Tista' l-Ministru tgħid jekk hemmx xi ħsieb li jiġu mpjegati aktar nies fuq il-Vapur "Ta' Pinu"? Jekk iva, kemm u x'inhu l-impjieg?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jiena nfurmata li l-Kumpanija Gozo Channel beħsieba timpjega Deck u Engine Officers għal fuq il-vapur 'TA' PINU' fuq bażi ta' xift u biex dawn jassistu fil-construction u commissioning tat-tieni u tat-tielet vapur.
Biex il-Kumpanija tkun konformi mal-Konvenzjonijiet ta' l-International Maritime Organisation (IMO) fir-rigward ta' vapuri li jġorru l-passiġġieri, il-Kumpanija Gozo Channel ikollha iżżid in-numru ta' Uffċjali u crew fuq il-vapuri kollha tagħha li joperaw bejn Malta u Għawdex. Din iz-żieda fil-crew hija neċessarja sabiex il-kumpanija tkun konformi ma' sitwazzjonijiet ta' Emergency Response skond il-konvenzjonijiet relattivi.
Dawn il-Konvenzjonijiet huma:
(i) SOLAS - Safety of life at Sea.
(ii) STCW 95 - Standards of Training, Certification and Watchkeeping for Seafarers 1978 kif amendata fl-1995 u 1997.
(iii) ISM Code - International Safety Management Code.
Malta hija firmatarja ta' dawn il-Konvenzjonijiet għalkemm fil-preżent mhux neċessarju li l-vapuri tal-passiġġieri li joperaw f'ibħra lokali jkunu konformi mal-Kodiċi ta' l-ISM.
Il-Kumpanija Gozo Channel hija marbuta li tkun konformi ma' dawn il-Konvenzjonijiet sad-data stipulata mill-IMO, li hija s-sena 2002/2003.
Il-Kumpanija Gozo Channel beħsieba ttejjeb is-servizz li toffri lill-klijenti tagħha u għal dan il-għan ser timpjega l-Customer Service Officers u l-Cabin/Service Attendants fuq il-vapuri kollha.
Dawn l-impjegati ser ikunu mħarrġa għal sitwazzjonijiet ta' Emergency Response li jinkludi Sea Survival, First Aid u Fire-fighting.
Hemm il-ħsieb li kull vapur / xift ikollu crew li jkun jikkonsisti fi ħdax (11)-il persuna, li jkunu, il-Master, Chief Officer, Chief Engineer, Second Engineer, Bosun, Engine Driver u ħames seamen. Ma dawn jiżdied ukoll is-servizz ta' ħames (5) crew oħra li jkunu jinkludu Customer Service Officers, Cabin / Services Assistants u Attendants.
In-numru attwali tas-Service Crew ikun jiddependi skond in-numru totali ta' passiġġieri fil-ħin tas-servizz.
Tista' l-Ministru tagħti dettalji, numru tal-karta ta' l-identita' u partikolaritajiet fus is-Seaman's book (Gozo Channel)? Tista' l-Ministru tgħid kif kien u fejn ħarġu l-applikazzjonijiet għax-xogħol fuq il-vapur "Ta' Pinu"?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ma jidhirlix li hu xieraq li jkunu ppubblikati l-ismijiet, in-numri tal-Karta ta' l-Identita' u nformazzjoni oħra relatata mal-persuni mpjegati mall-Gozo Channel.
Jiena nfurmata li għalissa ħlief għal Seaborne Officer, ma saru l-ebda applikazzjonijiet li huma speċifikament għall-vapur 'TA' PINU'.
Is-sejħiet għal dawn il-postijiet saru skond il-proċeduri normali, jiġifieri:
a) il-kumpanija Gozo Channel infurmat lil MIMCOL bil-postijiet vakanti;
b) Wara l-Kumpanija kellha l-approvazzjoni mill-Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi, il-MIMCOL għamlet l-applikazzjoni tagħha lill-ETC f'isem il-Gozo Channel;
c) L-ETC tat l-approvazzjoni tagħha u bagħtet għal diversi nies għall-postijiet vakanti.
L-ETC tat ukoll l-approvazzjoni lill-MIMCOL biex iġġib l-avviż fil-gażżetti lokali, dejjem f'isem il-Gozo Channel, għall-postijiet ta' Deck u Engine Officer.
Tista' l-Ministru tgħid kemm kienu dawk li applikaw biex jaħdmu bħala seaman fuq il-vapur "Ta Pinu"? Kemm minnhom kienu min Malta u kemm minnhom Għawdxin? Kemm ġew magħżula għal dan ix-xogħol?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jiena nfurmata li l-applikazzjonijiet għal- Seaman mal-Gozo Channel, ma kenux speċifikament għal-vapur 'Ta' Pinu', imma huma neċessarji għall-Kumpanija biex ikun hemm nies biżżejjed sabiex il-kumpanija tkun tista' taħdem fuq bażi ta' xift.
