Road Construction Co. Ltd/JOYMAR Co. Ltd — Kuntratti
Question
Mill-5/9/98, tista' l-Ministru tgħid kemm ħadu kuntratti mal-Gvern f'Għawdex il-kumpanniji: Road Construction Co. Ltd u JOYMAR Co. Ltd?
Tista' tagħti lista sħiħa ta' dawn ix-xogħlijiet?
Kemm minnhom kienu b'tender jew le?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jiena nfurmata li mill-5 ta' Settembru 1998 sal-llum, il-kumpaniji Road Construction Co Ltd u Joymar Co Ltd ħadu l-kuntratti u x-xogħol kif murija fil-lista li qed npoġġi fuq il-mejda tal-kamra.
B'riferenza għat-tweġiba mogħtija mill-Prim Ministru għall-mistoqsija parlamenti numru 14096, tista' l-Ministru tgħid kemm għad fadal, fid-dipartimenti li jaqgħtu taħt ir-responsabbilta' tagħha, talbiet għall-accumulation of leave li għadhom ma ntlaqgħux? Tista' tgħid min ta' l-ordni għal xi proċeduri ġodda dwar talbiet bħal dawn ladarba l-Prim Ministru qal li ma kien hemm ebda policy ġdida dwar l-accumulation of leave?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
L-informazzjoni mitluba fl-ewwel parti tal-Mistoqsija tingħata f'xi seduta oħra.
Għar-rigward it-tieni parti, jiena nfurmata li s-Segretarju Permanenti ta struzzjonijiet lid-Diretturi biex meta jkollhom talbiet għal akkumulazzjoni ta' Vacation Leave mill-impjegati tagħhom jieħdu in konsiderazzjoni:
i) in-numru ta' jiem li l-applikanti jkunu ħadu bħala leave għal mard matul is-sena li tagħha ikunu qed jitolbu li jfaddlu l-vacation leave; u
ii) każijiet meta l-applikanti ma jkunux nstabu d-dar meta t-tabib imqabbad mill-Ministeru jkun mar jżurhom għall-verifika tal-mard tagħhom.
Jiena nfurmata li s-Segretarju Permanenti ħareġ dawn l-istruzzjoni wara li rriżultawlu każijiet fejn impjegati kienu qed jitolbu li jfaddlu l-vacation leave meta
a) kienu ħadu ġimħat sħaħ ta' leave tal-mard fejn il-ġenwinita' tiegħu kienet serjament dubbjuża jew
b) għal aktar minn darba ma kinux nstabu d-dar meta t-tabib mar jżurhom biex jivverifika l-mard tagħhom.
B'riferenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 14093, tista' l-Ministru tgħidilna kemm hu l-ammont totali pendenti ta' ħlasijiet li għad baqa' jsiru in konnessjoni maċ-ċelebrazzjonijiet tal-millenju? Tista' tgħidilna kemm hu l-kont pendenti li jenħtieġ l-awtorizzazzjoni tal-finanzi? Kemm ilu pendenti u għaliex din l-awtorizzazzjoni ma nġabitx minn qabel skond ir-regolamenti finanzjarji?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jiena nfurmata li l-ammont totali ta' ħlasijiet pendenti in konnessjoni maċ-ċelebrazzjonijiet tal-millennju f'Għawdex huma ta' Lm33,628. Il-kont li jeħtieġ l-awtorizzazzjoni tal-Finanzi huwa ta' Lm3,000 u jirregwardja l-miġja ta' Orkestra mill-Italja għaċ-Ċelebrazzjonijiet ta ' l-Anniversarju ta' Malta Repubblika li din is-sena kienu ikbar mis-soltu għax kien il-25 Anniversarju u l-aħħar wieħed tat-tieni millennju. Il-kont ilu pendenti mit-13 ta' Diċembru.
