Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #16857 Sitting 315 2000-06-15 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru għal Għawdex

PA — Kirjiet

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm qiegħda tħallas kera lill-Gvern l-Awtorita' ta' l-Ippjanar għall-premises li għandha fi Triq Sir Luigi Camilleri, ir-Rabat, Għawdex?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

L-informazzjoni mitluba tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #16858 Sitting 315 2000-06-15 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru għal Għawdex

NGO Centre — Staff

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm staff li qegħdin jieħdu ħsieb l-N.G.O. Centre ix-Xewkija u ta' liema grad huma l-uffiċjali jew impjegati? Kemm kien hemm għaqdiet li s'issa għamlu użu minn dawn il-premises?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li fiċ-Ċentru għal Għaqdiet mhux Governattivi fix-Xewkija hemm żewġ impjegati li huma Principal u Clerk. S'issa kien hemm tlieta u ħamsin għaqda li rreġistraw maċ-Ċentru. Sbatax-il għaqda minnhom ġa bdew jagħmlu użu regolari mill-premises u l-faċilitajiet l-ohra offruti mill-istess ċentru.
Leg 9 PQ #16859 Sitting 315 2000-06-15 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru għal Għawdex

Playing Fields — Amministrazzjoni

Question

Tista' l-Ministru tgħid min qiegħed jamministra l-playing fields u l-playgrounds ta' Għawdex, wieħed b'wieħed, u f'kull każ jekk hix tħallas kera lill-Gvern?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Risposta tingħata f'seduta oħra.
Leg 9 PQ #16860 Sitting 315 2000-06-15 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru għal Għawdex

Zebbug Shooting Range — Kirjiet

Question

Tista' l-Ministru tgħid lil min ingħata b'kera x-shooting range taż-Zebbug, Għawdex, u jekk fl-affermattiv kemm hi l-kera? Jekk fin-negattiv, għaliex għadu ma nkeriex?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li x-shooting range fiż-Żebbuġ Għawdex ma hi mikrija lil ebda għaqda iżda qegħdha tintuża mill-Gozo Clay Target Association.
Leg 9 PQ #16861 Sitting 315 2000-06-15 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru għal Għawdex

Victoria Hotspurs — Kirjiet

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm qiegħed iħallas kera l-kumitat tal-Victoria Hotspurs għall-premises li għandu f'Enrico Mizzi Street, ir-Rabat, Għawdex?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

L-informazzjoni mitluba tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #16631 Sitting 310 2000-06-12 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Azzjonijiet Industrijali

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm huwa l-ammont ta' ittri li jinsabu maqbuda fil-Ministeru, Dipartimenti u entitajiet oħra li jaqgħu taħtha b'riżultat ta' l-azzjonijiet industrijali kontra l-miżuri anti-soċjali mħabbra fl-aħħar budget mill-GWU?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li fil-Ministeru, dipartimenti u entitajiet oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi, bħalissa m'hemm l-ebda ittra maqbuda b'riżultat ta ' l-azzjonijiet industrijali tal-General Workers Union.
Leg 9 PQ #16703 Sitting 310 2000-06-12 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Ħaddiema

Question

Tista' l-Ministru tgħid jekk minn Jannar 2000 daħlux f'Għawdex persuni jaħdmu fis-settur pubbliku mingħajr eżami kompettiv?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li minn Jannar 2000 ma kien hemm l-ebda persuna li kienet impjegata direttament mill-Ministeru għal Għawdex mingħajr eżami kompetittiv.
Leg 9 PQ #16530 Sitting 308 2000-06-06 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Korsa taż-żwiemel

Question

Tista' l-Ministru tgħid jekk fil-meeting tat-13 ta' Mejju, 2000 li sar fil-korsa ta' Għawdex kienx hemm servizz ta' bookmakers? Jekk iva, kemm ħallsu lill-organizzaturi u għand min marru l-flus?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Leg 9 PQ #16531 Sitting 308 2000-06-06 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Korsa - VAT

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm inġabret VAT fuq id-dħul fil-korsa ta' Għawdex fit-13 ta' Mejju, 2000? Tista' tgħid ukoll kemm tħallsu l-impjegati tal-korsa taż-żwiemel ta' Għawdex fl-istess meeting u kemm tħallset VAT? Jekk tħallsu, min ħallas dawn il-ħaddiema?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru konċernat. Dwar it-tieni parti tal-mistoqsija, ninsab infurmata li l-impjegati tal-korsa ma tħallsu xejn 'extra' għal din l-attivita'.
Leg 9 PQ #16559 Sitting 307 2000-06-05 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru għal Għawdex

