Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #18640 Sitting 360 2000-07-25 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — Passi dixxiplinarji

Question

Tista' l-Ministru tgħid jekk humiex se jittieħdu passi dixxiplinarji kontra l-Uffiċjal li qiegħda taħdem ukoll bħala Chief Executive talli din ħarġet press release kontra l-operat tal-Gwardjani Lokali bi ksur ta' l-Estacode billi dawn qegħdin jaħdmu skond il-policy tal-gvern? Jekk fin-negattiv, għaliex?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li l-Press Release li tirreferi għaliha lOnor Interpellant ma' toħodhiex kontra lpolicies talGvern. Anzi flistqarrija lGozo Business Chamber qegħda tagħmel suġġerimenti u tikkommetti ruħha li tikkolabora ma' lawtoritajiet involuti biex jaħdmu flimkien għal soluzzjoni talproblema pressanti tattraffiku firRabat Għawdex.
Leg 9 PQ #18644 Sitting 360 2000-07-25 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Qala - Taqsima tal-Kultura

Question

Tista' l-Ministru tid min ta l-ordni biex fit-tieġ ta' persuna privata fis-santwarju tal-Qala, Għawdex twaħħlu antarjoli u sar tiżjin f'dak il-post mit-Taqsima tal-Kultura? X'passi se jieħu d-direttur konċernat f'każ ta' abbuż?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li sa llum ilprassi hija li lmaterjal talKunsill talKultura jiġi misluf lil persuni u organiżżazzjonijiet privati.
Leg 9 PQ #18645 Sitting 360 2000-07-25 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Servizz ta' Inkonstinenza

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm nefaq flus il-gvern fis-servizz ta' inkontinenza fl-ewwel sitt xhur ta' din is-sena? Kif jikkompara l-infiq as-servizz ma' dak ta' l-ewwel sitt xhur tas-sena 1999?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Risposta tingħata f'seduta oħra
Leg 9 PQ #18653 Sitting 360 2000-07-25 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Nutara - Kuntratti

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm saru kuntratti min-Nutar tal-Gvern f'Għawdex fl-ewwel sitt xhur ta' din is-sena 2000? Kif jikkompara n-numru ta' kuntratti ma' dak li sar sa l-ewwel sitt xhur tas-sena l-oħra?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li flewwel sitt xhur ta' din issena saru tliet kuntratti minnutar talGvern f'Għawdex. Flistess perjodu tassena loħra ma ġie ppubblikat ebda kuntratt
Leg 9 PQ #18657 Sitting 360 2000-07-25 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Għajnsielem - Day Centre

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm hu n-numru ta' klijenti li qegħdin jibbenefikaw bħalissa mis-servizz tad-day centre f'Għajnsielem, Għawdex bħala average minn jum għal jum li fih jattendu? X'sussidji ta l-gvern bħala flus u bħala personnel u servizzi biex dan is-servizz baqa' jinżamm? Kemm ħareġ flus il-gvern bħala ammont globali minn meta beda jingħata dan is-servizz sa l-aħħar ta' Ġunju, 2000?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Risposta tingħata f'seduta oħra
Leg 9 PQ #18146 Sitting 358 2000-07-24 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Konsulenti

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm jammontaw in-numru ta' konsulenti barranin li qed jagħtu servizz lill-Ministeru, dipartimenti u entitajiet oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha? Tista' tgħid min huma u x'tip ta' xogħol qed jagħmlu? Tista' tgħid x'salarji u kundizzjonijiet għandhom?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Risposta tingħata f'seduta oħra.
Leg 9 PQ #18138 Sitting 357 2000-07-24 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Konsulenti

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm jammontaw in-numru ta' konsulenti lokali li qed jagħtu servizz lill-Ministeru, dipartimenti u entitajiet oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha? Tista' tgħid min huma u x'tip ta' xogħol qed jagħmlu? Tista' tgħid x'salarji u kundizzjonijiet għandhom?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Risposta tingħata f'seduta oħra.
Leg 9 PQ #18497 Sitting 357 2000-07-24 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Servizz tal-Hovermarine

Question

Tista' l-Ministru tgħid x'inhi r-raġuni li s-servizz tal-hovermarine għal dareba oħra reġa' ġie sospiż proprju fil-peak tas-sajf?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li s-servizz tal-Katamaran ġie sospiż minħabba ħsarat tekniċi fil-makkinarju. Il-kumpanija Gozo Channel qegħda tistenna li jaslu l-ispare parts neċessarji biex tissewwa l-ħsara.
Leg 9 PQ #18131 Sitting 356 2000-07-21 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru għal Għawdex

Gozo Channel — Impjegati on loan

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm jammontaw in-numru ta' ħaddiema li huma on loan mal-Gozo Channel? Tista' tgħid x'tip ta' xogħol qed jagħmlu?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li m'hemm l-ebda ħaddiem li huwa on loan malkumpanija Gozo Channel.
Leg 9 PQ #18125 Sitting 355 2000-07-21 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Konsulenti lokali