Ministeru għal Għawdex — Kumitati/bordijiet governattivi
Question
Tista' l-Ministru tgħidilna għal liema kumitati u bordijiet governattivi l-Ministeru għal Għawdex ikun mitlub biex jinnomina r-rappreżentant jew rappreżentanti tiegħu? Tista' tgħidilna jekk hemmx kumitati u bordijiet fejn il-Ministeru għal Għawdex naqas li jagħmel in-nomini tiegħu? Jekk fl-affermattiv, għaliex ġara dan u għal liema kumitati u bordijiet baqa' ma ġiex nominat rappreżentant?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Naħseb li l-onor interpellant japprezza li l-Ministeru għal Għawdex huwa rappreżentat fil-Kabinett, l-ogħla livell fejn jittieħdu d-deċiżjonijiet u fejn, nista' nassigura lill-onor interpellant, l-interessi ta' Għawdex huma dejjem imħarsa kif jixraq.
Tista' l-Ministru tirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 10344?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jiena nfurmata li s-somma globali ta' shift allowance u overtime li nħadmu u li huma debitament approvati hija kif ġej:
Dipartiment għal Proġetti u Żvilupp
Shift allowance Lm4009.50
Overtime Lm 659.59
__________
Lm4669.09 dovuti lil 48 impjegat
Qed jittieħdu l-passi meħtieġa biex l-ammonti dovuti jitħallsu mill-aktar fis possibbli.
Dipartimenti oħra
Shift allowance xejn
Overtime xejn
B'riferenza għall-parti tal-mistoqsija parlamentari numru 14184, tista' l-Ministru tagħti l-informazzjoni mitluba għas-snin 1998 u 1999 separatament?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jiena nfurmata li matul is-sena 1998 it-tabib għamel 1888-il spezzjoni b'kollox.
Diġa' tajt l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant għas-sena 1999 fir-risposta għall-Mistoqsija numru 14095.
Wara li ġiet riveduta l-iskema ta' viżti mit-tobba għall-impjegati fis-servizz pubbliku li jkunu ma jifilħux, tista' l-Ministru tinformana kemm u min huma t-tobba li ġew ingaġġati għal dan l-inkarigu fid-dekasteru li jaqa' taħtha? Tista' tgħid kemm qed jitħallsu t-tobba konċernati għal kull żjara? Jekk hemm xi forma ta' kuntratt bejn il-ministeru u t-tobba, jista' jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra? Tista' tgħid kemm-il viżta/żjara għamlu għand il-ħaddiema sa l-aħħar ta' Jannar, 2000?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jiena nfurmata li t-tabib li ngħata l-inkarigu li jagħmel il-viżti fuq l-impjegati li ma jkunux jifilħu huwa Dr Coronato Grech. Ma hemm l-ebda kuntratt bejn il-Ministeru u dan it-tabib sabiex isiru dawn il-viżti. Huwa jitħallas extra biss għal viżti i jagħmel barra l-ħin normali tax-xogħol u jitħallas bir-rata ta' overtime ta' Lm3.60,1 fis-siegħa.
Rigward l-aħħar parti tal-Mistoqsija nitlob lill-Onorevoli Interpellant jispeċifika l-perijodu li fih it-tabib għamel dawn il-viżti.
Tista' l-Ministru tgħid jekk hux minnu li nxtrat karozza Volkswagen Bora lis-segretarju permanenti? Jekk fl-affermattiv, kemm intnefqu flus biex inxtrat l-imsemmija karozza? Tista' tgħid jekk l-imsemmija karozza nxtratx minn vot apposta jew inkella l-flus itteħdux minn voti ntiżi għall-affarijiet oħra?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Rigward l-ewwel parti tal-Mistoqsija nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għar-risposta tal-Mistoqsija numru 13468.
Rigward l-aħħar parti tal-mistoqsija jiena nfurmata li peress li kien hemm tifdil fil-fondi għas-salarji u wages u għall-kontribuzzjonijiet tas-Sigurta' Soċjali sar trasferiment għall-item ta' 'transport equipment' minn fejn tħallset il-karozza msemmija.
