Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #14292 Sitting 250 2000-02-28 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru għal Għawdex

Ministru għal Għawdex — Management meetings

Question

Tista' l-Ministru tgħid minn meta saret Ministru għal Għawdex sal-lum kemm għamlet Management Meetings tal-ministeru tagħha? Ma' liema diretturi għamlet dawn il-meetings? Liema proġetti, inzijattivi u xogħlijiet ġew diskussi? Min kien is-segretarju ta' dawn il-laqgħat?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nagħmel management meetings kull meta u kif jidhirli xieraq.
Leg 9 PQ #14328 Sitting 250 2000-02-28 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — Impjegati

Question

Tista' l-Ministru tgħid x'inhi r-raġuni li persuni mpjegati mal-gvern li jkunu ħadu 20 ġurnata sick leave, mhuwiex qiegħed ikollhom il-leave tagħhom approvat?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li fil-Ministeru għal Għawdex m'hemm l-ebda prassi li impjegati li jkunu ħadu 20 ġurnata sick leave ma jkollhomx il-leave tagħhom approvat.
Leg 9 PQ #14034 Sitting 245 2000-02-21 Oral · Final From: ALFRED SANT To: Ministeru għal Għawdex

Joymar Company Limited/Road Construction Limited

Question

Tista' l-Ministru tikkonferma li la hi personalment u lanqas familjari diretti magħha ma għandhom konnessjonijiet, diretti jew indiretti, ta' natura finanzjarja, kummerċjali jew ta' mpjieg, konsulenza u ownership mal-kumpanniji Joymar Company Limited u Road Construction Limited?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li jiena u l-familjari tiegħi m'għandna l-ebda interess fil-kumpaniji msemmija.
Leg 9 PQ #14065 Sitting 245 2000-02-21 Oral · Final From: CARMELO BORG To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Proċeduri dixxiplinari

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm inbdew proċeduri tad-dixxiplina mid-dipartimenti rispettivi li jaqgħu taħt il-ministeru tagħha, dipartiment b'dipartiment, bejn l-1 ta' Jannar, 1999 u l-aħħar ta' Jannar, 2000?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #14066 Sitting 245 2000-02-21 Oral · Final From: CARMELO BORG To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Corporate Services - Impjegati

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm huwa l-istaff u liema huma l-gradi li jaqgħu taħt id-direttur tal-corporate services fil-ministeru tagħha? Kemm hemm uffiċjali fil-gradi minn principal 'l fuq, grad bi grad? X'inhuma d-doveri speċifiċi ta' kull uffiċjal fi ħdan dan id-dipartiment?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li b'kollox hemm 57 impjegat li jaqgħu taħt id-Direttur għas-Servizzi Korporattivi fil-Ministeru għal Għawdex. Dawn l-impjegati huma f'dawn il-gradi: Senior Principal, Principal, Assistant Principal, Executive Officer, Clerk, Senior Tradesman, Senior Operative, Supervisor, Messaġġier, Operative, Senior Postperson, Health Assistant, Pustiera, Hospital Auxiliary u General Hand. Minn dawn l-impjegati hemm 4 Senior Principals u 5 Principals. Id-doveri ta' l-uffiċċjali fi ħdan dan id-dipartiment huma kif inhu skedat hawn taħt: Grad Numru Doveri Senior Principals 2 Finance Managers, wiehed fuq il-Vot Kapitali u l-ieħor fuq il-Vot Rikorrenti 1 Human Resources Manager 1 Senior Auditor Principals 2 Accounts 1 Personnel Officer 1 Inkarigat mill-Procurements u supplies 1 Jimmoniterja r-risposti għall-Mistoqsijiet Parlamentari kollha li jirrigwardjaw lil Għawdex Assistant Principals 1 Inkarigata mir-Registry Executive Officers 2 Diversi doveri fir-Registry 2 Accounts 1 Cons umer Affairs 1 Personnel Section 2 Fil-preżent huma fuq Parental Leave Clerks 6 Diversi doveri fis-Sezzjoni ta' l-Accounts 4 Registry 1 Fil-pr eżent qegħda fuq Parental Leave Senior Tradesman 2 Assenjati mal-Librerija tal-Katidral Postperson 1 Registry Sup ervisors 2 Jagħmlu spezzjonijiet fuq il-lantijiet tax-xogħol Messaġġiera 2 Jagħmlu xogħol messinġerjali Operative 1 Responsabbli għaż-żamma tas-swali ta' l-esibizzjonijiet General Hands 2 Tqassim ta' files u photocopying 2 Xogħol ta' tindif 2 Xogħol ta' operator fuq il-PABX taċ-Ċentru Amministrattiv Barra minn dawn id-Dipartiment għandu wkoll Clerk, Health Assistant, 2 Senior Postpersons, Gardener, 2 postpersons, Senior Operative, Operative, 2 Hospital Auxiliaries u 3 General Hands li fil-preżent qed jagħmlu xogħol fil-heliport in konnessjoni mas-servizz tal-helicopter.
Leg 9 PQ #14067 Sitting 245 2000-02-21 Oral · Final From: CARMELO BORG To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Equipment

