Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #12396 Sitting 222 2000-01-18 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru għal Għawdex

Sptar Ġenerali — Staff

Question

Tista' l-Ministru tirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 12117 li oriġinarjament kienet saret lill-Ministru tas-Saħħa u li issa ġiet riferuta lilek u ċioe': tista' tgħid minbarra n-nurses u t-tobba, minn aktar jaħdem il-Ħdud fl-Isptar Ġenerali ta' Għawdex?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Qegħda nissottometti lista ta' impjegati li jaħdmu fuq roster li jinkludi l-Ħdud, b'total ta' 365 ħaddiema. In-Nursing Aides huma inklużi f'din il-lista billi m'humiex meqjusa bħala nurses. Ambulance Driver 13 Assistant Foreman 1 Assistant Principal Radiographer 1 Assistant Technical Officer 5 Boiler Attendant 4 Chaplain 4 Cook 5 ECG Tech 2 Fitter 1 Gardener 2 G eneral Hand 20 Health Assistant 166 Health Attendant 3 Hospital Auxiliary 35 Hospital Orderly 2 Labourer 1 Lighthouse Keeper 1 Medical Lab. Tech. 2 Messenger 5 Mortuary Attendant 1 Motor Transport Driver 3 Nursing Aide 7 Operative 2 Porter 1 P ostperson 1 Principal Med. Lab. Tech. 1 Principal Radiographer 1 Security Guard 25 Senior Messenger 1 Senior Radiographer 3 Senior Technical Officer 1 Senior Technician 3 Senior Tradesperson 19 Snr Medical Lab. Tech. 3 Supervisor 6 Technical Officer 3 Technician 5 Timekeeper 1 Tradesperson 5 GRAND TOTAL 365
Leg 9 PQ #12397 Sitting 222 2000-01-18 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru għal Għawdex

Sptar Ġenerali — Mastrudaxxi

Question

Tista' l-Ministru tirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 12105 li oriġinarjament kienet saret lill-Ministru tas-Saħħa u li issa ġiet riferuta lilek u ċioe': tista' tgħid x'roster jew rosters jaħdmu l-mastrudaxxi fl-Isptar Ġenerali ta' Għawdex?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li fl-Isptar Ġenerali ta' Għawdex hemm erba' (4) ħaddiema li qed jagħmlu xogħol ta' mastrudaxxa, dawn kollha jaħdmu fuq roster ta' ACO.
Leg 9 PQ #12398 Sitting 222 2000-01-18 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Pazjenti

Question

Tista' l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 12118 li oriġinarjament kienet saret lill-Ministru tas-Saħħa u li issa ġiet riferuta lilek u ċioe': tista' tgħid kemm inġiebu pazjenti minn Għawdex bil-helicopter mill-1 ta' Jannar, 1999 sa l-1 ta' Diċembru, 1999? Kemm minnhom kienu minħabba inċidenti tat-traffiku?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li mill-1 ta' Jannar 1999 sal-1 ta' Diċembru 1999 ittieħdu total ta' 64 pazjent minn Għawdex bil-helikopter, li minnhom 4 kienu minħabba inċidenti tat-traffiku.
Leg 9 PQ #12399 Sitting 222 2000-01-18 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru għal Għawdex

Sptar Ġenerali — Filing Department

Question

Tista' l-Ministru tirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 12116 li oriġinarjament kienet saret lill-Ministru tas-Saħħa u li issa ġiet riferuta lilek u ċioe': tista' tgħid kemm ilhom li bdew jaħdmu roster ta' 24 siegħa l-Filing Department ta' l-Isptar Ġenerali ta' Għawdex? Meta bdew jaħdmu din ir-roster u kemm hemm impjegati fuq din ir-roster ta' 24 siegħa? X'inhu l-grad tagħhom? Mill-1 ta' Jannar sa l-aħħar ta' Jannar 1999, tista' tgħid kemm-il file instab kuljum u f'liema ħin intalab u minn min intalab (mingħajr ma jissemmew ismijiet ta' pazjenti jew numri ta' files)?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li fil-Medical Records ilhom jaħdmu fuq roster ta' 24 siegħa (ANOO) għal dawn l-aħħar sena u għaxar xhur, jiġifieri minn nhar il-25 ta' Marzu 1998. Hemm b'kollox erba' ħaddiema jaħdmu fil-filing department ta' l-Isptar Ġenerali ta' Għawdex, jiġifieri Gardener u tliet Health Assistants li tnejn minnhom dalwaqt se jinħatru Nursing Aides. Dwar l-aħħar parti tal-mistoqsija nista' nagħti biss l-informazzjoni li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, jiġifieri, in-numru ta' files li ntalbu mid-diversi dipartimenti jew taqsimiet ta' l-isptar u li attwalment ġew riferuti lill-istess taqsimiet.
Leg 9 PQ #12243 Sitting 220 2000-01-17 Oral · Final From: CHRIS CARDONA To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — Sick leave