Tista' l-Ministru tgħid kemm intnefqu flus s'issa fiċ-ċelebrazzjonijiet tal-millennju f'Għawdex? Tista' tgħidilna jekk għadx hemm kontijiet pendenti? Jekk fl-affermattiv, kemm hemm kontijiet li ma jistgħux jitħallsu għax m'hemmx l-awtorizzazzjoni tal-finanzi?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
JIena nfurmata li s'issa tħallsu Lm44,173 għaċ-ċelebrazzjonijiet tal-millennju. Għad hemm kontijiet pendenti li għal wieħed minnhom tinħtieġ l-awtoriżżazzjoni tal-Finanzi.
Tista' l-Ministru tgħidilna kemm hemm kontijiet u ħlasijiet pendenti fil-qorti ta' Għawdex dwar board and lodging u x'qiegħed iżomm li ma jitħallsux? X'sar s'issa biex tingħata l-awtorizzazzjoni meħtieġa ħalli jsir il-ħlas? X'passi se jittieħdu biex il-ħlas eventwalment isir?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jiena nfurmata li l-ammont ta' kontijiet u ħlasijiet pendenti mill-Qorti ta' Għawdex huwa ta' tlett elef u ħamsin Lira Maltin (Lm3050).
Saret talba lill-Finanzi sabiex tinkiseb l-awtorizzazzjoni meħtieġa ħalli jkun jista' jsir il-ħlas.
Tista' l-Ministru tgħidilna kemm daħlu għand id-direttur tas-servizzi korporattivi f'Għawdex rapporti dwar nies morda matul is-sena 1999, dipartiment b'dipartiment? Kemm saru spezzjonijiet mit-tabib tad-dipartiment fl-istess sena u xi ħlasijiet saru għal hekk fl-istess perijodu?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jiena nfurmata li matul is-sena 1999 daħlu b'kollox 19021 rapport għand id-Dipartiment għas-Servizzi Korporattivi dwar impjegati morda. Dawn kienu mqassmin hekk: 5032 fid-Dipartiment tal-Proġetti u Żvilupp, 13513 fid-Dipartiment tal-Customer Services, 407 fid-Dipartiment għas-Servizzi Korporattivi, 30 fis-Segretarjat Permanenti u 39 fis-Segretarjat Privat. Matul l-istess sena t-tabib għamel 3063-il spezzjoni b'kollox.
Rigward l-aħħar parti tal-Mistoqsija nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għar-risposta tal-Mistoqsija Parlamentari Numru 12243.
Tista' l-Ministru tgħid jekk il-post ta' principal health inspector li huwa kap ta' sezzjoni tas-sanita' ta' Għawdex huwiex vakanti? Jekk fl-affermattiv, kemm ilu vakanti u meta hemm il-ħsieb li jimtela' dan il-post?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jiena nfurmata li l-post ta' Principal Health Inspector għal Għawdex ilu vakanti mis-26 t'Ottubru 1998. Se jittieħdu l-passi neċessarji sabiex il-post jimtela.
Tista' l-Ministru tgħid kemm qiegħed jitħallas overtime lill-uffiċjali tal-gvern (on loan) maċ-ċentru ta' Għawdex ta' l-Universita' f'Għawdex?
Min awtorizza dan il-ħlas? Taf il-Ministru jekk hemmx xi mpjegati f'dan iċ-ċentru li qegħdin jitħallsu l-overtime u fl-istess ħin joħorġu kmieni minn fuq ix-xogħol biex jattendu kors? Għandu permess uffiċjali biex jagħmel hekk? Jekk iva, min tahulu?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jiena nfurmata li mill-1 ta' Jannar 1999 sallum ma tħallas l-ebda overtime lill-uffiċċjali tal-Gvern li qegħdin jaħdmu fiċ-Ċentru ta' Għawdex ta' l-Universita'.
Tista' l-Ministru tgħid fiex wasal il-każ ta' dawk l-impjegati fil-Land Registry li nqabdu jagħmlu xogħol privat bis-sistema komputerizzata tal-gvern waqt il-ħin tax-xogħol?
