Peress li l-bdiewa li jużaw it-Triq tal-Ħemsija limiti ta' Ta' Qali qed jilmentaw mill-istat ħażin tat-triq, jista' d-dipartiment jirrimedja bix-xogħlijiet ta' manutenzjoni?
Peress li l-bdiewa qed jagħmlu ħsarat kontinwi fl-inġenji tagħhom minħabba l-ħofor kbar li hemm, jista' l-Ministru jara li x-xogħlijiet isiru b'urġenza?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Nirreferi l-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt għal-mistoqsija parlamentari numru 19922 seduta 392.
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-pjan li jsir multi storey car park taħt il-ground ta' l-iskola primarja ta' Bormla għadux għaddej? Jekk fl-affermattiv, meta jaħseb li ser jibdew ix-xogħlijiet? Kemm se jieħdu żmien biex jitlestew?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Kif diġa stqarrejt diversi drabi f'din il-kamra, il-Gvern huwa impenjat jagħmel 'Multi-Storey Car Park' taħt il-ground tal-Iskola Primarja ta' Bormla.
L-istudji neċċessarji, pjanti u disinji diġa saru mit-Taqsima tax-Xogħlijiet izda qabel ma dawn jiġu konfermati irid jiġi konkluż 'Traffic Impact Statment' li qed isir bħalissa.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġie jiswa lill-Gvern il-proġett ta' riabilitazzjoni tal-Ġnien Joan f'Ħal Tarxien?
X'xogħlijiet twettqu u kemm ġew jiswew individwalment?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li ix-xogħol fuq ir-riabilitazzjoni tal-Ġnien Joanne f'Ħal-Tarxien gie jiswa Lm42,966. Parti mill-ispiża tħallset mill-Ministeru għall-Ambjent u parti mill-Kunsill Lokali Tarxien.
Ix-xogħlijiet li saru kienu:
A. Xogħol imħallas mill-Ministeru għall-Ambjent:
---------------------------------------------------------------
(i) Xogħol ta' paviment b'kuntratt - Lm16,591
(ii) Xiri ta' materjal mis-C.D.O. għal xogħol ta' kurduna, nvellar
ħadid u żebgħa. (Il-pagi tal-ħaddiema tas-C.D.O. m'humiex
inklużi) - 5,075
(iii) Xogħol t'elettriku (M.S.D.) - 1,900
B. Xogħol imħallas mill-Kunsill Lokali ta' Ħal-Tarxien:
---------------------------------------------------------------------
(i) Materjal għall-bankijiet u arbli tad-dawl, 'play equipment',
'safety material', u 'fencing' ta' mad-dawra tal-ġnien. - 19,400
B'riferenza għal dak li ġie irrapportat li qal l-Ministru fir-rigward ta' l-irmiġġi li se jiġu provduti għal dawk li għandhom il-frejgatini f'Dockyard Creek, jista' l-Ministru jgħid kif se jsir l-arranġament mal-Cottonera Waterfront Group sabiex dawn jipprovdu aktar irmiġġi mill-ammont li għandhom speċifikat fil-kuntratt?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Il-Gvern ta l-impenn fil-kwistjoni fil-preżenza tal-Cottonera Waterfront Group.
Rigward l-arranġamenti relativi dawn għadhom suġġett ta' diskussjoni.
Jista' l-Ministru jgħid meta se tiġi rranġata Old Wells Street, Valletta? Jaf il-Ministru li din it-triq hija bla bankina, kollha ħofor u bid-drenaġġ miftuħ?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li l-ħaddiema tad-Dipartiment tad-Drenaġġ għadhom kemm iċekkjaw is-sewer main fi Old Wells street, Valletta u ma instab li hemm xejn ħażin li jirrigwardja id-drenaġġ. Li nstab kien illi kien hemm 'manhole' tat-telephone maqlugħa u mhux tad-drenaġġ.
Rigward l-ilmenti l-ohra, nitlob lill-Onor. Interpellant jindirizza l-mistoqsija tiegħu lill-Kunsil Lokali koncernat.
Peress li skond emendi riċenti fil-liġi tal-kaċċa, meta kaċċatur ikun fi triq sekondarja, m'hemmx għalfejn iżomm distanza minima ta' 50 metru, jista' l-Ministru jiddefinixxi x'jifhem eżatt bi triq sekondarja?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li l-interpretazzjoni tal-Pulizija hi kif ġej:
'Triq sekondarja hi triq li rarament hi użata mit-traffiku'.
Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari numru 19926?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li n-numru ta estensjonijiet tad-drenaġġ li saru mill-1 ta' Jannar 2000 huwa ta' 34.