Gozo Channel — Ingaġġ ta' Ħaddiema

Question

Tista' l-Ministru tgħid fuq liema kriterji ġew mgħajta għal interviews ħaddiema għal ingaġġ ieħor mal-Gozo Channel? Xi kwalifiki kellhom bżonn?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li l-ħaddiema li ġew mgħajta għal interviews għal ingaġġ mal-Gozo Channel ġew magħżula mill-listi li kienu ngħataw lill-Kumpanija mill-ETC fl-Lulju u Awissu tal-1999, u li minnhom diġa' kienu mpjegati ħaddiema oħra f'Diċembru li għadda. Dan sar bl-approvazzjoni tal-ETC. Il-kwalifiki li kellhom bżonn ġew stabiliti fuq kriterji magħmula mill-Kumpanija għal gradi konċernati, ċioe` Seamen, Terminal Assistant u Handymen/Chippies.
Leg 9 PQ #16599 Sitting 307 2000-06-05 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Qasam Edukattiv - Fondi

Question

Jista' l-Ministru jgħid fil-qasam edukattiv, kemm huwa l-ammont li ġie vvotat għal Għawdex għal din is-sena mill-gvern preżenti? X'persentaġġ huwa l-ammont hekk ivvotat mill-ammont totali li ġie vvotat din is-sena fil-qasam edukattiv għall-gzira ta' Malta?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li l-ammonti ivvutati għall-qasam ta' l-Edukazzjoni f'Għawdex għal din is-sena kienu ta' Lm4,549,590 Rikorrenti u Lm185,000 Kapitali. Il-persentaġġ ta' l-ammonti vvutati għal Għawdex ma' dak ta' Malta huwa ta' 10.33%.
Leg 9 PQ #16638 Sitting 307 2000-06-05 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Gozo Channel — Trips

Question

Tista' l-Ministru tgħid x'inhi r-raġuni li għal darba oħra t-trip ta' l-10.00 p.m. miċ-Ċirkewwa reġa' ma sarx u l-vapur telaq miċ-Ċirkewwa fil-11.30 p.m.?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li fit-30 ta' Mejju 2000, il-vapur M/v Ċittadella telaq miċ-Ċirkewwa fit-08.45 ta' filgħaxija skond l-iskeda, iżda ma setax jidħol fil-port ta' l-Imġarr għax il-moll kien għadu okkupat mill-vapur M/v Calypso li kien għadu jistenna l-wasla ta' l-istatwa tar-Redentur ta' l-Isla li kien ser jinġieb lura lejn Malta fuq trip speċjali. Minħabba dan id-dewmien, il-vapur M/v Ċittadella spiċċa li rabat mall-moll ta' l-Imġarr fl-10.00 ta' bil-lejl u għaldaqstant, it-trip tad-9.30 ta' filgħaxija mill-Imġarr u t-trip ta' l-10.00 ta' bil-lejl miċ-Ċirkewwa kellhom jitħassru.
Leg 9 PQ #16183 Sitting 297 2000-05-22 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru għal Għawdex

Gozo Channel — Ħaddiema

Question

Tista' l-Ministru tgħid jekk ġewx ingaġġati ħaddiema ġodda f'dawn l-aħħar ġimgħat, mal-kumpannija Gozo Channel? Tista' l-Ministru tgħid x'inhu l-impjieg? Kif saru jafu l-ħaddiema biex applikaw? Kif intgħażlu? Jekk mill-ETC, meta u kif dehru l-vacancies fuq il-Bord ta' l-Aġenziji? Min huma dawk li ntgħażlu u x'inhu l-ID tagħhom?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li mill-ewwel ta' April ġew ingaġġati seba' mpjegati ġodda mal-Kumpanija Gozo Channel, kif jidher hawn taħt: - 2 Seamen - 3 Terminal Assistants - 2 Handymen / Chippies Dawn il-persuni ġew magħżula mill-listi li diġa' kienu ngħataw lill-Kumpanija mill-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ fl-Lulju u Awissu tal-1999, u li minnhom diġa' kienu mpjegati ħaddiema oħra f'Diċembru li għadda. Dan sar bl-approvazzjoni tal-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ. Dawn il-ħaddiema ġew magħżula minn Board maħtur mill-Kumpanija skond il-policies adottati minn Kumpaniji Parastatali fuq kriterji stabbiliti mill-Kumpanija stess. Inħoss li mhuwiex prudenti li n-numru ta' l-identita' ta' dawn l-impjegati jiġu mogħtija.
Leg 9 PQ #16232 Sitting 297 2000-05-22 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Millennium Concert

Question

Tista' l-Ministru tgħid x'inhi r-raġuni li l-Millennium Concert li kellu jsir f'Għawdex tħassar?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li la l-Ministeru għal Għawdex u l-ebda kumitat fi ħdan l-istess Ministeru ma kellu x'jaqsam ma' l-organizazzjoni ta' din l-attivita'.
Leg 9 PQ #16233 Sitting 297 2000-05-22 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Lejliet il-Millennium — Ħlasijiet

