Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #17807 Sitting 341 2000-07-10 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Pjazza San Franġisk/Triq Dr Anton Tabone

Question

Tista' l-Ministru tgħid x'inhi r-raġuni li l-kuntrattur Malti li ħadem fuq il-paviment tal-Pjazza San Franġisk u Triq Dr Anton Tabone għadu sal-lum ma tħallasx?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #17459 Sitting 336 2000-07-04 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Droga

Question

Tista' l-Ministru tgħid x'faċilitajiet jeżistu f'Għawdex biex dawk li jabbużaw mid-droga jkunu jistgħu jfittxu l-għajnuna? Tista' tgħid kemm-il persuna talbet għajnuna minħabba l-abbuż mid-droga matul din is-sena? X'kienet id-droga abbużata?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li fl-Isptar Ġeneral ta' Għawdex jeżistu l-faċilitajiet taċ-Ċentru tad-Detox u s-servizzi psikjatriċi li jistgħu jagħmlu użu minnhom persuni li jabbużaw mid-droga. Matul din is-sena kien hemm erba' persuni li għamlu użu minn dawn is-servizzi peress li kienu jabbużaw mill-eroina. Ta' min jinnota li persuni li jabbużaw minn drogi minbarra l-eroina, ġeneralment jagħmlu użu mis-servizzi offruti mill-OASI, mis-SEDQA u mill-CARITAS.
Leg 9 PQ #17655 Sitting 336 2000-07-04 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Rabat — Triq ir-Repubblika - Traffic lights

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm swew it-traffic lights li kienu ġew installati fi Triq ir-Repubblika, Rabat, Għawdex? Jekk din l-amministrazzjoni ma kenitx taqbel ma' l-installazzjoni ta' l-istess traffic lights, fl-inkroċju ta' Triq ir-Repubblika, Rabat, Għawdex, x'inhi r-raġuni li ma tneħħewx biex jiġu wżati x'imkien ieħor u tħallew jiġu distrutti u imfarrka ftit ftit mit-traffiku?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #17440 Sitting 335 2000-07-04 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għal Għawdex

Taqsima tal-Biedja u Sajd — Uffiċjal tekniku

Question

Tista' l-Mnistru tgħid jekk hemmx ħsieb li jinħatar uffiċjal tekniku li jkun inkarigat mit-Taqsima tal-Biedja u Sajd f'Għawdex? Jekk fin-negattiv, għaliex?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li fil-Fergħa tal-Biedja u Sajd f'Għawdex diġa' hemm uffiċjali inkarigati mid-diversi sezzjonijiet.
Leg 9 PQ #17441 Sitting 335 2000-07-04 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Uffiċjali

Question

Tista' l-Ministru tgħid jekk hemmx f'Għawdex uffiċjal li jieħu ħsieb jara fejn tkun se tittieħed il-ħamrija li titħammel minħabba żvilupp tal-bini? Jekk fl-affermattiv, għaliex ħafna ħamrija qegħda tiġi mormija f'bosta nħawi b'mod abbużiv? Tista' l-Ministru tgħid jekk fil-kumitati li twaqqfu dan l-aħħar dwar ir-radam jew f'xi wieħed minnhom hemmx dan l-uffiċjal konċernat?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li fl-Uffiċċju tal-Biedja u Sajd f'Għawdex hemm żewġ uffiċċjali li jieħdu ħsieb fejn tkun ser tittieħed jew tinżamm ħamrija li titħammel minħabba żvilupp tal-bini. Dan isir fuq il-permessi li toħroġ l-Awtorita' ta' l-Ippjanar liema permessi, kopja tagħhom tintbagħat lil dak l-Uffiċċju. L-ispezzjonijiet isiru sew qabel kif ukoll wara li jibda l-iżvilupp. Ma jirriżultax lill-Uffiċċju tal-Biedja u Sajd li xi ħamrija qiegħda tiġi mormija f'bosta nħawi f'Għawdex b'mod abbużiv. Dawn l-uffiċċjali ma jifformawx parti mill-kumitat dwar l-immaniġġjar ta' l-iskart jew f'kumitati oħra li twaqqfu dan l-aħħar, iżda kull kumitat għandu d-dritt u d-dmir li jikkonsulta ma' kull entita' jew persuna f'oqsma li għandhom x'jaqsmu mal-funzjoni tal-istess kumitat.
Leg 9 PQ #17438 Sitting 334 2000-07-03 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Ġarr ta' prodotti