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm saru verifiki tas-sick leave mit-tabib tal-Gvern fl-1999 f'kull taqsima, sezzjoni jew skola governattiva li jiffurmaw parti mid-dipartimenti tal-proġetti u żvilupp tas-servizzi korporattivi u tas-servizzi lill-konsumatur fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex? Kemm kien hemm impjegati governattivi li kellhom is-sick leave tagħhom verifikat iktar minn darba fl-istess sena u f'kull taqsima fid-dipartimenti imsemmija? Min kien it-tabib li għamel dan ix-xogħol u kemm tħallas fil-perijodu imsemmi?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ma tinżammx statistika tal-informazzjoni mitluba. It-tabib li għamel dan ix-xogħol kien Dr Coronato Grech u tħallas is-somma ta' Lm4,578.878 matul il-perijodu msemmi.
Leg 9 PQ #12244 Sitting 220 2000-01-17 Oral · Final From: CHRIS CARDONA To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — Spezzjonijiet

Question

Tista' l-Ministru tgħid fiex waslu l-investigazzjonijiet meta fl-1 ta' Settembru, 1999 kienet saret spezzjoni għal għarrieda mis-Segretarju Parlamentari fil-Ministeru t'Għawdex, min-nutar Dr Godwin Grima u min-Nutara Mary Borg fl-Uffiċċju tar-Reġistru ta' l-Arti f'Għawdex u kien nstab li twettqu xi rregolaritajiet serji?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Il-każ imsemmi mill-Onor. Interpellant ġie riferut lill-Avukat Ġenerali tar-Repubblika.
Leg 9 PQ #12245 Sitting 220 2000-01-17 Oral · Final From: CHRIS CARDONA To: Ministeru għal Għawdex

Ċelebrazzjonijiet tal-Millenju — Tenders għal xogħlijiet

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm inħarġu tenders għal xogħlijiet in konnessjoni maċ-Ċelebrazzjonijiet tal-Millenju f'Għawdex? Kemm swiet kull tender u lil min ingħatat? Kemm kienet l-istima oriġinali għal kull tender li ngħatat?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #12246 Sitting 220 2000-01-17 Oral · Final From: CHRIS CARDONA To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Allokazzjoni ta' appartamenti

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm ġew allokati appartamenti tal-gvern f'Għawdex mill-5 ta' Settembru, 1998 sal-lum? Liema huma dawn l-appartamenti u lil min ingħataw? Kemm kienet il-kera kummerċjali u sussidjata fuq kull appartament li ngħata?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li mill-5 ta' Settembru 1998 sat-12 ta' Jannar 2000 ġie allokat appartament wieħed bin-numru 8 fi Block D, Taċ-Ċawla Housing Estate, Victoria. L-inkwilini huma s-Sur u s-Sinjura Camilleri. Il-kera kummerċjali hu ta' Lm215 fis-sena, filwaqt li dak issussidjat li l-koppja Camilleri qed iħallsu huwa ta' Lm193.50.
Leg 9 PQ #12247 Sitting 220 2000-01-17 Oral · Final From: CHRIS CARDONA To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Passaporti