L-ETC batgħet għal wieħed u ħamsin (51) persuna għall-mili ta' dawn il-postijiet. Tlieta u tletin minn dawn l-applikanti jgħixu f'Malta, filwaqt li tmintax-il applikant jgħixu f'Għawdex. S'issa ġew magħżula ħdax-il applikant.
Tista' l-Ministru tgħid kemm hi l-kirja tat-tinda l-kbira li hemm armata fi Pjazza Indipendenza, Rabat, Għawdex?
Kemm intnefqu flus b'kollox biex inġiebu l-pasturi li hemm fil-pjazza fuq imsemmija?
Kemm intnefqu flus (f'materjal u xogħol) biex intrema' l-presepju li hemm fil-Pjazza Indipendenza?
Kemm sewa (f'materjal u xogħol) biex inbena t-Torri tal-Millenju li hemm fil-pjazza fuq imsemmija?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jiena nfurmata li l-kirja tat-tinda l-kbira li ġiet armata fi Pjazza Indipendenza għaċ-ċelebrazzjonijiet tal-Millennju ġiet tiswa Lm9200.
Il-pasturi ġodda li saru għall-istess pjazza ġew jiswew Lm1500 liema ammont jinkludi t-trasport ta' l-istess pasturi minn Sqallija għal Għawdex.
Il-presepju li nbena fi Pjazza Indipendenza sewa Lm1127.21.
Dwar it-torri tal-Millennju nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta mogħtija għall-mistoqsija numru 10131.
Tista' l-Ministru tgħid kemm-il ticket ħarġu mill-1 ta' Jannar sal-1 ta' Diċembru, 1999 mill-pulizija ta' Għawdex minħabba parking ħażin jew double parking ħdejn id-diskoteka ewlenija fin-niżla tax-Xlendi?
Kemm-il raid sar mill-pulizija ta' Għawdex għad-drogi f'din id-diskoteka mill-1 ta' Jannar sal-aħħar ta' Ottubru, 1999?
Tista' l-Ministru tgħidli meta saru dawn ir-raids, x'ħin u mil-liema uffiċjal tal-pulizija tmexxew?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Tista' l-Ministru tagħti d-dettalji liema kienu l-karozzi uffiċjali u mikrija mill-ministeru li kienu nvoluti f'kolliżjonijiet mill-5 ta' Settembru, 1998 'il hawn?
Tista' l-Ministru tgħid: (a) kemm ġew jiswew l-ispejjeż tal-ħsarat ta' dawn il-kolliżjonijiet; (b) min kienu l-uffiċjali jew impjegati li fi żmien li saret il-kolliżjoni kienu responsabbli mill-vettura nvoluta; u (ċ) f'kull każ min kien qiegħed isuq il-vettura fil-ħin li saret il-kollużjoni?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Nixtieq ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li mill- 5 ta' Settembru 1998 'l hawn kien hemm 3 karozzi uffċċjali jew mikrija mill-Ministeru għal Għawdex li kienu involuti f'kolliżjonijiet. L-informazzjoni mitluba hija mogħtija hawn taħt:
Nru tar-Reġistrazzjoni Posizzjoni/Grad ta' Posizzjoni/Grad Spejjez
tal-Karozza l-Uffiċċjal ta' l-Uffiċċjal tal-
responsabbli mill- li kien qed Ħsarat
karozza issuq il-karozza
Lm
Hyundai Excel
FAV 541 Assistent Personali Assistent Personali 209.65
Kia Mentor
GVN 007 Direttur Customer Direttur Customer xejn
Services Services
Hyundai
LDK 443 Technical Officer Technical Officer xejn
Tista' l-Ministru tgħid ta' min hi r-responsabbilta' li l-katavri mill-isptar ta' Għawdex ikunu akkumpanjati minn saċerdot waqt il-funeral tagħhom? Tista' l-Ministru tgħid għal liema raġuni fi trasport ta' raġel mejjet mill-isptar ta' Għawdex għaċ-ċimiterju ta' Santa Marija tar-Rabat, nhar il-ġimgħa 25 ta' Ġunju 1999, il-kadavru ma kienx akkumpanjat uffiċjalment minn saċerdot?
