, jekk ingħatax permezz ta’ tender jew direct order u min kien l-uffiċjal li talab ix-xogħol/konsulenza/rapport rispettiv?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif għadu qiegħed jinġabar.

Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol – lista ta’ xogħlijiet/konsulenzi/rapporti

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista sħiħa tax-xogħlijiet/konsulenzi/rapporti li tqabbdu jagħmlu l-kumpaniji li d-dettalji tagħhom qed jitpoġġew separatament mill-2013 sal-lum? Għal kull każ ta’ xogħol/konsulenza/rapport imqabbad, jista’ jgħid fiex kien jikkonsisti, kemm sewa (jew huwa stmat li jiswa), meta ngħata, jekk ingħatax permezz ta’ tender jew direct order u min kien l-uffiċjal li talab ix-xogħol/konsulenza/rapport rispettiv?

Response (BARTOLO, EVARIST)

It-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant għadu qed jinġabar.

Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol – lista ta’ xogħlijiet/konsulenzi/rapporti

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista sħiħa tax-xogħlijiet/konsulenzi/rapporti li tqabbdu jagħmlu l-kumpaniji li d-dettalji tagħhom qed jitpoġġew separatament mill-2013 sal-lum? Għal kull każ ta’ xogħol/konsulenza/rapport imqabbad, jista’ jgħid fiex kien jikkonsisti, kemm sewa (jew huwa stmat li jiswa), meta ngħata, jekk ingħatax permezz ta’ tender jew direct order u min kien l-uffiċjal li talab ix-xogħol/konsulenza/rapport rispettiv?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.

Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol – lista ta’ xogħlijiet/konsulenzi/rapporti

Question

Jista’ l-Ministrujagħti lista sħiħa tax-xogħlijiet/konsulenzi/rapporti li tqabbad jagħmel l-individwu li d-dettalji tiegħu qed jingħataw separatament mill-2013 sal-lum? Għal kull każ ta’ xogħol/konsulenza/rapport imqabbad, jista’ jgħid fiex kien jikkonsisti, kemm sewa (jew huwa stmat li jiswa), meta ngħata, jekk ingħatax permezz ta’ tender jew direct order u min kien l-uffiċjal li talab ix-xogħol/konsulenza/rapport rispettiv?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.

Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol – lista ta’ xogħlijiet/konsulenzi/rapporti

Question

Jista’ l-Ministrujagħti lista sħiħa tax-xogħlijiet/konsulenzi/rapporti li tqabbad jagħmel l-individwu li d-dettalji tiegħu qed jingħataw separatament mill-2013 sal-lum? Għal kull każ ta’ xogħol/konsulenza/rapport imqabbad, jista’ jgħid fiex kien jikkonsisti, kemm sewa (jew huwa stmat li jiswa), meta ngħata, jekk ingħatax permezz ta’ tender jew direct order u min kien l-uffiċjal li talab ix-xogħol/konsulenza/rapport rispettiv?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif mitlub għadu qiegħed jinġabar.

Università ta’ Malta – Sala Sir Temi Zammit — rinnovazzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk kemm-il darba huwiex possibbli li fis-sena li ġejja, is-sala Sir Temi Zammit fl-Università ta’ Malta tiġi rinnovata u jiġi stallat apparat modern tal-arja kundizzjonata?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li filwaqt illi r-rinovazzjoni totali tas-Sala Sir Temi Zammit fl-Università ta’ Malta hija fil-pjanijiet futuri qrib tal-Università, dan mhuwiex ippjanat li jsir f‘din is-sena għal raġunijiet primarjament loġistiċi, għall-fatt illi din is-sala tintuża sew għal-lectures, sew għall-gradwazzjonijiet kif ukoll għall-attivitajiet kulturali, u ħafna drabi din is-sala tiġi bbukkjata anki minn sena qabel. Barra minn hekk il-fondi sostanzjali li ġew ivvutati għal proġetti kapitali għal din is-sena huma diġà kommessi għal proġetti oħra li qed jiġu implimentati fuq il-Kampus tal-iMsida, il-Belt u ċentri oħra minn fejn topera l-Università.

Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol – impjegati li siefru

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta’ uffiċjali u impjegati fi ħdan il-Ministeru, Segretarjat Parlamentari għar-Riċerka u Innovazzjoni Żgħażagħ, Sport u direttorati li siefru matul is-sena 2015 minħabba impenji ta’ xogħol? Jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta’ min kienu dawn l-uffiċjali, f’liema pajjiżi siefru, għal liema raġuni u kemm ġiet tiswa kull mawra tagħhom barra minn pajjiżna?

Response (BARTOLO, EVARIST)

It-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 12 PQ #23258 Sitting 377 2016-04-18 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol

Skemi għall-ħaddiema f’Għawdex

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta’ ħaddiema li matul is-sena 2015, f’xi żmien jew ieħor kienu fuq xogħol temporanju f’xi skema li ġiet introdotta għall-ħaddiema f’Għawdex? F’liema skemi kienu jaħdmu u x’kienu l-kundizzjonijiet ta’ kull skema u l-iskop ta’ kull skema li kien hemm matul is-sena 2015?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li skont l-informazzjoni li għandha l-Korporazzjoni ta' Xogħol u Taħriġ, l-iskemi li ġew introdotti għall-ħaddiema f’Għawdex kienu tnejn: Work Trial Scheme for Youths - Gozo li fiha pparteċipaw 536 persuna Work and Training Exposure Scheme li fiha pparteċipaw 231 persuna. Work Trial Scheme for Youths – Gozo Din l-iskema kienet immirata lejn dawk li qegħdin jirreġistraw u/jew dawk li huma inattivi bejn l-età ta’ 16 u 24 sena. L-iskop ta’ din l-iskema kien li nagħtu esperjenza ta’ xogħol lil dawn iż-żgħażagħ għal perjodu definit ta’ ħames ġimgħat mas-settur privat. Din l-iskema kienet finanzjata minn fondi tal-Ministeru għal Għawdex u l-ETC kienet responsabbli mill-amministrazzjoni tal-iskema. Work and Training Exposure Scheme Din l-iskema kienet miftuħa għal dawk kollha li qegħdin jirreġistraw u/jew huma inattivi li huma ‘l fuq minn 25 sena. Permezz ta’ din l-iskema, il-parteċipanti ngħataw l-opportunità li jingħataw esperjenza ta’ xogħol ma’ dipartimenti/entitatjiet tal-Gvern/NGOs għal perjodu definit. Minbarra dan, dawk kollha li pparteċipaw fl-iskema attendew taħriġ dwar ‘Basic Employment Skills’. Din l-iskema kienet finanzjata minn fondi tal-Ministeru għal Għawdex u l-ETC kienet responsabbli mill-amministrazzjoni tal-iskema.

Skejjel Primarji – Ħarġiet Kulturali organizzati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il ħarġa kulturali ġiet organizzata s’issa fl-Iskejjel Primarji għas-sena akkademika kurrenti? Jista’ jindika liema skola organizzat dawn il-ħarġiet, l-età tal-istudenti li pparteċipaw, it-tip ta’ attività, u jekk it-tfal intalbu jħallsu, x’kien l-ammont?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.