Dawn huma:
Olive street, St. Julian's 100 m,
St. Aristarkus street, Rabat 40 m,
N/S in Triq is-Sisla 100 m,
Sewer works at Xalun Farm, Sta. Venera 130 m,
Repair works at Bwieraq Street, B'Kara 100 m,
Repair works at il-Qammieħ, Mellieħa 30 m,
Sewer works at Triq l-Isqajjaq and others, Tarxien 100 m,
Sewer works at Triq San Alwiġi, Msida 20 m,
Guze Ellul Mercer street, Dingli 30 m,
Triq il-Gardjola, Fgura 100 m,
Triq il-Grigal, M'Skala 20 m,
Rising main repair works (St. Paul's Bay) 20 m,
Triq it-Tamar, Qawra 80 m,
Misraħ il-Barrieri, near Polytechnic 80 m,
Triq Kalcidon Gatt, B'kara 60 m,
N/S in Żurrieq Road, Safi 120 m,
St. Paul's street, Naxxar (Birguma) 80 m,
Sewer works at Mqabba Bye-pass 60 m,
Triq is-Subbien, M'skala 70 m,
B'kara Hill, St. Julian's 200 m,
Triq Patri Guże Delia, Mosta 50 m,
Triq Mons. Depiro, B'kara 110 m,
St. George's Bay 50 m,
Repair works at Wilga street, Paceville 60 m,
Salini 130 m,
Wied Għomor, Swieqi 400 m,
Sewer works at Lorenzo Gafa School, Vittoriosa 70 m,
Sewer works at Triq il-25 ta' Novembru, Żejtun 40 m,
Triq il-Fdalijiet Preistoriċi, Mosta 100 m,
St. Paul street, Mosta 70 m,
N/S in Cliff street, Dingli 60 m,
Baħrija 130 m,
Triq Dun Luiġi Rigord, Pembroke 100 m,
Triq San Anard, Xagħjra 100 m.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati nies ġodda mal-korpi parastatali/awtoritajiet/kummissjonijiet li jaqgħu taħt ir-responsabbilitajiet tiegħek mill-5 ta' Settembru, 1998 'il hawn?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li fil-perjodu msemmi gew impjegati nies ġodda ma' dan il-Ministeru kif jidher hawn taħt:
Isem Kariga Sezzjoni
___________________________________________________________________________________
Christopher Gatt Executive Malta Arts Centre
Robert Musumeci Chairman & Chief Building Industry Consultative Council
Executive
Fiż-żewg każijiet l-impieg huwa b'kuntratt.
Jista' l-Ministru jikkonferma jekk ħaddiema tas-Servizz Pubbliku, impjegati bħala security mad-Dipartiment ta' l-Ambjent, qed jintbagħtu b'cash il-Bank Ċentrali? Huma koperti b'insurance dawn il-ħaddiema? X'tip ta' sigurta' għandhom?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li sa ftit ilu l-kaxxiera tad-Divisjoni tax-Xogħlijiet kienu jmorru jiddepositaw fil-Bank Ċentrali akkompanjati biss minn messaġġier jew 'Impressed Driver'. Issa dawn qed ikunu akkompanjati min 'Security Guard' tad-Dipartiment sakemm jigu finalizzati l-arranġamenti li qed isiru sabiex il-kaxxiera tagħna jakkompanjaw dawk tad-Dipartiment tat-Taxxi Interni li jkunu akkompanjati mir-Revenue Security Corp.
Ta' min jgħid li s-'Security Guards' tad-Dipartiment dan jafuħ.
Jista' l-Ministru jinformani meta bdew ix-xogħlijiet li qed isiru f'Wied Qannotta, Wardija?
Għaliex saret rampa u mblokkat il-wied? Għaliex qed jintradam wieħed mill-iskontri li hemm f'din il-parti tal-wied?
Għaliex ix-xogħlijiet ma nbdewx fis-sajf u mhux issa meta riesqa x-xitwa?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Nirreferi l-Onor. Interpellant għat tweġiba li tajt għal-mistoqsija parlamentari numru 20145 seduta 402.
Jista' l-Ministru jgħid kemm inxtraw karozzi ġodda fid-dekasteru tiegħu mill-1992 sal-lum? Jista' jgħid ukoll x'tip ta' karozza hi (d-ditta)?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li mill-1992 inxtraw:
Numru Ditta Rimarki
----------------------------------------------------------------------------------------------------------------------
1 Ford Inxrat mil-Minsteru tal-Finanzi
2 Renault Waħda trasferita lin-National Audit Office
1 B.M.W.
1 Volvo
2 Hyundai
1 Rover
11 Skoda
1 Daewoo
1 Kia
1 Toyota Trasferita mil-Qrati tal-Ġustizzja.
Dawn qed jintuzaw:
9 Min Ufficjali Pubbliċi fuq 'Performance Agreement',
13 'General Office cars'.