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm inħarġu permessi f'Għawdex mill-1994 sal-lum? Kemm ġew reġistrati mwiet fl-istess Uffiċċju tal-Passaporti minn mindu bdew ikunu reġistrati hemmhekk? Kemm saru talbiet għal ċittadinanza doppja fl-istess uffiċċju mill-1996 sal-lum? Hemm xi uffiċjal li qed jagħmel ċertu xogħol konness ma' dan l-uffiċċju u li mhux ħaddiem fl-istess uffiċċju? Min huwa dan l-uffiċjal, x'inhu xogħlu u kemm tħallas ta' dan ix-xogħol sena b'sena?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li l-Uffiċċju tal-Passaport f'Għawdex ma jipproċessax talbiet rigward permessi u ċittadinanza doppja. Ġew rreġistrati f'dan l-uffċċju 445 mewt mill-4 ta' Mejju 1998 sal-lum. Qabel din id-data l-imwiet kienu jiġu reġistrati mill-Pulizija. B'effett mill-1998 dan l-uffċċju ħallas il-miżata ta' Lm100 kull sena lil ex uffiċċjal is-Sur George Cassar għal servizzi ta' 'Arabic Translations' konnessi ma' dan l-Uffiċċju.
Leg 9 PQ #12294 Sitting 220 2000-01-17 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — Kartolini

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm intnefqu flus f'kartolini, f'envelopes u f'pustaġġ biex intbagħtu l-kartolini tal-Milied 1999 mill-uffiċċju tagħha u mid-dipartimenti, korporazzjonijiet u entitajiet oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha, separtament? Tista' tgħid f'kull każ fejn ġew stampati dawn il-kartolini u jekk intalbux kwotazzjonijiet għal dan? Tista' tgħid lil minn intbagħtu dawn il-kartolini?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #12334 Sitting 220 2000-01-17 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru għal Għawdex

Gozo Channel — Seaman's book

Question

Tista' l-Ministru tispjega għaliex fil-mistoqsija parlamentari numru 12198 m'hux xieraq li jkunu ppubblikati l-ismijiet? Tista' almenu tagħti l-informazzjoni b'mod konfidenzjali?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ma għandix xi nżid mar-risposta li tajt għall-mistoqsija numru 12198.
Leg 9 PQ #12507 Sitting 220 2000-01-17 Oral · Final From: FREDERICK AZZOPARDI To: Ministeru għal Għawdex

Rabat — Triq 31 ta' Marzu - Xogħlijiet

Question

Peress li l-parti tan-nofs ta' Triq 31 ta' Marzu, Rabat, għadha mħarbta ħafna u għalhekk qed tkun ta' inkonvenjent għal dawk li jiffrekwentaw iċ-ċentru pastoral Ragħaj it-Tajjeb, kif ukoll qed tkun kaġun ta' tajn fil-knisja meta tagħmel ix-xita, tista' l-Ministru tgħid jekk huwiex possibbli li jsiru x-xogħlijiet meħtieġa biex tiġi rranġata din it-triq?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li l-parti tat-triq imsemmija mill-Onor Interpellant hija parti minn triq privata u fiċ-ċirkostanzi ma' jistax isir xogħol fiha.
Leg 9 PQ #12209 Sitting 217 2000-01-11 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — Xiri ta' karozzi

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm inxtraw karozzi bejn l-1987 u l-1996 mill-Ministeru, dipartimenti u mill-entitajiet li jaqgħu taħtha? Tista' l-Ministru tgħid x'marka jew ditta kienu dawn il-karozzi? Tista' tgħid kemm ġew jiswew fi flus il-karozzi b'mod separat?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Qegħda nagħti hawn taħt l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant rigward il-karozzi li nxtraw mid-dipartiment u s-sezzjonijiet tal-Ministeru għal Għawdex bejn l-1987 u l-1996. Dipartiment/Sezzjoni Xahar li fiħ inxtrat Marka Prezz il-karozza Lm Segretarjat Privat Diċembru 1988 Mercedes Benz 8644 190 Di ċembru 1992 Hyundai Excel 4970 Segretarjat Permanenti Diċembru 1992 Hyundai Excel 4500 Dipartiment għas- Servizzi Korporattivi Novembru 1995 Kia Mentor 4491 Dipartiment tal- Customer Services Mejju 1996 Kia Mentor 4434 Dipartiment tal- Proġetti u Żvilupp Marzu 1994 Skoda Foreman 3410 GLX 135 Novembru 1995 Kia Mentor 4491
Leg 9 PQ #12119 Sitting 216 2000-01-11 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru għal Għawdex