Question

Tista' l-Ministru tagħti lista ta' apparat u equipment li nxtara għall-iskejjel Għawdxin u għall-Isptar Ġenerali ta' Għawdex matul is-sena 1999? Kemm minnhom f'kull każ? Il-kwotazzjoni u l-offerti ġew deċiżi minn adjudicating board? Kemm inxtraw bid-dirett?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

L-informazzjoni mitlub qiegħda tinġabar.
Leg 9 PQ #14078 Sitting 245 2000-02-21 Oral · Final From: GEORGE VELLA To: Ministeru għal Għawdex

Ministru għal Għawdex — Safar

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm-il darba siefret fuq xogħol tal-Gvern matul l-1999? Għal kull okkażjoni, tista' tgħid: (a) x'kienet l-okkażjoni; (b) liema pajjiż/pajjiżi żaret; (ċ) tul ta' visita; (d) x'kien il-programm uffiċjali ta' kull visita u laqgħat uffiċjali komposta d-delegazzjoni li akkumpanjata; (e) rwol ta' kull membru tad-delegazzjoni; (f) kemm qamet lill-poplu Malti fi spejjeż kull visita; u (g) x'kien l-eżitu ta' kull missjoni li għamlet mil-lat politiku?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li jiena mort tliet darbiet fuq xoghol tal-Gvern barra minn Malta fl-1999 kif jidher hawn taħt: 1. Franza mit-28 ta' Jannar 1999 sal-31 ta' Jannar 1999 2. Canada u l-Istati Uniti mid-9 ta' Settembru sad-19 ta' Settembru 1999 3. L-Isvezja mit-22 sas-26 ta' Ġunju 1999 Għar-rigward it-tnejn ta' l-ewwel nirreferi lill-Onor Interpellant għar-risposti mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari 8218 u 9728 rispettivament. Għar-rigward it-tielet, jiena u s-Segretarju Permanenti fil-Ministeru attendejna konferenza tal-Kummissjoni tal-Gżejjer tal-Konferenza tar-Reġjuni Periferali u Marittimi ta'l-Ewropa. L-ispejjez ta' l-ajru kienu Lm1096.36 filwaqt li l-ispejjez l-oħra kienu Lm1114.11. F'din il-konferenza jiena kont pproponejt li jibdew isiru ta' kull sena fil-gżejjer imsieħba festivals ta' kulturi u folklor tal-gżejjer parteċipanti. Il-proposta tieghi ġiet milqugħa unanimament. S'issa ġa hemm 14-il gżira minn diversi pajjiżi ewropej li se jieħdu sehem f'dawn il-festivals. Il-Kummissjoni Ewropeja ħadet interess f'din il-proposta u talbet li jsiru diskussjonijiet dwar kif l-istess Kummissjoni tista' tiffinanzja dawn il-festivals. Dawn id-diskussjonijiet ġa bdew. Barra minn hekk, meta kont il-Konferenza, ltqajt ma' l-awtoritajiet tal-gżira ta' Gotland u ddiskutejna possibilitajiet ta' koperazzjoni bejnietna. B'riżultat ta' dan, hemm prospetti tajba ħafna li Għawdex se jgawdi minn programm speċjali ta' koperazzzjoni u ġemellaġġ bejn Għawdex u Gotland li se sjir fl-okkażjoni tal-Presidenza Svediża ta' l-Unjoni fl-ewwel nofs tas-sena d-dieħla. Dan il-programm se jkun iffinanzjat kollu kemm hu mill-Kummisssjoni Ewropeja li se toħroġ għalih madwar 300,000 Euro.
Leg 9 PQ #13168 Sitting 239 2000-02-09 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — Ħaddiema li spiċċaw

