Legislature:
Category:
Reset
Active:

Uffiċċju tal-Prim Ministru — Mobile Phones

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm tħallsu f'kontijiet ta' mobile phones fil-ministeru, dekasteru u enti tiegħu matul ix-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu 2007 separatament u xahar b'xahar? Jista' jgħid kemm kienet in-nefqa fuq prepaid top-up mobile cards fil-ministeru, dekasteru u enti tiegħu matul ix-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu 2007 separatament xahar b'xahar? Jista' jgħid jekk l-uffiċjali intitolati għal mobile phones fil-ministeru, dekasteru u enti tiegħu għandhomx ceiling fuq mobile phone mħallas mill-Gvern, u f'każ li hemm ceiling kemm hu separatament u jekk inqabiżx minn xi uffiċjal matul Jannar, Frar jew Marzu 2007? F'każ li fl-affermattiv, jista' jgħid x'inhi r-raġuni li nqabeż c-ceiling?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra Tabelli A u B għar-rigward ta’ l-Uffiċċju tal-Prim Ministru u l-Ministeru tal-Finanzi rispettivament u li jagħtu l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.

OPM — Mobile phones

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid f'każ li xi uffiċjal mill-ministeru, dekasteru jew entitiegħu qabeż is-ceilingallokat għall-mobilemarbut mal-pożizzjoni tiegħu, itteħdux passi fil-konfront ta' dawn l-uffiċjali matul Jannar, Frar jew Marzu 2007?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li matul Jannar sa Marzu 2007, uffiċjal wieħed mill-Ministeru tal-Finanzi qabeż ic-ceiling allokat. L-ammont maqbuż se jiġi rrifondut mill-istess uffiċjal.

Provisional tax

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk hijiex prattika normali li persuna li tkun ħallset provisional tax żejda minflok tieħu refund tara li l-flus li tkun ħallset żejda jmorru sabiex tħallas penali dovuti lill-gvern fil-qasam tat-taxxi?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar u tingħata tweġiba f’xi seduta oħra.

Kontijiet tal-VAT — Arretrati

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' persuni/kumpanniji (separatament) li fil-preżent għandhom arranġament sabiex iħallsu l-arretrati tal-kontijiet tal-VAT? Jista' jipprovdi l-istess tagħrif għall-aħħar ħames snin, sena b'sena? Għal kemm snin imur lura l-aħħar pagament dovut?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li d-Dipartiment tal-VAT m’għandu l-ebda arranġamenti sabiex jitħallsu l-arretrati tal-kontijiet tal-VAT. Dan peress li m’hemm l-ebda provvediment fl-Att tat-Taxxa fuq il-Valur Miżjud ta’ l-1998 li jippermetti li dan iseħħ.

Uffiċċju ta' l-Istatistika — Computers bil-ħsara

Question

Jikkonferma l-Prim Ministru illi ċertu computers fl-Uffiċċju ta' l-Istatistika ilhom xhur bil-ħsara? Kemm għamlet kollettivament overtime t-technical section ta' l-Istatistika?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi t-tweġiba għall-ewwel parti tal-mistoqsija hija fin-negattiv. Rigward it-tieni parti, l-Onorevoli Interpellant huwa mitlub jiċċara għal liema sezzjoni qed jirreferi peress li ma teżistix technical section fl-Uffiċċju ta’ l-Istatistika.

Kontijiet ta' l-income tax — Arretrati

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 25071 u jgħid kemm hu n-numru ta' persuni/kumpanniji/households/intraprendituri (separatament) li fil-preżent għandhom arranġament sabiex iħallsu l-arretrati tal-kontijiet pendenti għat-taxxa ta' l-income? Jista' jipprovdi l-istess tagħrif għall-aħħar ħames snin, sena b'sena? Għal kemm snin imur lura l-aħħar pagament dovut?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar u tingħata tweġiba f’xi seduta oħra.

Ħal-Lija — Villa Francija

Question

Billi Villa Francija f'Ħal-Lija tħalliet lill-gvern ta' Malta biex isservi ta' residenza uffiċjali tal-Prim Ministru, jista' l-Prim Ministru jgħid jekk wara li jsiru x-xogħlijiet neċessarji hijiex se tintuża għal dan l-iskop? Jekk le, x'se jiġri mill-villa?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Villa Francija f’Ħal Lija tħalliet lill-Gvern ta’ Malta biex jagħmel l-aħjar użu li tixraq lil din il-proprjetà storika u distinta. Bħalissa għaddej programm estensiv ta’ restawr ta’ din id-dar bl-iskop li: - Tiġi restawrata u preservata bħala parti mill-patrimonju Malti; - Tkun tista’ tiġi wżata għall-funzjonijiet uffiċjali u attivitajiet oħra li jixirqu lil dan il-post.

Dipartiment tat-Taxxi Interni — N.I. contributions

Question

Jista' l-Prim Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 24345 u jgħid: Fil-preżent kemm hi ċ-ċifra globali ta' flus li għandha titħallas lill-Inland Revenue għall-ħlasijiet tal-bolla tal-N.I.? Jista' jagħti breakdown ta' kumpanniji u self-employed separatament?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar u tingħata tweġiba f’xi seduta oħra.

