Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #14832 Sitting 266 2000-03-20 Oral · Final From: CARMELO BORG To: Ministeru għal Għawdex

Taqsima Kultura — Vot rikorrenti

Question

Tista' l-Ministru tgħid min kienu dawk l-individwi u soċjetajiet li bbenefikaw mill-vot rikorrenti tat-Taqsima Kultura u tal-Kunsill tal-Kultura matul is-sena 1999? Tista' tgħid kemm kienet in-nefqa/somma f'kull każ? Tista' tgħid kemm kienet in-nefqa totali? Tista' tgħid jekk kienx baqa' flus li ma ntnefqux u kemm kien dan l-ammont?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li matul is-sena 1999 l-individwi u soċjetajiet li bbenefikaw taħt l-item 'Subsidies to Cultural Organisations' tat-Taqsima tal-Kultura f'Għawdex kienu kif skedati fil-lista numru 1 li qed titpoaġġa fuq il-mejda tal-kamra. B'kollox tħallset is-somma ta' Lm6530.98,0 f'sussidji. Mill-istess item tħallset ukoll is-somma ta' Lm 191.57 f'kontijiet pendenti mis-sena 1998. Fl-aħħar tas-sena kien baqa' bilanċ ta' Lm277.45. Matul is-sena 1999 il-Kunsill tal-Kultura kkollabora ma' diversi entitajiet f'inizjattivi kulturali u għal dan il-għan mill-item 'Grant to Cultural Council' inħarġet is-somma ta' Lm943.75 li ġew allokati kif jidhru fil-lista numru 2 li qed titpoġġa fuq il-mejda tal-kamra.
Leg 9 PQ #14833 Sitting 266 2000-03-20 Oral · Final From: CARMELO BORG To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Trasferiment ta' ħaddiema

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm ġew trasferiti ħaddiema minn Għawdex għal Malta u minn Malta għal Għawdex matul is-sena 1999, skond il-grad tagħhom? Tista' tgħid jekk jinżammx record ta' dawn it-trasferimenti għand id-direttur tas-servizzi korporattivi fl-istess ministeru? Jekk fl-affermattiv, x'inhi r-raġuni?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li matul is-sena 1999 kien hemm b'kollox 8 ħaddiema li kienu trasferiti minn Għawdex għal Malta. Dawn kienu 4 Teachers, Head of School, 2 Instructors u Part-Time Nurse. Kien hemm ukoll 84 ħaddiema oħra li kienu trasferiti minn Malta għal Għawdex matul l-1999. Dawn huma mqassmin skond il-grad tagħhom kif ġej: Trasferimenti minn Malta għal Għawdex Principals 4 Clerks 29 Security Guard 1 Teachers 13 Kindergarten Assistants 3 Temporary Kindergarten Assistants 8 Assistant Heads 2 Supply Kindergarten 1 Supply Teacher 1 Part-time Instructor 9 General Hand 1 Head of School 1 Instructor 5 Occupational Therapist 2 Expatriate Consultant Anaesthetist 2 Senior House Officer 1 Houseman 1 Jiena nfurmata li d-Dipartiment għas-Servizzi Korporattivi jirċievi kopji ta' transfer lists mingħand l-Uffiċċju tal-Management and Personnel fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru.
Leg 9 PQ #14881 Sitting 266 2000-03-20 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Gwidi tal-mużew - promozzjonijiet

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm kien hemm gwidi tal-mużew Għawdxin li dan l-aħħar ħadu promozzjoni għal museum officers? Tista' tgħid x'se jkunu d-doveri tal-museum officers il-ġodda u kif se jitqassam ix-xogħol? Kemm minn dawk li ħadu promozzjoni se jkun meħtieġ li jittieħdu jaħdmu Malta? X'passi qegħdin jittieħdu biex il-postijiet tagħhom jimtlew bi gwidi tal-mużew?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li kien hemm disa' (9) gwidi tat-Taqsima tal-Mużewijiet f'Għawdex li dan l-aħħar ħadu promozzjoni għal Museum Officers. Il-lista tad-dmirijiet qed titpoġġa fuq il-mejda tal-kamra. Jiena nfurmata wkoll li f'dan il-każ dak li kien Direttur tal-Customer Services ma ħax l-azzjonijiet meħtieġa liema passi issa se jittieħdu mingħajr telf ta' żmien.
Leg 9 PQ #14882 Sitting 266 2000-03-20 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Ċittadella