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm kien in-numru ta' ħaddiema Maltin u Għawdxin li spiċċaw jaħdmu mid-dipartiment li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-ministeru matul l-1998 u l-1999? Kemm kien in-numru ta' ħaddiema li matul l-1999 ġew trasferiti għal dipartimenti ta' ministeri oħra u xi grad kellhom?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li b'kollox kien hemm 155 ħaddiema fil-Ministeru għal Għawdex li spiċċaw jaħdmu matul il-1998 u l-1999 kif ukoll ħaddiema ieħor li kien trasferit għal Ministeru ieħor matul l-1999. Din l-informazzjoni hija skedata hawn taħt, dipartiment b'dipartiment: Dipartiment Ħaddiema li spiċċaw Ħaddiema trasferiti għal matul l-1998 u l-1999 dipartimenti f'Ministeri oħra Servizz i Korporattivi xejn xejn Customer Services 101 1 Proġetti u Żvilupp 54 xejn
Leg 9 PQ #13473 Sitting 238 2000-02-09 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — Ħlas ta'overtime

Question

Tista'l-Ministru tgħid x'kien l-ammont ta' overtime li tħallas fl-1999 lill-impjegati tal-gvern fid-diversi taqsimiet tad-dipartimenti li jaqgħu taħt ir-responsabbilita' tagħha, dipartiment b'dipartiment?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Risposta tingħata f'seduta oħra.
Leg 9 PQ #13468 Sitting 237 2000-02-08 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — Xiri ta' karozza

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm swietu lill-Gvern il-karozza ġdida li għadha kemm inxtrat għas-Segretarju Permanenti għal Għawdex? Tista' tgħid jekk sarux sejħiet għall-offerti jew kwotazzjonijiet lin-negozjanti tal-karozzi? X'sar minnha l-karozza li kien hemm qabel?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li l-Ministeru għal Għawdex se jkun ħallas Lm7393 għax-xiri tal-karozza għas-Segretarju Permanenti. Lm1295.87 minn din in-nefqa huma għall-VAT u Lm65 għal-liċenzja u pjanċi. Ntalbet kwotazzjoni waħda għax-xiri ta' din il-karozza. Nixtieq ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li diġa' ħarġet sejħa għall-offerti għall-bejgħ tal-karozza li s-Segretarju Permanenti kellu qabel.
Leg 9 PQ #13492 Sitting 235 2000-02-07 Oral · Final From: FRANCIS AGIUS To: Ministeru għal Għawdex

Servizz Ċivili — Tobba impjegati f'Għawdex

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm tobba fl-impieg mal-gvern, dixxiplina b'dixxiplina fis-servizz tas-saħħa f'Għawdex?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li hemm 13-il konsulent, 2 reġistraturi u 10 tobba li huma assenjati fl-Isptar Ġenerali ta' Għawdex. Dawn huma mqassmin, dixxiplina b'dixxiplina, kif hu skedat hawn taħt: Dixxiplina Numru ta' Konsulenti / Reġistraturi Numru ta' Tobba Mediċina 2 konsulenti 2 reġistraturi 2 Kirurġija 2 konsulenti 2 Anestesija 2 konsulenti xejn Ġinekoloġija 2 konsulenti 1 Ortopedija konsulent 1 Patoloġija konsulent xejn Radjoloġija konsulent xejn Emerġenza xejn 2 Donazzjoni tad- demm / Ġerjatrija xejn 1 Pedjatrija konsule nt xejn Oftalmoloġija konsulent 1 It-tobba li għalihom għamilt referenza fuq huma assenjati fil-post tagħhom fuq bażi ta' rotazzjoni ta' tliet xhur. Tlieta minn dawn it-tobba qegħdin fil-preżent fuq leave bla ħlas minħabba studju filwaqt li tnejn oħra qegħdin fuq frank speċjali għall-ġenituri. Apparti dawn, hemm ukoll 9 tobba oħra assenjati fiċ-Ċentru tas-Saħħa f'Għawdex. Fil-preżent waħda minn dawn it-tobba hija fuq 'maternity leave' filwaqt li ieħor jinsab fuq 'sick leave' fit-tul.
Leg 9 PQ #13494 Sitting 235 2000-02-07 Oral · Final From: FRANCIS AGIUS To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Konsulent fl-Oftalmoloġija

Question

Peress li kienet ħarġet sejħa għall-applikazzjonijiet għal konsulent fl-oftalmoloġija ġewwa Għawdex fl-1998 tista' l-Ministru tgħid x'ġara s'issa u tagħti spjega għal dan id-dewmien biex timtela' din il-kariga?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li s-sejħa għal konsulent fl-oftalmoloġija f'Għawdex bħalissa waslet fl-istadju fejn il-kriterji kif proposti mill-Board tal-Għażla qegħdin jiġu kkunsidrati mill-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku. Malli dawn il-kriterji jiġu approvati mill-Kummissjoni, il-Board ikun jista' jkompli bl-intervisti. B'xorti ħażina d-dewmien kien kawżat minħabba l-mard taċ-Chairman tal-Board u l-ħatra ta' Chairman ġdid minfloku, proċess li jieħu xi ftit fit-tul.
Leg 9 PQ #12458 Sitting 234 2000-02-02 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — Ħaddiema ġodda