Taf il-Ministru li din m'hijiex l-ewwel darba li ġara hekk? Tista' tiżgura lill-Kamra li ma jseħħux aktar inċidenti bħal dawn li la jagħmlu ġieh lill-Gvern, la lill-Knisja u lanqas lill-pajjiż nisrani?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jiena nfurmata li l-akkumpanjament tal-katavri mis-saċerdot waqt il-funerali jsir skond l-arranġamenti li jagħmlu l-qraba tal-mejjet. Fil-każ li semma' l-Onorevoli Interpellant, il-qraba tal-mejjet infurmaw lill-awtoritajiet ta' l-Isptar Ġenerali t'Għawdex li kienu se jaħsbu huma għal saċerdot mill-Parroċċa ta' San Ġorg, Victoria. L-awtoritajiet ta' l-Isptar huma nfurmati li fil-fatt il-mejjet kien akkumpanjat minn saċerdot Malti, ħabib tal-qraba tad-defunt.
Tista' l-Ministru tgħid kemm ġie jiswa l-brochure li ġie stampat mill-kumitat inkarigat miċ-ċelebrazzjonijeit tal-Millenium?
Fejn ġie stampat?
Kemm kienet l-ispiża biex dan il-brochure jitqassam mal-gurnal Sunday Times tal-Ħadd li għadda?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jiena nfurmata li l-brochure stampat mill-Kumitat għaċ-Ċelebrazzjonijiet tal-Millennju se jiġi jiswa lill-Gvern Lm1500 liema ammont jinkludi spiża ta' Lm850 biex il-brochure jitqassam mal-ġurnal 'The Sunday Times'. Dan il-brochure ġie stampat fil-Progress Press.
Tista' l-Ministru tgħid x'xogħol qiegħed jagħmel is-Sur Ray Xerri fl-iskejjel ta' Għawdex biex ixerred tagħrif dwar l-Unjoni Ewropea?
Kemm-il skola żar s'issa s-Sur Xerri u kemm kellem tfal s'issa dwar l-Unjoni Ewropea?
Kif intgħażel is-Sur Xerri? Xi kwalifiki għandu? Kemm kien hemm persuni oħra li ġew ikkonsidrati?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Il-persuna li qed jirreferi għaliha l-onorevoli interpellant qed iżur l-iskejjel f'Għawdex biex jagħti tagħrif lill-istudenti dwar l-Unjoni Ewropeja. S'issa żar ħdax-il skola, kellem l-fuq minn 2000 student. Huwa l-E.U. desk officer tal-Ministeru u għandu l-kwalifika meħtieġa biex jagħmel ix-xogħol imsemmi.
Tista' l-Ministru tikkonferma illi ġie maħtur ko-ordinatur bejn il-Ministeru tagħha u d-Dipartiment ta' l-Edukazzjoni f'Għawdex biex dan jistruwixxi lit-tfal dwar l-importanza ta'l-Unjoni Ewropea? Jekk dan huwa minnu, tista' l-Ministru tikkonferma jekk huwiex isir l-istess fl-iskejjel f'Malta? X'inhu s-salarju ta' dan l-ko-ordinatur? Tista' l-Ministru tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' l-ingaġġ ta' dan il-ko-ordinatur?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jiena nfurmata li ma ġie maħtur l-ebda ko-ordinatur bejn il-Ministeru għal Għawdex u l-Fergħa ta' l-Edukazzjoni f'Għawdex.
Tista' l-Ministru issa twieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 11197?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jiena nfurmata li l-użu li qed isir mill-ispazju li baqa' fil-Port ta' l-Imġarr ma jippermettix li jiġu nstallati pontoons oħra billi dawn ikunu jostakolaw l-irmiġġjar u l-manuvrar tal-vapuri li jużaw l-istess port.
Tista' l-Ministru tikkonferma illi l-ammont kollu taħt il-Vot Rikorrenti fil-Ministeru għal Għawdex ġie minfuq? Tista' l-Ministru tikkonferma wkoll illi n-nefqa taħt il-Vot Rikorrenti issuperat l-ammont attwalment ivvotat għas-sena 1999?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jiena nfurmata li l-ammont ivvutat taħt il-Vot Rikurrenti tal-Ministeru għal Għawdex għas-sena 1999 għadu mhux minfuq kollu.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 9005, tista' l-Ministru tgħid jekk il-Gozo Office ta' Triq l-Ifran fil-Belt Valletta hux qiegħed jinkera jew inkella nxtarax? Tista' l-Ministru f'kull każ tgħid xi tħallas f'kiri jew xiri minn meta nfetaħ sal-lum, kif ukoll tgħid f'kull każ x'sejra tkun in-nefqa sal-31 ta' Diċembru 2005?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Nixtieq ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-Gozo Office li qed jirreferi għalih ġie ġentilment mogħti lill-Ministeru għal Għawdex mill-Bank of Valletta fuq bażi ta' tolleranza u għaldaqstant il-Ministeru ma huwa jħallas xejn għall-użu tiegħu.