Question

Tista' l-Ministru tgħid għaliex l-armerija taċ-Ċittadella, il-mużew tal-ħabs il-qadim fl-istess Ċittadella, u l-fortizza ta' taħt id-demi-bastjun ta' San Ġwann qegħdin jinżammu magħluqa? Tista' tgħidilna x'qiegħed isir biex dawn jinfetħu għat-turisti li jżuru ċ-Ċittadella, almenu fix-xhur tas-sajf?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li l-Armerija fiċ-Ċittadella infetħet fis-17 ta' Marzu 1984 u għall-bidu kien hemm preżenti kustodju/gwida. Wara anqas minn sena li nfetħet sar rixtellu tal-ħadid biex il-pubbliku ikun jista' jara l-istess Armerija mingħajr il-bżonn ta' kustodju/gwida fil-post. L-Armerija tinfetaħ kuljum b'dan l-istess arranġament. Il-ħabs il-qadim fiċ-Ċittadella infetaħ għall-pubbliku f'Settembru 1996 u baqa' jiġi miftuħ minn impjegat tat-Taqsima tax-Xogħlijiet sa Settembru 1997 meta l-istess impjegat irtira mis-servizz. Il-Batterija taħt il-Kavallier ta' San Ġwann ukoll kienet tkun miftuħa għall-pubbliku waqt il-ħinijiet tax-xogħol minn impjegati tat-Taqsima tax-Xogħlijiet iżda dawn l-aħħar xhur inżammet magħluqa peress li dawn l-istess ħaddiema ingħataw xogħol aktar urġenti fiċ-Ċittadella kkawżati mix-xita qawwija li għamlet matul ix-xitwa. Propju ftit ġranet ilu t-Taqsima tal-Mużewijiet ta' Għawdex ingħatat struzzjonijiet biex kemm il-ħabs il-qadim kif ukoll il-batterija jibdew jinfetħu kuljum għall-pubbliku mill-istaff ta' l-istess Taqsima.
Leg 9 PQ #14883 Sitting 266 2000-03-20 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Animazzjoni "Sentinella"

Question

Tista' l-Ministru tgħid għaliex l-animazzjoni "Sentinella" imwaqqfa fi żmien is-segretarju parlamentari ta' l-aħħar gvern Laburista, is-sena li għaddiet, l-1999, ma tħallietx tagħmel il-wirjiet tagħha? X'sar minnhom il-flus ivvotati għal dan il-għan?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Irrid li s-'Sentinella' tinżamm b'mod aktar organizzat u li tkun tifforma parti minn festival kulturali li nittama jibda jsir f'Għawdex ta' kull sena flimkien ma gżejjer ewropej oħra.
Leg 9 PQ #14884 Sitting 266 2000-03-20 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru għal Għawdex

Ċittadella — Crafts village

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm kienu l-viżitaturi li matul is-sena 1999 żaru l-crafts centre fiċ-Ċittadella?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li n-numru ta' viżitaturi li żaru l-Crafts Centre fiċ-Ċittadella matul l-1999 kien ta' 68845.
Leg 9 PQ #14933 Sitting 266 2000-03-20 Oral · Final From: ANGELO FARRUGIA To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Promozzjonijiet

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm ingħataw promozzjonijiet matul is-sena 1999, grad grad, fid-dipartimenti li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tagħha, dipartiment b'dipartiment?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #14934 Sitting 266 2000-03-20 Oral · Final From: ANGELO FARRUGIA To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Impjegati