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda fid-dipartimenti jew entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha mis-16 ta' Settembru, 1999 sal-4 ta' Jannar, 2000? Tista' tgħid ukoll jekk ġewx impjegati ħaddiema ġodda meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi? Jekk jirriżulta li ġew impjegati ħaddiema ġodda mingħajr applikazzjonijiet tista' l-Ministru tgħid kemm dawk impjegati kienu ilhom applikati għall-imsemmi impjieg? U jekk jirriżulta li lanqas kienu applikati għall-imsemmi impjieg tista' tgħid xi kriterji ntużaw biex dawn ingħataw l-impjieg in kwestjoni?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li bejn is-16 ta' Settembru 1999 u l-4 ta' Jannar 2000 ġew impjegati 4 ħaddiema ġodda fid-dipartimenti li jaqgħu taħt il-Ministeru għal Għawdex. Ilkoll kemm huma ġew impjegati mid-Dipartiment tal-Customer Services wara sejħa għall-applikazzjonijiet. Ta' min jgħid li minn dan it-total, wieħed huwa Ward Clerical Assistant u tlieta huma Care Workers.
Leg 9 PQ #12983 Sitting 233 2000-02-02 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — Karozzi impressed

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm għandha karozzi impressed magħha? Tista' tgħid kemm hemm mal-Ministeru jew dipartimenti li jaqgħu taħtha? Tista' tgħid x'inhi s-sitwazzjoni ta' dawn il-ħaddiema llum, meta l-gvern kien wegħedhom li se jiġu mpjegati diretti mal-gvern qabel l-elezzjoni?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li l-Ministeru għal Għawdex għandu b'kollox 24 karozza impressed fid-dipartimenti li jaqgħu taħtu. 15 minnhom huma ngaġġati mid-Dipartiment tal-Customer Services filwaqt li d-9 l-oħra huma ngaġġati mid-Dipartiment tal-Proġetti u Żvilupp. Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel l-aħħar parti tal-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Leg 9 PQ #12445 Sitting 232 2000-02-01 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — Y2K

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm intnefqu flus biex jittieħdu l-miżuri mill-ministeru, dipartimenti, korporazzjonijiet u entitajiet oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha biex tiġi evitata l-problema tal-Y2K (Millenium Bug)? Tista' tgħid min kien inkarigat li jagħmel dan ix-xogħol u fuq liema kriterji ntgħażel?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li l-Ministeru għal Għawdex nefaq is-somma ta' Lm10,399.78,0 b'kollox sabiex jieħu l-miżuri neċessarji biex tiġi evitata l-problema tal-Y2K. Minn dan l-ammont is-somma ta' Lm7,702 kienet minfuqa mid-Dipartiment għas-Servizzi Korporattivi sabiex il-kompjuters ikunu 'Y2K Compliant' u din is-somma kienet tikkonsisti fi spiża ta' Lm3,746 f'hardware u f'dik ta' Lm3,956 f'xogħol. Il-MITTS Ltd kienet inkarigata li tagħmel dan ix-xogħol a bażi tal-kuntratt iffirmat bejn il-MITTS Ltd u d-Dipartiment għas-Servizzi Korporattivi. Barra minn dan, id-Dipartiment tal-Customer Services nefaq is-somma ta' Lm1,680.58,0 sabiex tiġi stallata sistema ta' 'emergency light points' f'kull sala ta' l-Isptar Ġenerali ta' Għawdex. Dan ix-xogħol sar mill-ħaddiema ta' l-Isptar stess. Id-Dipartiment tal-Proġetti u Żvilupp nefaq is-somma ta' Lm1,017.20,0 sabiex jikri 'stand by vacuum bowsers' mingħand id-ditti Ganpet Ltd u G.E.S. Ltd wara li ħareġ sejħa għall-offerti.
Leg 9 PQ #12926 Sitting 226 2000-01-25 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Vapur "Ta' Pinu"

