B'referenza għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 37949, jista' l-Viċi Prim Ministru jwieġeb b'referenza għall-Korporazzjoni dwar ix-Xogħol u Taħriġ, l-ETC?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li hemm tmien persuni li preżentement qed jagħmlu xogħol ta' spetturi mal-Korporazzjoni għax-Xogħol u t-Taħriġ.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-persuna li d-dettalji qed jingħataw separatament, tnaqqsitlu ħafna aktar f'taxxa fl-ewwel pensjoni li rċieva din is-sena?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li l-persuna ndikata ġiet infurmata dwar il-każ tagħha.
Jistax jiġi mgħaġġel il-proċess ta' l-istallazzjoni ta' lift fi Block B1 Pjazza Madonna ta' Fatima Pieta', minħabba li resident fis-sular ta' fuq inħakem minn marda serja ħafna?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li miċ-ċertifikat mediku sottomess ma' l-applikazzjoni għall-installar ta' lift fil-blokk indikat mill-Onor. Interpellant ma rriżultax li fil-blokk toqgħod xi persuna b'diżabilita' ta' mobilita' u għalhekk l-applikazzjoni ma tissodisfax kundizzjoni ewlenija taħt Skema V ta' l-Awtorita' tad-Djar.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid f'hiex waslet applikazzjoni għall-istallazjoni ta' lift f'Juno Flats Pembroke? Jista' il-Viċi Prim Ministru jieħu l-passi kollha meħtieġa biex il-proċess ta' din l-applikazzjoni jiġi mħaffef peress li hemm numru ta' residenti li minħabba l-kundizzjoni ta' saħħithom jeħtiġilhom l-użu ta' dan is-servizz?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li ma jirriżultax li l-Awtorita' tad-Djar għandha xi applikazzjoni pendenti għal installar ta' lift fil-post indikat mill-Onor. Interpellant.
Ministeru għall-Politika Soċjali — Private securities
Question
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid fil-preżent kemm hu n-numru ta' kuntratti għal securities privati li għandu l-Ministeru, dipartimenti, kumpanniji, eċċ. li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-Ministeru?
Jista' jgħid kemm kienet iċ-ċifra ta' sigħat u ta' flus li tħallsu għal dawn il-kuntratti matul is-snin 2002, 2001 u 2000, separatament?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Tabella bl-informazzjoni mitluba.
Jista' il-Minsitru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 37743?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Tabella li turi n-numru ta' persuni li mietu fir-Residenza San Vinċenz de Paule mill-1990. Biex tinġabar l-informazzjoni dwar l-eta' fid-data tal-mewt ta' dawn il-persuni jrid isir eżerċizzju manwali li jirrikjedi ħafna ħin u ħela ta' riżorsi li ma nħossx li huma ġustifikati.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'inhi l-policy tal-gvern dwar private adoptions tat-tfal?
Kemm hu n-numru ta' talbiet għal private adoptions pendenti?
Kemm saru private adoptions matul dawn l-aħħar erba' snin kull sena separatament?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qiegħda tinġabar u risposta ser tingħata f'xi Seduta oħra.
Fir-rigward twaqqiegħ ta' slums fil-Floriana, meta hu maħsub li jinbeda l-proġetti f'Balzunetta? Meta se jinbeda l-bini ta' appartamenti fi triq il-Kapuċċini Floriana? Inqalgħux problemi mhux mistennija waqt it-twaqqiegħ?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Jien infurmat li t-tender għat-twaqqiegħ u rikostruzzjoni tal-bini fil-Balzunetta ngħatat u biex jinbeda x-xogħol jonqos biss li joħroġ stabbiliment kummerċjali li hu affettwat mill-proġett u mara anzjana li qed tingħata akkommodazzjoni alternattiva. Hu maħsub li dal-problemi jossolvew biex ix-xogħol jista' jibda fi Frar. Sadanittant ix-xogħol tal-bini f'Triq il-Kapuċċini, Floriana mistenni jibda l-ġimgħa d-dieħla. Waqt it-twaqqiegħ inqalgħu diversi problemi iżda mhux tant li minħabba fihom waqaf ix-xogħol. Inqalgħu problemi fit-taħmil tal-pedamenti iżda dawn issa ġew solvuti.
Id-Dipartiment tal-Bini u Tiswija tad-Djar x'xogħlijiet għamel fil-bini tal-Gvern fil-Floriana matul dawn l-aħħar 4 snin u nofs?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li f'dawn l-aħħar erba' snin u nofs id-Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta' Djar għamel żewġ proġetti ta' ġonna/landscaping fil-Floriana: dak f'Binja Vilhena u dak fil-Housing Estate magħruf bħala Tal-Kapuċċini. Sadanittant saru 242 biċċa xogħol ta' tiswija f'bini tal-Gvern mid-Dipartiment f'dan l-istess perjodu.
Jista' jerġa' jibda jingħata s-servizz tal- home help liż-żewġ anzjani li d-dettalji tagħhom qed ngħaddi separatament peress li ma jidhirx li kellhom responsabilta' għall-fatt li l-carers li kellhom ma baqgħux jagħtuhom is-servizzi tagħhom?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jgħaddili aktar dettalji, anki b'mod kunfidenzjali, dwar il-persuni ndikati biex inkun nista ninvestiga l-każ taghhom.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jivverifika jekk l-ammont ta' pensjoni ridotta li qegħda tieħu l-persuna, li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, hux korrett peress li hu tant żgħir li din il-persuna u l-familja tiegħu mhux possibbli li jgħaddu b'dan l-ammont?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuna minnu ndikata ġiet infurmata bil-każ tagħha.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'kienet ir-raġuni li l-persuna, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, qed tirċievi Lm24.94 fil-ġimgħa pensjoni ta' l-invalidita' separatament mill-bonus ta' Lm1.34 u mhux Lm26.81 li oriġinarjament kellhom ilaħħqu għat-total ta' Lm28.15?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali nforma lill-persuna indikata dwar il-każ tagħha.