Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma r-raġunijiet li għalihom l-Air Malta ddeċidiet li ma titfax l-offerta għall-ebda rotta maħruġa mill-gvern għal-low cost airlines bl-iskema ta' sussidju li ħareġ s'issa?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsijiet parlamentari 22363 u 22460 u jgħid: Peress li skond Schedule 8 tal-Liġi tal-VAT hemm VAT ta' 5% fuq is-supply ta' l-enerġija, jista' il-Ministru jgħid jekk din it-taxxa tal-VAT hijiex parti mill-komputazzjoni tas-surcharge?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 22461 u jgħid: B'riferenza għall-Hanger li l-gvern se jibni għall-Lufthansa Teknic kif imħabbar fil-Media, jista' il-Ministru jindika b'site plan fejn se jinbena dan il-Hanger?
Kemm hu stmat li se jiswa l-gvern u kemm se jinkera u b'liema kondizzjonijiet lill-Lufthansa Teknic?
X'inhi r-raġuni li l-Air Malta jew il-Gvern Malti ma żiedx l-involviment tiegħu f'din il-venture li bdiet bħala joint venture bejn l-Air Malta u Lufthansa u jidher li rnexxiet?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jara li jitmexxa każ ta' transfer ta' persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament u li kien ilu jagħmel dan ix-xogħol għal tmien snin? Jista' jiġi informat bl-aħħar żviluppi?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jikkonsidra u jirrikmanda li l-poles tad-dawl immarkati fuq il-mappa li qed tintbagħat separatament, fil-limiti ta' Binġemma jinbidlu u jekk jista' ikun jitressqu għat-triq immarkata minħabba li qegħdin fi stat ħażin ħafna?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 22193 li oriġinarjament saret lill-Ministru għar-Riżorsi u Infrastruttura u li issa ġiet riferuta lilu u cioe' jista' il-Ministru jgħid kemm ilu ma jitnaddaf il-ġibjun li hemm f'Valley Road, Msida fit-tarf ta' Conception Street kantuniera ma' Triq it-Torri? Jaf li l-ġibjun jinsab mimli weraq tas-siġar wara ż-żabra li saret qabel ma qaleb it-temp?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-Korporazzjoni għas-Servizzi ta’ l-Ilma ma għandha l-ebda informazzjoni fuq kemm ilu ma jitnaddaf dan il-gibjun. Minkejja illi dan il-gibjun jinsab fl-inventarju tal-KSI, il-Korporazzjoni ma tagħtiex priorita’ lil dan it-tip ta’ xogħol billi dan hu wieħed mill-“Ġibjuni” li jservi biss biex jilqgħu x-xita u mhumiex parti minn network ta’ l-ilma tax-xorb.
Madanakollu, dawn it-tip ta’ ġibjuni qed ikunu ikkunsidrati fil-Pjan Nazzjonali dwar l-ilma tax-xita (Stormwater MasterPlan) li qed jiġi ppreparat. Eventwalment huwa ttamat illi fir-rakkomandazzjonijiet finali jkun hemm indikazzjoni dwar x’għandu jsir biex xogħol tal-manutenzjoni u l-operat ta’ strutturi ta’ ilqugħ tax-xita jkun jista’ jsir minn entita’ waħda li jkolla r-riżorsi li hemm bżonn.
Jista' il-Ministru jgħid x'passi urġenti se jittieħdu biex jiġu solvuti l-problemi serji li qed ibatu residenti fi Triq Viani f'Tas-Sliema li qed ikollhom id-drenaġġ jiskula għandhom?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma se tagħmel spezzjoni (CCTV) tas-sistema tad-drenaġġ fl-inħawi biex ikunu jistgħu jittieħdu l-passi meħtieġa.
Tarzna ta' Malta — Ħaddiema ta' Nazzjonalita' Barranija
Question
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 22242 u jgħid kemm kien in-numru ta' ħaddiema barranin li ħadmu fit-Tarzna ta' Malta fl-2005 u fl-2006? X'kienu s-snajja' li ħadmu? X'kien l-ammont ta' flus li tħallsu dawn il-ħaddiema?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba għall-ewwel żewġ partijiet tal-mistoqsija.
Għar-rigward ta' l-aħħar parti, il-Malta Shipyards ma tkunx taf kemm attwalment tħallsu l-ħaddiema barranin peress illi dawn jitħallsu direttament mill-Aġenzija barranija li tkun qabbdet il-Malta Shipyards.
Bħala Ministru responsabbli mix-xandir pubbliku l-PBS, jista' jgħid jekk ġiex mitlub biex jintervjeni dwar in-nuqqas ta' ftehim bejn l-MFA u l-PBS u stazzjonijiet televiżivi oħra dwar xandir/kummentarji ta' partiti tal-football? Ma jħoss li għandu jsir xi ħaġa biex din il-kwestjoni tiġi riżolta u l-pubbliku sportiv ikollu l-programmi li jixraqlu?
Response (GATT, AUSTIN)
Ħadd ma talabni biex nintervjeni fil-kwistjoni kummerċjali li għandu ma’ l-MFA. Inqis li din hi kwistjoni purament kummerċjali u bħala tali ma nħossx li l-Gvern għandu jidħol fil-materja. Naturalment il-PBS għandu l-istrutturi kollha – inkluż Bord Editorjali awtonomu – minbarra l-istrutturi kostituzzjonali – l-Awtortà tax-Xandir – biex f’każ li jkun hemm ksur ta’ l-obbligi ta’ servizz pubbliku tittieħed l-azzjoni meħtieġa.