Issa li ġie ddentifikat fiċ-ċert li trab iswed ħiereġ miċ-ċmieni tal-Power Station ta' l-Enemalta, jista' jgħid jekk dawk li batew xi ħsara jingħataw xi forma ta' kumpens?
Per eżempju, kien hemm bosta individwi li kellhom ibattlu u jarmu kwantitajiet kbar ta' ilma mill-bjar peress li t-trab iswed kien jitħallat ma' l-ilma tax-xita.
Jista' l-Ministru jgħid meta se jitkomplew jiġu enumerati d-djar biex ikun aktar faċli li jiġu ddentifikati b'mod aħjar peress illi donnu dan il-proċess kien wieqaf?
Jista' jgħid liema huma l-lokalitajiet ta' toroq li tlestew s'issa? Kemm hemm minn dawn u kemm huwa kkalkolat li baqa'?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Ministru jinformani min huwa responsabbli mill-kordinament tax-xogħlijiet li qed isiru f'Wied Qannotta, fil-Wardija?
Għaliex qed isir xogħol fid-dlam minn kuntratturi privati?
Ma jħoss id-dipartiment li dawn ix-xogħlijiet aħjar isiru matul id-dawl tal-jum u mhux matul il-lejl?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Min stħarriġ li sar ma jirrriżultax li dan ix-xogħol qed issir min xi dipartiment li jaqa' taħt dan il-Ministeru.
Dan il-kaz gie mgħoddi lil Awtorita ta' l-Ippjanar fejn irrizulta li l-Awtorita diġa kienet ħarġet 'stop/enforcement notice' fuq dan is-sit. L-Awtorita ta' l-Ippjanar ser tkompli tinvestiga dan il-kaz.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 18300?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
It-Taqsima tax-Xogħlijiet permezz tad-Dipartiment tal-Bini u Inġinerija qiegħda tagħti servizz lid-Divizjoni ta' l-Edukazzjoni bħalma tagħti lil kwalunkwe dipartiment tal-Gvern. Dan tagħmlu fuq bażi regulari bħala id-dipartiment ewlieni tal-gvern li huwa attrezzat li jagħti dan is-servizz. Madanakollu hija il-prerogativa ta' kull dipartiment jekk jużax dawn is-servizzi jew le.
Rigward il-proġett li qiegħed jirreferi għalieh l-Onor. Interpellant sa issa saru disinji preliminari u ġiet sottomessa 'Outline Development Application' lill-Awtorita ta' l-Ippjanar mit-Taqsima tax-Xogħlijiet.
Sa issa id-Divisjoni ta' l-Edukazjoni ma jidhirx li nfurmat lit-Taqsima tax-Xogħlijiet li s-servizzi tagħha m'għanhomx aktar validi.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ilu sejjer ix-xogħol fuq il-lift tal-Palazz tal-Parlament?
X'qed jikkawża l-waqfien ta' dan il-lift ġdid li sar fil-Parlament?
X'passi qed jittieħdu mad-ditta sabiex tiġi rranġata l-ħsara u jew jinbidel dan il-lift?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li x-xogħol fuq il-Lift tal-Palazz tal-Parlament ilu sejjer minn Ġunju 1999.
Rigward il-kumplament tal-mistoqsija niffereri l-Onor. Interpellant għat-twegiba li tajt għal-mistoqsija parlamentari numru 20099 seduta 399.
Jista' l-Ministru jgħid kemm sewa il-lift li sar ġol-bini tal-parlament?
Meta beda jaħdem? Kemm-il darba ġratlu l-ħsara u waqaf minn meta beda jaħdem?
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il darba waqaf b'persuni ġo fih?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li sal-lum il-kuntrattur tal-lift tħallas is-somma ta' Lm47,310.
Dan il-lift beda jiffunzjona bi prova fid-29 ta' Settembru 2000. Il-lift għandu jiġi kkumissjunat fi żmien qasir.
Il-lift ma kellux ħsara, iżda għadu fi stat ta' prova.
Dipartiment ta' l-Indafa Pubblika — Ħaddiema Ġodda
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda mad-Dipartiment ta' l-Indafa Pubblika mill-5 ta' Jannar 2000 sa l-10 ta' Settembru 2000? Jekk fl-affermattiv jista' l-Ministru jgħid, meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi? Jekk jirriżulta li ġew impjegati mingħajr ma ħarġu applikazzjonijiet, jista' l-Ministru jgħid kemm dawk impjegati kien ilhom applikati għal imsemmi impjieg? U jekk jirriżulta li lanqas kienu applikati għall-imsemmi impjieg, jista' jgħid xi kriterji ntużaw biex dawn ingħataw l-impjieg in kwestjoni?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li fil-perjodu imsemmi, ma kien hemm l-ebda impieg ta' ħaddiema ġodda fid-Dipartiment ta' l-Indafa Pubblika.