Tista’ l-Ministru tagħti lista tat-tenders kollha li ħarġu għan-nom tal-Awtorità dwar il-Mediċini mid-9 ta’ Marzu 2013 sal-lum? X’servizzi kienu jitolbu dawn it-tenders? Min ħadhom dawn it-tenders? X’valur finanzjarju kien fihom dawn it-tenders?
Response (DALLI, HELENA)
Infurmata li ma ħareġ l-ebda tender għan-nom tal-Awtorità dwar il-Mediċini mid-9 ta’ Marzu 2013 sal-lum.
Awtorità dwar il-Mediċini – lista ta’ tenders,direct orders
Question
Tista’ l-Ministru tagħti l-lista ta’ tenders kollha li għan-nom tal-Awtorità dwar il-Mediċini mid-9 ta’ Marzu 2013 sal-lum, bħala direct order? X’servizzi kienu jitolbu dawn it-tenders? Min ħadhom dawn it-tenders? X’valur finanzjarju kien fihom dawn it-tenders?
Response (DALLI, HELENA)
Infurmata li ma kien hemm ebda direct order għan-nom tal-Awtorità dwar il-Mediċini mid-9 ta’ Marzu 2013 sal-lum. Kien hemm negotiated procedure mal-Awtorità kompetenti tal-Irlanda rigward sistema tal-IT, għall-valur ta’ €300,000. Din saret wara li ma kien hemm l-ebda operatur kummerċjali li laħaq il-kriterji ta’ tender li kien inħareġ qabel il-perjodu msemmi. Għalhekk ġie deċiż li s-sistema preżenti tigi upgraded ma’ standards Ewropej permezz ta’memorandum of understanding mal-istess awtorità kompetenti li mingħandha nxtrat is-sistema oriġinali fl-2013.
Tista’ l-Ministru tagħti lista tat-tenders kollha li ħarġu għan-nom tal-Awtorità Maltija għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur (MCCAA), mid-9 ta’ Marzu 2013 sal-lum? X’servizzi kienu jitolbu dawn it-tenders? Min ħadhom dawn it-tenders? X’valur finanzjarju kien fihom dawn it-tenders?
Response (DALLI, HELENA)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Tista’ l-Ministru tagħti l-lista ta’ tenders kollha li għan-nom tal-Awtorità Maltija għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur (MCCAA), mid-9 ta’ Marzu 2013 sal-lum, bħala direct order? X’servizzi kienu jitolbu dawn it-tenders? Min ħadhom dawn it-tenders? X’valur finanzjarju kien fihom dawn it-tenders?
Response (DALLI, HELENA)
Infurmata li fil-perjodu msemmi, ma kien hemm ebda tender għan-nom tal-Awtorita’ Maltija għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur (MCCAA).
Tista’ l-Ministru tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra organigramma bl-organizzazjoni tal-Awtorità dwar il-Mediċini li tindika dipartiment b’dipartiment u kariga b’kariga?
Response (DALLI, HELENA)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Tista’ l-Ministru tgħid kemm kien it-total ta’ ħaddiema full-time, part-time, b’contract for service, contract of service, jew b’kuntratt definit u indefinit li kienu jaħdmu mal-Awtorità dwar il-Mediċini sat-8 ta’ Marzu 2013? F’liema dipartimenti kienu jaħdmu dawn il-persuni?
Response (DALLI, HELENA)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Tista’ l-Ministru tgħid kemm hu t-total ta’ ħaddiema full-time, part-time, b’contract for service, contract of service, jew b’kuntratt definit u indefinit, li jaħdmu mal-Awtorità dwar il-Mediċini sal-lum? F’liema dipartimenti qegħdin jaħdmu dawn il-persuni?
Response (DALLI, HELENA)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Tista’ l-Ministru tgħid kemm hu n-numru ta’ ħaddiema full-time, part-time, b’contract for service, contract of service, jew b’kuntratt definit u indefinit, li ġew impjegati mal-Awtorità dwar il-Mediċini, mid-9 ta’ Marzu 2013 sal-lum? F’liema kariga u f’liema dipartimenti ġew impjegati?
Response (DALLI, HELENA)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Tista’ l-Ministru tgħid kemm hu t-total ta’ ħaddiema full-time, part-time, b’contract for service, contract of service, jew b’kuntratt definit u indefinit, li jaħdmu mal-Awtorità Maltija għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur (MCCAA), sal-lum? F’liema dipartimenti qegħdin jaħdmu dawn il-persuni?