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm kien hemm impjegati fid-dipartimenti taħt ir-responsabbilta' tagħha, dipartiment b'dipartiment, li kienu qegħdin jittieħdu proċeduri kriminali kontrihom fil-qrati ta' Malta u Għawdex matul is-sena 1999?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li b'kollox hemm 18-il impjegat li jaqgħu taħt il-Ministeru għal Għawdex li kienu qegħdin jittieħdu proċeduri kriminali kontrihom matul is-sena 1999. 7 minn dawn huma mpjegati tad-Dipartiment tal-Proġetti u Żvilupp filwaqt li l-11 l-oħra huma mpjegati tad-Dipartiment tal-Customer Services.
Leg 9 PQ #14935 Sitting 266 2000-03-20 Oral · Final From: ANGELO FARRUGIA To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Uffiċċju ta' l-Anzjani

Question

Tikkonferma l-Ministru li fl-uffiċċju ta' l-anzjani f'Għawdex dan l-aħħar kien hemm ħafna skartar u li hemm min jidħol regolarment tard bla permess ta' ħadd? X'passi se tieħu biex dawn l-abbużi jinqatgħu?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li ma jirriżultax li hemm l-irregolaritajiet li qed isemmi l-onor interpellant.
Leg 9 PQ #14948 Sitting 266 2000-03-20 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Servizz tal-helicopter — Noll

Question

B'riferenza għall-miżura li kien ħa l-Gvern Laburista li min jaqta' ticket ma' l-Air Malta għall-estern, ikollu s-servizz tal-helicopter bir-return b'fare ta' Lm5, tista' l-Ministru tikkonferma illi wara li dan il-fare diġa' għola minn Lm5 għal Lm6, issa dan il-gvern beħsiebu jerġa' jgħolli dan in-noll għal Lm10?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #14949 Sitting 266 2000-03-20 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Servizz tal-hovermarine

Question

In vista tal-fatt li l-gvern preżenti qabel l-aħħar elezzjoni ġenerali li għaddiet ta' spiss kien wiegħed li sejjer jintroduċi s-servizz tal-hovermarine, liema servizz issa ġie interott, jidhrilha l-Ministru li dan is-servizz huwa ħafna aktar bżonjuż fix-xitwa milli fis-sajf għall-poplu Għawdxi? Tista' tgħid meta dan is-servizz sejjer jerġa' jibda?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li minħabba temp ħażin fix-xhur xitwin, is-servizz tal-katamaran ma jkunx jista' jaħdem b'mod regolari u għalhekk il-kumpanija preferit li twaqqaf dan is-servizz minflok li tħaddmu biss meta it-temp jippermetti. Is-servizz għandu jerġa' jibda fil-bidu tax-xahar t'April ta' din is-sena.
Leg 9 PQ #14950 Sitting 266 2000-03-20 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Festi tal-Millennju

Question

Tista' l-Ministru tagħti breakdown ta' l-ispejjeż kollha li ntnefqu għaċ-ċelebrazzjoni tal-festi tal-millennju?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li l-ispejjez li tħallsu matul l-1999 għaċ-ċelebrazzjonijiet tal-festi tal-millennju huma kif skedati hawn taħt: Lm Dwejra Festival of Folklor (Awissu '99) 369 Inawgurazzjoni taċ-Ċelebrazzjonijiet tal-Millennju (Settembru '99) 7,484 Ċelebrazzjonijiet ta' Jum l-Indipendenza (Settembru '99) 1,596 Festa Kappelli (Ottubru '99) 2,492 Festa Korijiet (Novembru '99) 612 25 Anniversarju ta' Malta Repubblika 252 Milied '99 2,010 Festi ta' l-aħħar ġimgħa tal-Millennju u l-ewwel jiem tal-Millennju l-ġdid (Diċembru '99 - Jannar 2000) 29,762 Attivitajiet oħra varji (Lulju - Novembru '99) 1,622 Rikordjar ta' CD mill-Chorus Urbanus (Bulgarija) 2,575 Armar (għamara) 220
Leg 9 PQ #15006 Sitting 266 2000-03-20 Oral · Final From: CARMELO BORG To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Għaqda ta' Persuni Neqsin mis-Smiegħ