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm jammonta n-numru ta' konsulenti lokali u barranin li taw servizz lill-Ministeru, dipartimenti u entitajiet oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha mill-5 ta' Settembru, 1998 sal-31 ta' Mejju, 2000? Tista' tgħid min kienu u x'tip ta' xogħol qed jagħmlu? Tista' tgħid x'salarji u kundizzjonijiet irċevew?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Risposta tingħata f'seduta oħra.
Leg 9 PQ #18222 Sitting 353 2000-07-19 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — Korporazzjonijiet

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm awtoritajiet, korporazzjonijiet, aġenziji, istituti u kwalukwe organizzazzjoni oħra kważi non-governmental li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha? Tista' tgħid kull entita' meta ġiet imwaqqfa? Tista' tgħid is-salarji u fringe benefits li jieħdu f'kull każ iċ-chairpersons u d-diretturi ta' kull entita'? Tista' tgħid kemm minn dawn iċ-chairpersons u diretturi kienu mpjegati fiċ-Ċivil qabel ma marru ma' dawn l-entitajiet u f'liema grad kienu l-aħħar?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li m'hemm lebda awtorita', korporazzjoni, agenzija jew istitut li jaqa' taħt ilMinisteru għal Għawdex.
Leg 9 PQ #18264 Sitting 352 2000-07-18 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Ċirkewwa — Mollijiet

Question

Tista' l-Ministru tgħid x'inhi r-raġuni li l-mollijiet taċ-Ċirkewwa waqfu milli jibda x-xogħol fuqhom?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Risposta tingħata f'seduta oħra.
Leg 9 PQ #17821 Sitting 351 2000-07-18 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għal Għawdex

Fondazzjoni Arka

Question

Tista' l-Ministru tgħid jekk hemmx xi ħsieb min-naħa tal-Ministeru li jgħin lill-Fondazzjoni Arka tħaddem b'suċċess il-proġett il-ġdid għas-servizz residenzjali/respite għall-persuni b'diżabilita' meta jiftaħ f'Diċembru li ġej f'Għajnsielem?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Il-Ministeru għaddej b'diskussjonijiet malFondazzjoni Arka biex jara kif jista' jghin lillproġett li qed jirreferi għalih lOnor. Interpellant.
Leg 9 PQ #18122 Sitting 351 2000-07-18 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Konsulenti

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm konsulenti fid-dekasteru tagħha? X'inhi r-renumerazzjoni u fringe benefits li jieħdu f'kull każ? Kemm minn dawn il-konsulenti kienu mpjegati mal-gvern?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Risposta tingħata f'xi seduta oħra. Risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #17795 Sitting 341 2000-07-10 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru għal Għawdex

Dipartiment għal Għawdex — Azzjonijiet industrijali

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm ingħataw warnings u kemm ittieħdu passi jew azzjonijiet dixxiplinarji kontra uffiċjali u mpjegati skond kull grad fid-dipartimenti li jaqgħu taħtha, bejn l-1 ta' Frar, 2000 u l-aħħar ta' Mejju 2000?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #17796 Sitting 341 2000-07-10 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru għal Għawdex

Pjazza San Franġisk — Proġett ta' twessigħ

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm għad fadal sidien li għadhom ma tħallsux tal-proprjeta' esproprjata mingħandhom in konnessjoni mal-prroġett ta' twessigħ ta' Pjazza San Franġisk? Fiex wasal kull każ pendenti? X'passi ttieħdu mill-ministeru biex jitħaffef il-proċess ħalli jsir il-ħlas dovut?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #17797 Sitting 341 2000-07-10 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru għal Għawdex

Rabat, Għawdex — Triq ir-Repubblika - Traffic lights

Question

Tista' l-Ministru tgħid jekk hux minnu li saru ħsarat lit-traffic lights ta' Triq ir-Repubblika (Salib it-Tiġrija) ir-Rabat, Għawdex, meta ntlaqtu minn vetturi għoljin? F'kull każ, sar rapport lill-pulizija mis-sewwieq konċernat? Kemm kienet tammonta l-ħsara li saret? X'passi ħadet il-Ministru biex il-ħsara tissewwa a spejjeż ta' min għamilha?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #17798 Sitting 341 2000-07-10 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru għal Għawdex

Ministru għal Għawdex — Safra

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm ħallas il-ministeru għal Għawdex għas-safra li għamlu dan l-aħħar is-Segretarju Permamenti u d-Direttur tal-Customer Services il-ġdid biex marru l-Greċja? Għal-liema raġuni marru? Tista' l-Ministru tgħid kif issir l-għażla biex uffiċjali għolja jmorru fuq safriet bħal dawn?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

L-uffiċċjali li qed tirreferi għalihom l-onor interpellant attendew konferenza tal-Kummissjoni tal-Ġżejjer tal-Konferenza tar-Reġjuni Periferali u Marittimi tal-Ewropa. L-ispejjes relattivi kienu skond ir-rati stabbiliti mill-Management and Personnel Office fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru f'Ċirkulari Nru 123/99. L-għażla ta' l-uffiċċjali saret biex jinkiseb l-akbar benefiċċju possibbli mill-Konferenza msemmija.