Question

Tista' l-Ministru tikkonferma rapporti li għalkemm iċ-ċerimonja ta' l-għoti ta' l-isem lill-vapur "Ta' Pinu" se ssir fit-Tarzna tal-Marsa, xorta waħda se ssir ċerimonja oħra f'Għawdex? Jekk iva, x'inhu l-iskop għal dawn iċ-ċerimonji doppji?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li ċ-ċerimonja ta' l-għoti ta' l-isem lill-vapur 'TA' PINU' se ssir fit-Tarzna tal-Marsa fuq ix-xewqa tal-ħaddiema tal-Malta Shipbuilding stess. Mhu se ssir l-ebda ċerimonja oħra ta' l-għoti ta ' l-isem f'Għawdex, imma l-Kumpanija Gozo Channel bi ħsiebha tagħmel riċeviment f'Għawdex li għalih fost l-oħrajn ikunu mistiedna l-impjegati tal-kumpanija. Dan ir-riċeviment jikkonċidi ma' l-20 Anniversarju minn mindu bdiet topera l-kumpanija, kif ukoll mad-dħul fis-servizz tal-vapur il-ġdid 'TA' PINU'.
Leg 9 PQ #12722 Sitting 225 2000-01-24 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — Vetturi

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm jammontaw in-numru ta' vetturi li ġew mogħtija permezz ta' donazzjoni lill-Ministeru, dipartimenti, korporazzjonijiet u entitajiet oħra li jaqgħu taħtha mill-1987 sa l-1996? Tista' tgħid x'tip ta' vetturi u ditta jew marka huma? Minn min ġew mogħtija? F'liema sena ġew mogħtija?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li b'kollox kien hemm tliet vetturi li lkoll ġew mogħtija lill-Isptar Ġenerali ta' Għawdex mill-1987 sal-1996. Dawn il-vetturi kienu Mercedes Bus mogħtija mill-Welfare Committee f'Novembru 1991, Kia Asia Bus mogħtija minn Maria Bugeja Cash for Cancer f'Diċembru 1995 u Volkswagen Van mogħtija mill-Gozo Friends of the Sick and the Elderly fi Frar 1997.
Leg 9 PQ #12742 Sitting 225 2000-01-24 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għal Għawdex

Ċelebrazzjonijiet tal-Millenju — Tenders għal xogħlijiet

Question

Tista' l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 12245 u tikkonferma jekk ġewx dejjem osservati l-Financial Regulations tal-gvern?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li nħarġu żewġ tenders u li ġew ippubblikati fil-gażżetta tal-Gvern. Dawn ngħataw lil Prostage Ltd għas-somma ta' Lm8625 u lil Sourcelite Ltd għas-somma ta' Lm7031.50. Dawn it-tenders kienu approvati mill-Ministeru tal-Finanzi skond ir-Regolamenti Finanzjarji.
Leg 9 PQ #12312 Sitting 223 2000-01-19 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — Riċevimenti

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm intnefqu flus f'riċevimenti fl-okkażjoni tal-festi tal-Milied 1999 u l-bidu tas-sena 2000 mill-uffiċċju tagħha u mid-dipartimenti, korporazzjonijjiet u entitajiet oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha, separatament? Tista' tgħid f'kull okkażjoni minn fejn ġie ordnat l-ikel u x-xorb u jekk f'kull każ intalbux kwotazzjonijiet għal dan? Tista' tgħid min ġie mistieden għal dawn ir-riċevimenti?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Bħala pajjiż ċivili hija użanza li jsiru riċevimenti fl-okkażjoni tal-Milied. Dan il-Gvern ma għandu ebda ħsieb jibdel din l-użanza. Jekk l-Onorevoli Interpellant jispjega sodisfaċentement għaliex qed jitlob l-informazzjoni dettaljata inkun f'pożizzjoni li nordna li tinġabar din l-informazzjoni.
Leg 9 PQ #12307 Sitting 222 2000-01-18 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — Rigali

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm intnefqu flus f'rigali fl-okkażjoni tal-Milied 1999 u l-bidu tas-sena 2000, mill-uffiċċju tagħha u mid-dipartimenti, korporazzjonijiet u entitajiet oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha, separatament? Tista' tgħid f'kull każ lil min ingħataw dawn ir-rigali? Tista' tgħid xi kriterji ntużaw biex ingħataw dawn ir-rigali lil dawn l-individwi?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ma ngħataw ebda rigali minni lil xi individwi fl-okkażjoni tal-Milied 1999 u l-bidu tas-sena 2000 minħabba l-kariga tiegħi. Barra minhekk, ninsab infurmata li l'anqas jirriżulta li ngħata xi rigal ghall-istess okkażjoni mill-Uffiċċju tiegħi.