Question

Tista' l-Ministru tgħid jekk hux minnu li l-Għaqda ta' Persuni Neqsin mis-Smiegħ, fergħa f'Għawdex, xtrat apparat u makkinarju biex ikun jista' jinbena u jissewwa ġewwa Għawdex l-apparat li jużaw persuni b'din id-diżabilita'? Jekk fl-affermattiv, x'inhi r-raġuni għaliex dan il-makkinarju/apparat mhux jintuża? Meta beħsiebu li dan l-apparat/makkinarju jibda jintuża? Taf il-Ministru li minħabba n-nuqqas ta' l-apparat fuq imsemmi, il-persuni b'din id-diżabilita' jkollhom jaqsmu ta' bilfors lejn Malta biex jagħmlu u/jew jirranġaw il-hearing aids tagħhom?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Nixtieq niġbed l-attenzjoni ta' l-Onor Interpellant li ma jirriżultalix li teżisti għaqda f'Għawdex bl-isem ta' Għaqda ta' Persuni Neqsin mis-Smiegħ - fergħa ta' Għawdex. Iżda naf li f'Għawdex hawn il-Gozo Association for the Deaf li hija organizazzjoni awtonoma u għaldaqstant ma nistax nirrispondi mistoqsijiet dwarha. Dwar l-aħħar parti tal-mistoqsija nixtieq ninforma lill-Onor Interpellant li l-Ministeru għadu kemm xt ara apparat għall-Isptar Ġenerali ta' Għawdex biex isiru ċerti tiswijiet tal-hearing aids u biex isiru l-ear moulds. Dan is-servizz ser jibda ' jingħata fi żmien qasir.
Leg 9 PQ #15007 Sitting 266 2000-03-20 Oral · Final From: CARMELO BORG To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Kaċċaturi/Nassaba

Question

Tista' l-Ministru tgħid x'inhu n-numru ta' kaċċaturi u nassaba li hemm reġistrati ġewwa Għawdex - jekk possibbli raħal b'raħal?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

L-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant hija mogħtija hawn taħt: Lokalita' Kaċċaturi Nassaba Għajnsielem 90 53 Munxar 53 31 Kerċem 127 61 San Lawrnez 56 21 Fontana 37 25 Sannat 91 75 Nadur 2 68 117 Żebbuġ 85 26 Għasri 23 8 Xewkija 133 75 Għarb 68 28 Qala 109 48 Rabat 249 116 Xagħra 207 90
Leg 9 PQ #14584 Sitting 265 2000-03-15 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru għal Għawdex

Malta/Għawdex — Passiġġieri

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm qasmu nies u vetturi bejn Malta u Għawdex is-sena l-oħra, u sena b'sena fil-ħames snin ta' qabel?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-mejda tal-kamra.
Leg 9 PQ #13045 Sitting 263 2000-03-14 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — Riċevimenti

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 12312, tista' l-Ministru tagħti d-dettalji mitluba peress li kif taf hi stess dawn id-dettalji jikkonċernaw infiq pubbliku?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Peress li l-onor interpellant ma tanix spjegazzjoni sodisfaċenti għaliex qed jitlob l-informazzjoni, m'għandix x'inżid mat-tweġiba li tajtu għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 12312.
Leg 9 PQ #14523 Sitting 263 2000-03-14 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Customer services - direttur