Response (DALLI, HELENA)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Tista’ l-Ministru tgħid kemm hu n-numru ta’ ħaddiema full-time, part-time, b’contract for service, contract of service, jew b’kuntratti definit u indefinit, li ġew impjegati mal-Awtorità Maltija għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur (MCCAA), mid-9 ta’ Marzu 2013 sal-lum? F’liema kariga u f’liema dipartimenti ġew impjegati?
Response (DALLI, HELENA)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Tista’ l-Ministru tgħid kemm hu n-numru ta’ konsulenti li ġew impjegati mal-Awtorità Maltija għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur (MCCAA), mid-9 ta’ Marzu sal-lum? X’inhu r-rwol ta’ kull wieħed u waħda minnhom? Kemm-il siegħa jaħdmu? X’inhi r-rata ta’ ħlas għal kull siegħa? F’kull każ x’perkaċċi oħra jingħataw?
Response (DALLI, HELENA)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Tista’ l-Ministru tagħti l-pagi, il-benefiċċji u l-perkaċċi tal-iskali u l-gradi tal-impjegati kollha li jaħdmu fil-Awtorità Maltija għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur (MCCAA)?
Response (DALLI, HELENA)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Tista’ l-Ministru tgħid kemm ingħataw promozzjonijiet mid-9 ta’ Marzu 2013 sal-lum fil- Awtorità Maltija għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur (MCCAA)?
Response (DALLI, HELENA)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Tista’ l-Ministru tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista tal-persuni li attwalment qed jagħmlu parti mill-bord tad-diretturi tal-Awtorità Maltija għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur (MCCAA)? Tista’ tgħid ukoll xi ħlas u x’perkaċċi oħra qed jingħataw dawn il-membri?
Response (DALLI, HELENA)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Tista’ l-Ministru tgħid kemm ingħataw promozzjonijiet mid-9 ta’ Marzu 2013 sal-lum fil- Kummissjoni Nazzjonali għall-Promozzjoni tal-Ugwaljanza (NPCE)?
Response (DALLI, HELENA)
Infurmata li mid-9 ta’ Marzu 2013 sal-lum ma ngħatat l-ebda promozzjoni fil-Kummissjoni Nazzjonali għall-Promozzjoni tal-Ugwaljanza (NCPE).
Tista’ l-Ministru tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista tal-persuni li attwalment qed jagħmlu parti mill-bord tad-diretturi tal-Kummissjoni Nazzjonali għall-Promozzjoni tal-Ugwaljanza (NPCE)? Tista’ tgħid ukoll xi ħlas u x’perkaċċi oħra qed jingħataw dawn il-membri?
Response (DALLI, HELENA)
Il-Kummissjoni Nazzjonali għall-Promozzjoni tal-Ugwaljanza (NCPE) m’għandhiex Bord tad-Diretturi iżda membri tal-Kummissjoni. Għaldaqstant qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Tista’ l-Ministru tagħti lista tat-tenders kollha li ħarġu għan-nom tal-Kummissjoni Nazzjonali għall-Promozzjoni tal-Ugwaljanza (NPCE) mid-9 ta’ Marzu 2013 sal-lum? X’servizzi kienu jitolbu dawn it-tenders? Min ħadhom dawn it-tenders? X’valur finanzjarju kien fihom dawn it-tenders?
Response (DALLI, HELENA)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Tista’ l-Ministru tagħti l-lista ta’ tenders kollha li ħarġu għan-nom tal-Kummissjoni Nazzjonali għall-Promozzjoni tal-Ugwaljanza (NPCE) mid-9 ta’ Marzu 2013 sal-lum, bħala direct order? X’servizzi kienu jitolbu dawn it-tenders? Min ħadhom dawn it-tenders? X’valur finanzjarju kien fihom dawn it-tenders?
Response (DALLI, HELENA)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Tista’ l-Ministru tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra organigramma bl-organizzazjoni tal- Awtorità Maltija għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur (MCCAA), li tindika dipartiment b’dipartiment u kariga b’ kariga?
Response (DALLI, HELENA)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Tista’ l-Ministru tgħid kemm kien it-total ta’ ħaddiema full-time, part-time, b’contract for service, contract of service, jew b’kuntratt definit u indefinit li kienu jaħdmu mal-Awtorità Maltija għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur (MCCAA) sat-8 ta’ Marzu 2013? F’liema dipartimenti kienu jaħdmu dawn il-persuni?
Response (DALLI, HELENA)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.