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm kien l-ammont totali ta' sussidji dwar ġarr ta' prodotti tal-biedja minn Għawdex għal Malta fl-ewwel erba' xhur ta' din is-sena?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li l-ammont totali ta' sussidju għall-ġarr ta' prodotti tal-biedja minn Għawdex għal Malta fl-ewwel erba' xhur ta' din is-sena kien ta' Lm5,755.
Leg 9 PQ #17439 Sitting 334 2000-07-03 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Sajjieda/bdiewa

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm hu preżentement l-għadd ta' bdiewa u sajjieda fulltime, skond kull każ, fil-gżira ta' Għawdex?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #17422 Sitting 333 2000-07-03 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — Gozo Office

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 9005, tista' l-Ministru tgħid jekk il-Gozo Office ta' Triq l-Ifran fil-Belt Valletta hux qiegħed jinkera jew inkella nxtarax? Tista' f'kull każ tgħid xi tħallas f'kiri jew xiri minn meta nfetaħ sal-lum kif ukoll tgħid f'kull każ x'sejra tkun in-nefqa sal-31 ta' Diċembru, 2005?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

L-uffiċċju li qed jirreferi għalih l-onor interpellant tqiegħed għad-dispożizzjoni tal-Ministeru mill-Bank of Valletta mingħajr l-ebda obbligu finanzjarju.
Leg 9 PQ #17528 Sitting 332 2000-06-30 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru għal Għawdex

Vapur Calypso — Crew list

Question

Tista' l-Ministru tpoġġi kopja tal-crew list tal-vapur Calypso għall-vjaġġi ta' nhar is-Sibt 24 ta' Ġunju bejn Malta u Għawdex u viċe versa li saru bejn l-10.00 a.m u 12.30 p.m.?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li l-crew tal-vapur 'Calypso' għall-vjaġġi ta' nhar is-Sibt 24 ta' Ġunju bejn Malta u Għawdex u viċe versa li saru bejn l-10.00am u 12.30pm kien jikkonsisti minn disa' (9) persuni magħmula minn Master, Engineer, Engine Driver, Bosun u hames (5) baħrin. Inħoss li mhux prudenti li l-ismijiet ta' l-impjegati tal-Kumpanija Gozo Channel jiġu mxandra fil-pubbliku.
Leg 9 PQ #17202 Sitting 330 2000-06-28 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Boreholes

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm boreholes privati li qegħdin joperaw bil-barka tat-taqsima ta' l-agrikoltura ta' Għawdex?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li l-operazzjoni ta' boreholes privati ma taqax taħt ir-responsabbilta' tal-fergħa ta' l-Agrikoltura ta' Għawdex.
Leg 9 PQ #17203 Sitting 330 2000-06-28 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għal Għawdex

Biċċerija, Cold stores, Pitkali — Spejjeż

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm kien l-ammont ta' spejjeż li sar mill-1 ta' Jannar, 1999 sal-lum fuq il-biċċerija, cold stores u pitkaliji biex dawn jiġu modernizzati?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li l-ammont ta' spejjez f'materjal u apparat li tħallas mill-1 ta' Jannar, 1999 sa llum, fuq titjib ta' faċilitajiet fil-biċċerija, cold stores u pitkalija kien ta' Lm9726.94.
Leg 9 PQ #17204 Sitting 330 2000-06-28 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Taqsima ta' l-Anzjani

Question

Tista' l-Ministru tgħid min qiegħed jagħti l-permess lill-uffiċjal inkarigata mit-taqsima ta' l-anzjani f'Għawdex biex tidħol siegħa u nofs tard kuljum, minkejja li diġa' nqabdet tabbuża f'dan ir-rigward minn awdituri li ntbagħtu minn Malta?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li l-uffiċċjal inkarigata mit-Taqsima ta' l-Anzjani f'Għawdex m'għandhiex permess tidħol tard għax-xogħol.
Leg 9 PQ #17205 Sitting 330 2000-06-28 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Biċċerija

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm hu l-għadd ta' annimali li jinqatlu kull xahar, minn ras għal ras, fil-biċċerija ta' Għawdex?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li l-għadd ta' annimali li jinqatlu kull xahar, ra għal ras fil-biċċerija ta' Għawdex huwa ta' 484.
Leg 9 PQ #17206 Sitting 330 2000-06-28 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għal Għawdex