Question

Tista' l-Ministru tgħud x'inhi r-raġuni li mhux il-ħaddiema kollha li ħadmu f'lejliet il-Millennium ħadu l-Lm25 extra imwiegħda lilhom?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li l-biċċa l-kbira tal-ħaddiema li ħadmu lejlet il-Millennju ġew imħallsa l-allowance ta' Lm25. Qiegħdha tittieħed azzjoni biex fl-iqsar żmien possibbli titħallas l-allowance lil dawk l-impjegati li għadhom ma' tħallsux.
Leg 9 PQ #16050 Sitting 294 2000-05-16 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Korsa taż-żwiemel

Question

Tista' l-Ministru tgħid jekk hux qed isir xi xogħol fil-korsa taż-żwiemel ġewwa Għawdex? Dan ix-xogħol huwa wieħed temporanju jew qed isir b'mod permanenti? Kemm hu stmat li se jqum dan ix-xogħol u kemm intnefaq s'issa?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li fil-preżent qed issir manutenzjoni u xi xogħlijiet żgħar oħra fil-Korsa taż-żwiemel f'Għawdex. Jiena nfurmata wkoll li parti minn dan ix-xogħol huwa temporanju u fejn dan huwa l-każ, il-materjal ser jerġa' jintuża fuq xogħlijiet oħrajn. Ix-xogħol li sar minn Ottubru 1998 sa llum huwa stmat li sewa Lm4500 f'materjal u kiri ta' makkinarju. Minn dan l-ammont, Lm2841 ġew mgħoddija għall-ħlas.
Leg 9 PQ #15733 Sitting 293 2000-05-16 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Spezzjonijiet

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm saru spezzjonijiet għal għarrieda mill-awditur u l-ispetturi f'kull sezzjoni jew uffiċċju li jagħmlu parti mit-tliet dipartimenti fi ħdan il-Ministeru ta' Għawdex mill-1 ta' Frar, 2000 sal-lum? Għal kull spezzjoni li saret f'kull uffiċċju, x'passi dixxiplinari ttieħdu kontra dawk li ma nstabux fuq il-pst tax-xogħol? Min huma dawn l-uffiċjali li naqsu? Kemm inħarġu charges kontra uffiċjali governattivi mill-1 ta' Jannar, 1997 sal-lum f'kull dipartiment fi ħdan il-Ministeru ta' Għawdex, sena b'sena? Minn dawn iċ-charges, kemm instemgħu jew qed jinstemgħu quddiem bord dipartimentali u kemm quddiem il-bord tad-dixxiplina tal-PSC? Kemm saru verifiki tas-sick leave f'kull uffiċċju li jaqa' taħt il-Ministeru ta' Għawdex mill-1997 sal-lum, sena sena? Kemm kien hemm uffiċjali li s-sick leave tagħhom kien verifikat iktar minn darba f'kull sezzjoni u uffiċċju fi ħdan il-Ministeru ta' Għawdex mill-1997 sal-lum, sena sena? Kemm inħarġu charges kontra ħaddiema li abbużaw bis-sick leave mill-1997 sal-lum, sena sena?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Nixtieq ninforma lill-Onor Interpellant li sakemm ma tingħatax raġuni 'l għala din il-mistoqsija qed tintalab, ma nara l-ebda skop li tinġabar l-informazzjoni mitluba.
Leg 9 PQ #16007 Sitting 293 2000-05-16 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għal Għawdex

Marsalforn — Triq Santa Marija

Question

Tista' l-Ministru tgħid meta se jittieħdu passi biex Triq Santa Marija if'Marsalforn issir one way, biex tinqata' l-konġestjoni kbira li jkun hemm speċjalment fix-xhur tas-sajf li qed joħloq konsegwenzi serji u nkonvenjent lil dawk li jabitaw f'din it-triq?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #16008 Sitting 293 2000-05-16 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Inspectors

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm huma n-numru ta' inspectors li hemm iduru fuq il-ħaddiema f'Għawdex? Kemm saru spezzjonijiet minn dawn l-inspectors bejn Jannar 1999 u April 2000? Kemm instabu ħaddiema mhux f'posthom, u kemm minn dawn dehru quddiem bord tad-dixxiplina?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #16009 Sitting 293 2000-05-16 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għal Għawdex

Victoria, Għawdex — Kunsill Lokali

Question

Tista' l-Ministru tikkonferma li wara li biċċa art fil-viċinanzi tal-Kattidral kienet ġiet mogħdija lill-Kunsill Lokali ta' Victoria, dan issa irritornaha lill-Gvern? X'kienet ir-raġuni għal dan? X'sar issa minn din il-biċċa art?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Risposta tingħata f'xi seduta oħra.