Bħalissa l-Air Malta kemm għandha ajruplani li qed tillisja għal titjir f'pajjiżi oħra? Xi ħsieb hemm matul is-sena li ġejja li l-Air Malta tillisja ajruplani oħra barra minn Malta? X'effett huma maħsuba li jħallu fuq seat capacity f'rotot differenti għal min irid jiġi f'pajjiżna?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Issa li s-surcharge tniżżlet minħabba tnaqqis fil-prezz taż-żejt, jista' l-Ministru jgħid jekk hux il-ħsieb tal-gvern li jbaxxi l-cappingtal-prezz tad-dawl fuq il-lukandi u li jdaħħal capping fuq il-kont tad-dawl tar-ristoranti li qed ibatu ħafna?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' il-Ministru jara li l-bozoz li twaħħlu fil-post li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, jiġu pprovduti bid-dawl peress li bħalissa ma fihomx?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li x-xogħol meħtieġ biex jinxtegħlu ż-żewġ lampi jinsab lest u l-lampi attwalment inxtegħlu.
Investiment, Industrija u Teknoloġija għall-Informazzjoni — Impjegati
Question
Jista' il-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda mal-ministeru, dipartimenti u enti oħra fid-dekasteru tiegħu matul is-sena 2005-2006? Jista' jgħid f'liema grad hu kull impjegat ġdid?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni — Special Cleaners Limited
Question
Jista' il-Ministru jgħid jekk il-Ministeru, flimkien mad-dipartimenti, aġenziji, awtoritajiet, kumpanniji u azjendi li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tiegħu qattx ingaġġaw is-servizzi ta' Special Cleaners Limited? Jekk iva, f'liema każi, meta ġew ingaġġati, kif saret l-għażla tagħhom u kemm tħallsu s'issa?
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 22359 u jgħid jekk dawk li għażlu li jieħdu l-iskema ta' l-irtirar kmieni bil-pensjoni mill-Air Malta, skond il-ftehim industrijali bejn l-Air Malta u l-erba' unions li jirrappreżentaw lill-ħaddiema iffirmat fis-26 ta' Mejju 2004, hux se jkollhom il-pensjoni tagħhom garantita u f'każ li r-risposta hija fl-affermattiv, minn min? Mill-gvern jew mill-Air Malta?
Jista' jgħid ukoll jekk l-imsemmi ftehim ġiex hypothicated skond il-liġijiet industrijali?
Response (GATT, AUSTIN)
Taħt il-ftehim industrijali ffirmat fis-26 ta' Mejju 2004 il-Kumpanija waqfet biss skema għal redundancies volontarji fejn il-ħaddiema jitħallsu somma fissa u mhux pensjoni.
Għaldaqstant m'hemmx lok għal ipotekar ta' l-imsemmi ftehim.
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 22363 u jgħid: Peress li skond Schedule 8 tal-Liġi tal-VAT hemm VAT ta' 5% fuq is-supply ta' l-enerġija, jista' il-Ministru jgħid jekk din it-taxxa tal-VAT hijiex parti mill-komputazzjoni tas-surcharge?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
B'riferenza għall-Hanger li l-gvern se jibni għall-Lufthansa Teknic kif imħabbar fil-Media, jista' il-Ministru jindika b'site plan fejn se jinbena dan il-Hanger?
Kemm hu stmat li se jiswa l-gvern u kemm se jinkera u b'liema kondizzjonijiet lill-Lufthansa Teknic?
X'inhi r-raġuni li l-Air Malta jew il-Gvern Malti ma żiedx l-involviment tiegħu f'din il-venture li bdiet bħala joint venture bejn l-Air Malta u Lufthansa u jidher li rnexxiet?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' il-Ministru jgħid meta se jitwaħħlu d-dwal pubbliċi fl-inħawi li sal-lum għadhom mudlama f'Santa Maria Estate fil-Mellieħa, peress li hemm ħafna dwal x'jitwaħħlu u l-kunsill lokali tal-Mellieħa m'għandux il-budget meħtieġ u allokat għal dan il-għan biex isiru d-dwal pubbliċi meħtieġa?
Response (GATT, AUSTIN)
Peress illi r-responsabbilta għat-twaħħil ta' l-imsemmija bozoz hi tal-Kunsill Lokali tal-Mellieħa, l-Enemalta tkun qed tikser il-liġi kemm il-darba twaħħalhom hi.
Jista' il-Ministru jagħti tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 20211, li kont għamilt fil-11 ta' Lulju 2006 dwar il-Harbour agreement li l-Kumpannija Gozo Channel għandha tagħmel ma' l-Awtorita' Marittima?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li risposta għall-mistoqsija Nru 20211 ingħatat fis-seduta Nru 422 ta' 24 ta' Lulju 2006.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 21857, jista' il-Ministru jgħid meta hu ppjanat li tkun lesta s-substation il-ġdida biex ittejjeb il-provvista tad-dawl għar-residenti fl-inħawi tas-Salina?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li s-substation imsemmija tinsab fi stadju ta' kostrużżjoni u mistennija tkun lesta fi żmien erba' xhur. Dan pero' jiddependi mill-iżviluppatur li huwa responsabbli mill-bini ta' din is-substation.