Impjegati Tekniċi — Ħatriet

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm kienu dawk l-impjegati tekniċi li ngħataw ħatra fi grad ogħla biex jaħdmu f'Malta u f'liema dipartiment u f'liema taqsima kienu jaħdmu f'Għawdex qabel ma marru jaħdmu Malta?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li kien hemm 3 impjegati tekniċi li ngħataw ħatra fi grad ogħla biex jaħdmu f'Malta. Wieħed minnhom kien jaħdem fl-Uffiċċju ta' l-Artijiet tad-Dipartiment tal-Customer Services filwaqt li t-tnejn l-oħra kienu jaħdmu fil-Fergħa tal-Biedja u Sajd fid-Dipartiment tal-Proġetti u Żvilupp.
Leg 9 PQ #17360 Sitting 329 2000-06-28 Oral · Final From: CHRIS CARDONA To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Konsulenti

Question

Tista' l-Ministru tgħid min huma l-avukati, għaqdiet ta' avukati jew konsulenti legali li taw jew qegħdin jagħtu servizz lil dipartimenti, awtoritajiet jew korpi/entitajiet li jiffurmaw parti mid-dekasteru tagħha, f'xogħol relatat ma' monitoring, screening, addozzjoni, kompatabilita etc. ta' liġijiet, direttivi, deċiżjonijiet, regoli etc. ta' l-UE u li taw dan is-servizz minn Jannar 1999 sal-lum? X'tip ta' servizz ingħata f'kull każ? X'kienet in-nefqa jew ħlas li ingħata u li qiegħed jingħata f'kull każ? Jekk ħarġet sejħa, min kienu l-applikanti? Min jew liema bord ta' għażla jew xort'oħra għażel din il-konsulenza u abbażi ta' liema kriterji u kundizzjonijiet intgħażlet?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li m'hemm l-ebda avukat, għaqda ta' avukati jew konsulent legali li taw jew qegħdin jagħtu servizz lid-dipartimenti tal-Ministeru għal Għawdex f'xogħol relatat mal-Unjoni Ewropea.
Leg 9 PQ #17349 Sitting 327 2000-06-27 Oral · Final From: CHRIS CARDONA To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Konsulenti

Question

Tista' l-Ministru tgħid min huma l-avukati, għaqdiet ta' avukati jew konsulenti legali li taw jew qegħdin jagħtu servizz lil dipartimenti, awtoritajiet jew korpi/entitajiet li jiffurmaw parti mid-dekasteru tagħha u li taw dan is-servizz minn Jannar, 1999 sal-lum? X'tip ta' servizz ingħata f'kull każ? X'kienet in-nefqa jew ħlas li ngħata u li qiegħed jingħata f'kull każ? Jekk ħarġet sejħa, min kienu l-applikanti? Min jew liema bord ta' għażla jew xorta oħra għażel din il-konsulenza u abbażi ta' liema kriterji u kundizzjonijiet intgħażlet?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #17000 Sitting 318 2000-06-19 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Ministeru għal Għawdex

Ditta Borg Bros. — Tenders

Question

Tista' l-Ministru tagħti rendikont dettaljat tat-tenders kollha ta' ġarr u trasport ta' għamara u merkanzija oħra, tkun xi tkun, li ġew awarded lid-ditta Borg Bros. ta' Triq id-Demnuq, Siġġiewi minn Settembru 1998 sal-ġurnata tal-lum inklużi dawk li għadhom operattivi sal-lum? Tista' l-Ministru tgħid liema tenders ingħataw lil din id-ditta b'direct order u liema tenders ingħataw wara sejħa għall-offerti? Jista' l-Ministru jagħti l-informazzjoni mitluba għal kull dipartiment, korporazzjoni u awtorita' li jaqgħu taħt id-dikasteru tiegħu?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li l-Ministeru għal Għawdex ma ta l-ebda offerta jew direct order lid-ditta Borg Bros fil-perjodu li għalih l-onorevoli interpellant għamel referenza.
Leg 9 PQ #16862 Sitting 316 2000-06-16 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru għal Għawdex

Gozo Stadium — Kirjiet

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm qiegħed iħallas kera l-kumitat tal-G.F.A. għall-Gozo stadium u għall-premises li hemm miegħu?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

L-informazzjoni mitluba tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #16863 Sitting 316 2000-06-16 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Awtorita' tat-Trasport

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm qiegħda tħallas kera l-Awtorita' tat-Trasport għall-premises tal-gvern li għandha fi Triq Putirjal, ir-Rabat, Għawdex?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

L-informazzjoni mitluba tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #16856 Sitting 315 2000-06-15 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru għal Għawdex

WSC — Kirjiet

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm qiegħda tħallas kera lill-Gvern il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma għall-premises li għandha fi Triq Wara s-Sur, ir-Rabat?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

L-informazzjoni mitluba tingħata f'xi seduta oħra.