Sptar Ġenerali — Operazzjonijiet

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm saru operazzjonijiet fl-Isptar Ġenerali ta' Għawdex mill-1 ta' Jannar sa l-1 ta' Diċembru, 1999? Kemm minnhom saru taħt general anaesthesia u kemm minnhom saru taħt local anaesthesia, spinal anaesthesia jew taħt sedation? Kemm-il twelid sar fl-Isptar Ġenerali mill-1 ta' Jannar, 1999 sa l-1 ta' Diċembru, 1999? Kemm minnhom kienu ċesarji?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li: 1. Mill-1 ta' Jannar sa l-1 ta' Diċembru 1999 saru 1981 operazzjoni. 2. Dawn saru kif ġej: (i) general anaesthesia 764 (ii) local anaesthesia 705 (iii) spinal anaesthesia 47 (iv) epidural anaesthesia 13 (v) sedation 452 3. Mill-1 ta' Jannar 1999 sa l-1 ta' Diċembru 1999 twieldu 304 (156 subien u 148 bniet). 4. 54 minnhom kienu ċesarji.
Leg 9 PQ #12120 Sitting 216 2000-01-11 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Każi ta' qtil

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm-il murder sar f'Għawdex mill-1 ta' Jannar, 1999 sa l-1 ta' Diċembru, 1999? Kemm minn dawn il-murders ġew solvuti u minn min tmexxiet l-investigazzjoni f'kull każ?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Leg 9 PQ #12121 Sitting 216 2000-01-11 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru għal Għawdex

Sptar Ġenerali — Dipartiment ta' l-Emerġenza - Pazjenti

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm daħlu nies id-Dipartiment ta' l-Emerġenza fl-Isptar Ġenerali ta' Għawdex mill-1 ta' Jannar, 1999 sa l-1 ta' Diċembru, 1999? Issir sistema ta' triage fl-emerġenza ta' l-isptar ta' Għawdex biex tkun stabbilita l-urġenza tal-każ? Jekk issir, x'inhu l-persentaġġ ta' kull kategorija tal-pazjenti li daħlu mill-1 ta' Jannar, 1999 sa l-1 ta' Diċembru, 1999 fl-Emerġenza ta' l-Isptar Ġenerali ta' Għawdex?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li : 1. bejn l-1 ta' Jannar 1999 u l-1 ta' Diċembru 1999 daħlu 12140 pazjent fid-Dipartiment ta' l-Emerġenza fl-Isptar Ġenerali ta' Għawdex; u 2. m'hemmx sistema ta' triage fl-emerġenza ta' l-Isptar Ġenerali ta' Għawdex.
Leg 9 PQ #12122 Sitting 216 2000-01-11 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru għal Għawdex

Gozo Channel — Vjaġġi

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm-il trip sar mill-vapuri tal-Gozo Channel mill-1 ta' Jannar, 1999 sal-15 ta' Diċembru, 1999? Kemm-il darba l-vapuri tal-Gozo Channel ħadmu għal Sa Maison f'dan il-perjodu? Kemm qasmu passiġġieri u karozzi kull xahar mill-1 ta' Jannar, 1999 sal-15 ta' Diċembru, 1999? Meta hemm il-ħsieb li jidħol fil-flotta tal-Gozo Channel il-vapur il-ġdid "Madonna ta' Pinu"? Meta hemm il-ħsieb li jsir il-moll taċ-Ċirkewwa biex il-vapuri jkunu jistgħu jitrakkaw fil-maltemp?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li n-numru tat-trips li saru mill-vapuri tal-Gozo Channel mill-1 ta' Jannar 1999 sal-15 ta' Diċembru 1999 kien ta' 19,856 u li 598 minnhom kienu vjaġġi li saru għal Sa Maison. Matul l-istess perijodu kien hemm 2,893,739 passiġġier u 647,294 karozza li qasmu bejn il-gżejjer bil-vapuri tal-Gozo Channel u dawn huma mqassma xahar b'xahar kif jidher hawn taħt: Passiġġieri Karozzi J annar 134,374 34,823 Frar 153,333 37,547 Marzu 220,576 49,503 April 277,093 56,957 Mejju 265,418 55,9 47 Ġunju 286,700 63,539 Lulju 348, 209 75,801 Awissu 391,433 85,390 Se ttembru 313,373 69,247 Ottubru 260,8 04 57,698 Novembru 175,647 41,886 1 ta' Diċembru sal-15 ta' Diċembru 1999 66,779 18,956 Il-vapur 'TA' PINU' hu mistenni li dalwaqt jiġi mogħti lil Gozo Channel u li jidħol fis-servizz xi ftit ġimgħat wara. Ix-xogħol fuq il-moll taċ-Ċirkewwa għandu jinbeda mill-aktar fis possibbli.
Leg 9 PQ #12123 Sitting 216 2000-01-11 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Inċidenti tat-traffiku