Question

Tista' l-Ministru tgħid kenitx konxja li kien hemm talba mill-ex-direttur tal-customer services, li ismu qed jintbagħat separatament, biex id-direttorat tiegħu jiġi upgraded għal skala 4 u dan peress li kienet tingħatalha kopja tal-korrispondenza kollha li kienet għaddejja? Jekk fl-affermattiv, tista' tgħid x'passi ħadet biex issolvi l-problema jew almenu tara x'kien qiegħed jiġri?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li l-impjegat li qed tirreferi għalih l-onor interpellant kien iffirma kuntratt għal tliet snin b'seħħ mid-29 ta' Awissu 1996 permezz tiegħu kien ġie assenjat il-pożizzjoni u d-doveri ta' Direttur għal Customer Services b'rimunerazzjoni ekwivalenti għas-salarju ta' Skala 5. Dan sar wara li kienet ħarġet sejħa għall-applikazzjonijiet u l-istess impjegat kien applika għall-pożizzjoni msemmija. Tajjeb li l-onor interpellant tkun taf li fid-9 ta' Lulju kienet ħarġet applikazzjoni biex, fost oħrajn, timtela mill-ġdid l-pożizzjoni ta' Direttur għal Customer Services b'rimunerazzjoni ta' Skala 5 fi tmiem il-kuntratt fuq imsemmi ta' l-impjegat li qed tirreferi għalih l-onor interpellant. L-impjegat imsemmi applika biex jerġa' jimla din il-pożizzjoni minkejja li r-rimunerazzjoni għaliha kienet se tibqa' bħal qabel, jiġifieri ekwivalenti għas-salarju ta' Skala 5 u minkejja li kien ilu jsostni li ma kienx lest li jkompli jimla dik il-pożizzjoni wara li jagħlaqlu l-kuntratt jekk il-pożizzjoni ma tkunx upgraded għal skala 4. Tajjeb li l-onor interpellant tkun taf li kien hemm diversi applikanti għal din il-pożizzjoni, minkejja li baqgħet fi Skala 5.
Leg 9 PQ #14524 Sitting 263 2000-03-14 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Customer services - direttur

Question

Tista' l-Ministru tgħid għal-liema raġunijiet lid-direttur tal-customer services, li ismu qed jintbagħat separatament, ma ġġeddidlux il-kuntratt? Tista' tgħid jekk hi qablitx ma' din id-deċiżjoni qabel ma fil-fatt din id-deċiżjoni ġiet ikkommunikata lill-istess persuna? Jekk fil-fatt ma kienet taf b'xejn, tista' tgħidilna jekk hijiex kuntenta dwar kif saru l-affarijiet?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Il-ħatra ta' Diretturi ssir mill-Prim Ministru wara konsultazzjoni mal-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku kif titlob il-Kostituzzjoni ta' Malta. Hekk ukoll sar fil-każ tal-ħatra tad-Direttur Customer Services.
Leg 9 PQ #14444 Sitting 262 2000-03-14 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — Karozza

Question

Tista' l-Ministru tgħid għaliex il-karozza l-qadima li kien juża s-Segretarju Permanenti ħarġet għall-bejgħ bl-offerti meta d-dipartimenti tagħha qegħdin inħallsu l-belli liri biex jikru diversi karozzi mill-privat li ma tantx huma aħjar minnha? Ma jidhirliex li din il-karozza minflok tinbiegħ kelha tiddaħħal flok waħda mis-self-drive cars li għalihom il-gvern qiegħed iħallas ħafna flejjes?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li l-ħruġ ta' sejħa għall-offerti għall-bejgħ tal-karozza li għaliha l-onorevoli interpellant għamel riferenza hija skond iċ-Ċirkulari numru MFC 5/98 maħruġa mill-Ministeru tal-Finanzi u Kummerċ bid-data tat-18 ta' Marzu 1998.
Leg 9 PQ #14640 Sitting 261 2000-03-13 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għal Għawdex

Universita' — Gozo Centre - AO

Question

Tista' l-Ministru tgħid x'ħinijiet qed jaħdem l-Administrative Officer fil-Gozo Centre ta' l-Universita'? Xi grad għandha din il-persuna fis-servizz ċivili? Kemm tħallset kull xahar f'allowances jew overtime minn Jannar 1999 sa Frar 2000? Fi x'ħin qiegħed isir dan l-overtime u min japprovah? X'arranġamenti hemm biex din il-persuna titlaq regolarment minn fuq ix-xogħol għal kors tal-MBA fl-Universita' ta' Malta?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li l-uffiċċjal li qed jirreferi għalih l-onor interpellant jaħdem ġimgħa ta' erbgħin siegħa fuq ħamest ijiem. Il-grad ta' dan l-uffiċċjal huwa Senior Medical Laboratory Technologist fi Skala 10. Ma sarlu l-ebda ħlas ta' allowance jew overtime minn Jannar 1999 'l hawn. In-nuqqas ta' ħin minn fuq ix-xogħol biex isegwi kors part-time ta' l-MBA ipatti għalih b'ħinijiet żejda li ħadem.