Tista' l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 11137 li oriġinarjament saret lill-Ministru tas-Saħħa u li ġiet riferuta lilek u cioe': tista' tgħid meta ħerġin l-appointments tan-nursing aide ta' l-Isptar ta' Għawdex?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jiena nfurmata li r-rakkomandazzjonijiet biex dawn jiġu appuntati bħala Nursing Aide ġew mibgħuta lill-Kummissjoni tas-Servizz Pubbliku.
Tista' l-Ministru tgħid jekk l-ammont kollu vvotat taħt il-Vot Kapitali fil-Ministeru ta' Għawdex ġiex minfuq? Jekk le, tista' l-Ministru tagħti rendikont u tgħid x'ammont ma ġiex minfuq u taħt liema items?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jiena nfurmata li t-tagħrif mitlub huwa kif jidher fil-lista li qed titpoġġa fuq il-mejda tal-kamra.
Tista' l-Ministru tirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 10848?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jiena nfurmata li kien hemm xi bżonnijiet urġenti għall-isptar li ġew debitati temporanjament lill-Vot Kapitali sa meta d-Direttur konċernat jara sewwa f'liema 'items' taħt il-Vot rikorrenti tiegħu se jkun hemm fondi żejda li jistgħu jgħaddu biex jagħmlu tajjeb għall-ispejjes imsemmija.
Tista' l-Ministru tgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda fid-dipartimenti jew entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha mis-27 ta' April, 1999 sal-15 ta' Settembru, 1999? Tista' l-Ministru tgħid ukoll jekk ġew impjegati ħaddiema ġodda meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi? Jekk jirriżulta li ġew impjegati ħaddiema ġodda mingħajr applikazzjonijiet, tista' tgħid kemm dawk impjegati kien ilhom applikati għall-imsemmi mpjieg?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jiena nfurmata li n-numru ta' uffiċċjal pubbliċi li ġew impjegati mill-Ministeru għal Għawdex bejn is-27 ta' April 1999 u l-15 ta' Settembru 1999 kien tlieta. Dawn kienu Ward Clerical Assistants li s-sejħa għall-applikazzjonijiet għall-mili tal-postijiet relattivi kienet ħarġet fil-5 ta' April 1995.
Tista' l-Ministru tgħid f'kull skola ta' Għawdex kemm hemm handymen, purtinara u watchmen, skola bi skola?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
L-informazzjoni mitluba mill-Onor Interpellant hija mogħtija hawn taħt:
Skejjel Primarji Purtinara Handymen Watchmen
Gharb 2 - 3
Għajnsielem 4 1 3
Kerċ em 2 1 3
Nadur 4 1 3
Qala 4 - -
San Lawrenz 2 - 3
Sannat 5 1 3
Żebbuġ 2 - 3
Victoria 3 1 3 Xagħra 5 1 3
Xewkija 4 1 3
School of Music 1 - -
School of Art 2 1 -
School of Drama 2 - -
School of Agriculture
and Building 2 2 -
Carmelo Refalo 2 - -
Boys' Trade School
Mary Meylak
Girls' Trade School 3 - -
Ninu Cremona J.L.
and Secondary School 10 1 3
Agius de Soldanis J.L.
and Secondary School 9 1 3
Sir M A Refalo
Post Secondary School 4 1 3
TOTAL 72 13 39
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 11061 tista' l-Ministru ġentilment tgħid jekk il-ministeru kienx involut fit-twaqqif ta' din l-assoċjazzjoni?
Tista' ġentilment tgħid jekk qatt iltaqgħetx ma' din l-assoċjazzjoni? Jekk iva, meta u kemm-il darba?
Tista' tinfurmani min huma l-membri ta' din l-assoċjazzjoni u x'kariġi għandhom?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Ministeru għal Għawdex kien involut fit-twaqqif ta' l-Assoċjazzjoni għat-Turiżmu f'Għawdex. S'issa din l-assoċjazzjoni ltaqgħet miegħi erba' darbiet, preċiżament fit-8 ta' Marzu 1999, fil-11 ta' Marzu 1999, fil-5 ta' Ottubru 1999 u fil-15 ta' Ottubru 1999. Din l-assoċjazzjoni hija kostitwita kif muri hawn taħt:
Is-Sur Sammy Rapa - Chairman
Is-Sur George Said - Viċi-Chairman
Is-Sur Paul Scicluna - Teżorier
Is-Sur Joe Muscat - Segretarju
Is-Sur Victor Borg - Membru
Is-Sur Joe Rapa - Membru
Is-Sur Amand Verraneman - Membru
Is-Sur Mark Busuttil - Membru
Is-Sur Mario Grech - Membru
Is-Sur Anthony Cassar - Membru
Is-Surg George Galea - Membru
Is-Sur Frank Magro - Membru
Is-Sur Joe Baldacchino - Membru
Is-Sur Godfrey Farrugia - Membru