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm saru inċidenti tat-traffiku f'Għawdex mill-1 ta' Jannar, 1999 sa l-1 ta' Diċembru, 1999? Kemm minnhom spiċċaw pazjenti l-isptar u kemm minnhom spiċċaw fiċ-ċentri tas-saħħa f'Għawdex konsegwenza ta' dawn l-inċidenti? Kemm minn dawn il-pazjenti nvoluti f'inċidenti tat-traffiku kellhom feriti ta' natura ħafifa u kemm kellhom feriti ta' natura gravi? Kemm minnhom tilfu ħajjithom u x'kienet l-eta' ta' kull vittma?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li mill-1 ta' Jannar, 1999 sat-30 ta' Novembru, 1999 kien hemm 158 inċident tat-traffiku li ġew riferuti lill-faċilitajiet tas-saħħa f'Għawdex. 148 każ spiċċaw l-Isptar Ġenerali ta' Għawdex u 10 fiċ-Ċentru tas-Saħħa. 31 persuna involuti f'dawn l-inċidenti sofrew feriti ta' natura gravi u daħħlu l-Isptar Ġenerali ta' Għawdex, li minnhom 4 intbagħtu l-Isptar San Luqa, Malta, filwaqt li 127 sofrew feriti ta' natura ħafifa u ntbagħtu d-dar. Persuna waħda biss involuta f'inċident tat-traffiku miet u dan kien ġuvni ta' 26 sena li miet fl-Isptar San Luqa.
Leg 9 PQ #12104 Sitting 215 2000-01-10 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Vapur "Ix-Xlendi"

Question

Tista' l-Ministru tgħid x'passi beħsiebu jieħu l-Ministeru għal Għawdex biex il-vapur "Ix-Xlendi" li ġie mgħarraq ftit 'il barra minn Għajnsielem u li sfortunatament inqaleb wiċċu 'l isfel u issa jien informat li nħareġ aktar 'il barra bil-maltemp, dan ma jitħalliex jaqa' fis-sies fond li hemm fil-viċinanza fejn l-aċċessibbilta' għalih mill-għaddassa isir aktar diffiċli? Hemm ħsieb li jinġiebu tug boats biex jiġbduh lura, jaqilbuh wiċċu 'l fuq u possibbilment jankrawh biex ma jerġax jinġarr bil-maltemp?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li l-Gozo Tourism Association qegħda tagħmel evalwazzjoni tas-sitwazzjoni biex ikunu jistgħu jittieħdu l-miżuri li jkun hemm bżonn.
Leg 9 PQ #12176 Sitting 215 2000-01-10 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Skejjel — Perit Tekniku

Question

Tista' l-Ministru tgħid min kien il-perit tekniku nkarigat biex jagħmel r-rapport dwar il-manutenzjoni ta' l-iskejjel? L-istess perit tħallas ta' dan ir-rapport u kemm tħallas?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li l-perit tekniku inkarigat biex jagħmel ir-rapport dwar il-manutenzjoni ta' l-iskejjel kien is-Sur Maurice Galea. Dan il-perit tħallas il-miżata ta' sitt mija u disgħin liri Maltin (Lm690) skond it-tariffi applikabbli.