Meta sar l-aħħar follow up tal-każ? Għaliex l-affarijiet donnhom qegħdin jitħallew jorqdu?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 12244.
Tista' l-Ministru tgħid kemm mill-vot kapitali ta' l-isports intnefaq purament fuq apparat u xogħlijiet konnessi direttament ma' l-isports?
X'kien dan l-apparat u fuq liema xogħlijiet saret din in-nefqa?
Kemm kienet in-nefqa f'kull każ?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li matul is-sena 1999, l-ispiża kapitali fuq xogħlijiet ta' titjib ta' faċilitajiet sportivi f'Għawdex kienet ta' Lm14,992.49.
Dawn ix-xogħlijiet saru fil-Gozo Stadium, il-korsa taż-żwiemel f'Ta' Xħajma, club houses fix-Xewkija u Kerċem, fil-Kumpless Sportiv, fix-Shooting Range fiż-Żebbuġ u pitch tal-Boċċi fil-Qbajjar.
In-nefqa f'kull każ kienet kif ġej hawn:
Gozo Stadium Lm326.72
Korsa taż-żwiemel, Ta' Xħajma Lm1157.88
Club House - Xewkija Lm2432.81
Club House - Kerċem Lm436.55
Kumpless Sportivq Lm2608.71
Pitch tal-Boċċi, Qbajjar Lm160.00
Żebbuġ Shooting Range Lm1200.82
Kerċem Football Ground Lm34.50
Żebbuġ Football Ground Lm34.50
Barra dawn il-figuri, ammont ta' Lm6600.00 intefaq f'pagi ta' ħaddiema li ħadmu f'dawn il-faċilitajiet sportivi.
Tista' l-Ministru tgħid jekk huwiex minnu li l-ħwejjeġ nodfa li jkunu nħaslu Malta qegħdin jinġarru lejn l-iSptar Ġenerali t'Għawdex fl-istess vetturi li jkunu nġarru l-ħwejjeġ maħmuġin mill-iSptar Ġenerali t'Għawdex lejn Malta dakinhar stess?
Xi prekawzjonijiet qegħdin jittieħdu biex il-ħwejjeġ li jkunu nħaslu ma jitniġġsux u ma jkunux infettati bħala kawża tal-ħwejjeġ maħmuġin li jkunu nġarru dak il-ħin stess mill-istess persuni u fl-istess vettura?
Huwa minnu li l-ħwejjeġ maħmuġin u nfettati qegħdin jinġarru lejn Malta fuq l-istess vapur tal-passiġġieri u ma' l-istess passiġġieri?
Pass bħal dan hu qed jipperikola s-saħħa ta' l-istess baħrin li jaħdmu fuq il-vapur u anke s-saħħa tal-passiġġieri li jagħmlu użu mis-servizz ta' l-istess vapur?
X'se jiġri f'każ ta' maltemp meta s-servizz tal-vapur bejn iż-żewġ gżejjer jkun sospiż għal diversi jiem bħalma ġara bosta drabi?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-impjegati tal-Koperattiva Kols Ltd imorru Għawdex bil-bjankerija nadifa, liema bjankerija tkun ippakkjata f'pakketti tal-plastic. Wara li l-bjankerija nadifa tinħatt minn fuq it-trakk, titgħabba l-bjankerija maħmuġa. Barra minn hekk, il-vannijiet kollha tal-koperattiva huma ta' tip li jingħalqu bix-shutter u jissakkru. Għalhekk, il-ġarr tal-bjankerija nadifa jew maħmuġa ma taffettwa lil ħadd - la lill-passiġġieri u l-anqas lill-baħrin.
Dan il-proċess ta' ġarr ma jippreżenta l-ebda forma ta ' riskju ta' infezzjoni jew mard għaliex mal-wasla tal-vann, ġo l-laundry (Malta) il-van jinħasel bil-pressa u jiġi disinfettat. Il-proċess ta' disinfestazzjoni hija proċedura tal-Koperattiva u hija mħarsa bl-akbar serjeta' u attenzjoni.