Forzi Armata ta' Malta

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid : Kemm hemm membri tal-Forzi Armati stazzjonati f'Għawdex; Kemm hemm membri tal-Forzi Armati Għawdxin stazzjonati Malta; X'inhu l-grad tagħhom u meta daħlu fl-Armata; F'dawn l-aħħar għaxar snin kemm membri Għawdxin ġew trasferiti minn Malta għal Għawdex u x'kienet ir-raġuni?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar u tingħata tweġiba f’xi seduta oħra.

Dipartiment tal-VAT — VAT refunds

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 25074 u jgħid fil-mument kemm hi ċ-ċifra ta' flus globali li d-dipartiment tal-VAT irid jirrifondi lura lit-taxpayer? Kemm minn din iċ-ċifra hija maħsuba li titħallas din is-sena? Għal kemm snin imur lura l-aħħar pagament dovut?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar u tingħata tweġiba f’xi seduta oħra.

Dipartiment tat-taxxa fuq l-income — VAT refunds

Question

Jista' l-Prim Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 25075 u jgħid fil-mument kemm hi ċ-ċifra ta' flus globali li d-dipartiment tat-taxxa fuq l-income irid jirrifondi lura lit-taxpayer? Kemm minn din iċ-ċifra hija maħsuba li titħallas din is-sena? Għal kemm snin imur lura l-aħħar pagament dovut?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar u tingħata tweġiba f’xi seduta oħra.

Kontijiet tal-NI — Arretrati

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 25072 u jgħid kemm hu n-numru ta' persuni/kumpanniji (separatament) li fil-preżent għandhom arranġament sabiex iħallsu l-arretrati tal-kontijiet pendenti tal-N.I.? Għalkemm snin imur lura l-aħħar pagament dovut? Jista' jipprovdi l-istess tagħrif għall-aħħar ħames snin, sena b'sena?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar u tingħata tweġiba f’xi seduta oħra.

Uffiċċju ta' l-Istatistika — Computers bil-ħsara

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 25452 u ċioe': Jikkonferma l-Prim Ministru li ċerti computers fl-Uffiċċju ta' l-Istatistika ilhom xhur bil-ħsara? Kemm għamlet kollettivament overtimeit-technical section ta' l-Istatistika?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar u tingħata tweġiba f’xi seduta oħra.

Mater Dei — Għoti ta' kuntratt

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid f'liema stadju waslet l-aġġudikazzjoni u l-għoti tal-kuntratt tat-teknoloġija ta' l-IT f'Mater Dei biex jippermetti t-tmexxija minn jum għal jum ta' dan l-isptar?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar u tingħata tweġiba f’xi seduta oħra.

Impjegati mal-gvern

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hemm impjegati mal-gvern, maqsuma f'nisa u rġiel, li matul is-snin kienu mpjegati bħala casual, minbarra dawk li qed jissostitwixxu ħaddiema back to back? Kif se jiġu affettwati dawn il-ħaddiema meta jidħol fis-seħħ l-Avviż Legali Nru. 51 ta' l-2007?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar u tingħata tweġiba f’xi seduta oħra.

Impjegati mal-gvern — Kuntratti

Question

Fl-isfond ta' l-Avviż Legali Nru. 51, Art. 7 (3) jista' l-Prim Ministru jgħid x'miżuri se jittieħdu biex minh u nkarigat mit-tiġdid jew twaqqif ta' kuntratti jinżamm responsabbli f'każ li ma jimxix mat-termini tal-kuntratti diversi, u l-klawsoli fl-avviż legali jidħlu fis-seħħ awtomatikament?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar u tingħata tweġiba f’xi seduta oħra.

Ingaġġ fis-servizz pubbliku

Question

L-ingaġġ fis-Servizz Pubbliku - Servizz Ġenerali - fuq bażi indefinita, sal-lum isir permezz ta' eżami fil-livell ta' clerkjew ta' principal. Jista' l-Prim Ministru jgħidilna jekk meta jidħol fis-seħħ l-Avviż Legali 51 ta' l-2007, jiġix affettwat dan il-metodu ta' ingaġġ u jekk iva, b'liema mod? Dan se jibqa' l-unika metodu ta' ingaġġ jew se jiġu introdotti metodi ġodda? Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid kif se jintlaqtu l-impjegati preżenti?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar u tingħata tweġiba f’xi seduta oħra.

Servizz/Settur Pubbliku — Kuntratt ta' servizz

Question

Artiklu 3 (2) (d) ta' l-Avviż Legali 51 2007 jgħid li r-regolamenti ta' l-Avviż Legali ma japplikawx f'każ ta' kuntratti ta' servizz fis-Servizz Pubbliku jew fis-Settur Pubbliku li ma jkunux saru skond il-liġijiet applikabbli ta' Malta u partikolarment skond il-proviżjonijiet tal-Kostituzzjoni. Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk f'dawn l-aħħar ħames snin sarux kuntratti simili u jekk saru, kemm kienu, f'liema gradi saru u x'kienu l-elementi fil-kuntratt/i li kienu jiksru xi liġi?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar u tingħata tweġiba f’xi seduta oħra.

Kumpannija

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kif il-kumpannija, li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, għadha ma ġietx stralċjata mir-reġistru tal-kumpanniji meta din ilha ma tiffunzjona snin twal tant li l-aħħar darba li ġew ippreżentati xi dokumenti kien fid-29 ta' Mejju 1979?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar u tingħata tweġiba f’xi seduta oħra.