Nista' nassigura lill-Onorevoli Interpellant, li f'każ li l-vapur ta' Għawdex ma jkunx qed jagħti servizz bejn iż-żewġ gżejjer, l-Isptar ta' Għawdex mhux ser ikollu problemi ta' nuqqas ta' bjankerija nadifa. Dan għaliex l-Isptar ta' Għawdex hu fornut b'istore ta ' emerġenza ta' bjankerija nadifa apposta għal ċirkostanzi simili.
Tista' l-Ministru tgħid kemm ingħataw ħatriet ta' nursing aides fl-Isptar Ġenerali ta' Għawdex matul din l-aħħar leġislatura? X'inhuma d-dmirijiet ta' dawn in-nursing aides? Kien hemm applikanti oħra li kien imisshom jieħdu din il-ħatra u ma ħaduhiex? Jekk fl-affermattiv, x'inhi r-raġuni li l-applikanti fuq imsemmija ma ngħatawx din il-ħatra?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jiena nfurmata li kien hemm 110 Health Assistants li ngħataw il-ħatra ta' Nursing Aides mill-Ministeru għal Għawdex.
Id-dmirijiet tagħhom huma annessi.
Kien hemm 3 Health Assistants li ma ħadux l-appointment ma' l-oħrajn minħabba żball amministrattiv u dan ġie spjegat lill-impjegati nfushom. Il-proċeduri f'dan ir-rigward huma mexjin.
Tista' l-Ministru tgħid x'inhuma l-prijoritajiet għal din is-sena (2000) dwar dawn il-proġetti: (1) toroq; (2) xogħlijiet pubbliċi; (3) sptar ġenerali; (4) ċentru amministrattiv; (5) edukazzjoni u skejjel; (6) mużewijiet?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ix-xogħolijiet għas-sena jsiru skond il-Business Plan fil-parametri ta' l-Estimi Finanzjarji.
Tista' l-Ministru tgħid jekk hemmx il-ħsieb li ċ-ċimiterju ta' Santa Marija ssirlu estensjoni? Jekk fl-affermattiv, f'liema stadju waslu t-tħejjijiet konnessi ma' din l-estensjoni? Meta hemm il-ħsieb li jinbeda x-xogħol fuq l-estensjoni msemmija aktar 'il fuq? Meta hemm il-ħsieb li dawn ix-xogħlijiet ikunu lesti?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li fil-preżent hemm applikazzjoni sabiex jiġi estiż iċ-ċimiterju ta' Santa Marija f'Għawdex. Din għadha qed tiġi ipproċessata mill-Awtorita' ta' l-Ippjanar. Hekk kif ikun hemm il-permessi meħtieġa jibdew il-preparamenti għall-ħruġ ta' l-offerti.
Għaldaqstant f'dan l-istadju ma ninsabx f'posizzjoni li nagħti risposta dwar meta x-xogħlijiet konnessi mal-estensjoni ta' ċimiterju jkunu lesti.
Tista' l-Ministru tgħid kemm kien in-numru ta' casual social assistants fl-1 ta' Jannar, 1999? Kemm kien in-numru ta' causual social assistants fl-1 ta' Jannar, 2000? Kemm kien in-numru ta' sigħat li dawn is-CSAs ħadmu f'kull data separata? Teżisti xi differenza bejn in-numru ta' sigħat li nħadmu fiż-żewġ dati fuq imsemmija? Jekk fl-affermattiv, x'inhi r-raġuni għal din id-differenza?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jiena nfurmata li n-numru ta' Assistenti Soċjali Każwali mas-Sezzjoni ta' l-Anzjani kemm fl-1 ta' Jannar 1999 kif ukoll fl-1 ta' Jannar 2000 kien ta' 126. F'dawn id-dati ma ingħatax servizz perezz li kienu btajjel pubbliċi.