Jista' il-Ministru jinvestiga ilmenti li filwaqt li ċerti tobba qegħdin joħorġu ċertifikat mediku ġimgħa ġimgħa għall-istudenti f'form VI tal-gvern biex ikun jista' jkoprihom sa l-ischool leaving age, dawn qegħdin jagħmluh fid-diskrezzjoni tagħhom u mhux f'mod uniformi għal kull min jitlobhom?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ħruġ ta' ċertifikati mit-Tobba ma jaqax taħt iil-ġurisdizzjoni tad-Diviżjoni tas-Saħħa. Jekk l-Onor. Interpellant għandu xi każijiet speċifiċi għandu jgħaddihom lill-Kunsill Mediku.
Jista' il-Ministru jgħid kemm kienet l-ispiża għall-kiri ta' karozzi matul l-ewwel erba' xhur ta' din is-sena, mill-Ministeru, dipartimenti u enti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?
Jista' jipprovdi l-istess informazzjoni għall-istess perijodu għas-snin 2004 u 2005 separatament?
Response (DEGUARA, LOUIS)
L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant hi kif ġejja:
Sena
Health Division
Dept. of Elderly & C.C
Mount Carmel Hospital
Medicines Authority
Zammit Clapp Hospital
Primary Health Care
2004
Lm2,680.80
Lm2,761.69
Nil
Nil
Nil
Nil
2005
Lm4,372.80
Lm571.94
Nil
Nil
Nil
Nil
2006
Lm5,848.16
Lm1,074.67
Nil
Lm622.05
Nil
Lm708
Dawn il-karozzi jiġu mikrija għal diversi użu fosthom għal ġar ta' pazjenti mid-djar għall-Isptarijiet.
Jista' il-Ministru jgħid minn meta daħlet il-proċedura li persuni rikoverati fl-isptar San Luqa jibdew iħallsu 80% tad-dħul għax meqjusa bħala social cases? Kif jiġi deċiż li persuna hi social case?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Il-proċedura li persuni rikoverati fl-Isptar San Luqa jibdew iħallsu 80% tad-dħul għax meqjusa bħala Social Case bdiet iseħħ fit-3 ta' Jannar, 2004 skond A.L.259 ta' l-2004 Att Dwar is-Sigurta Soċjali (KAP318) Regolament ta' 2004 dwar Rati għal Servizzi Residenzjali Finanzjati mill-Istat.
Meta persuna tiġi illiċenzjata mill-Isptar mill-Konsulent tagħha, u għal xi raġuni jew oħra, din il-persuna tibqa tokkupa sodda, din il-persuna tiġi iddikjarata bħala Social Case.
Jista' il-Ministru jgħid għaliex l-ispettur sanitarju għan-naħa tal-Kottonera ma ħax il-passi neċessarji biex tissolva l-problema ta' ilma/drenaġġ li dieħel fil-fond li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-Tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari numru 5291 tas-Seduta numru 125 tas-sena 2004. Ninforma li s-sitwazzjoni għadha l-istess għajr għall-fatt li fit-tnax t'Awwissu 2004, ittieħed kampjun ieħor ta' l-ilma li qiegħed jinfiltra, liema kampjun reġa' ndika l-probabilita' li l-ilma inkwistjoni huwa ilma tal-vit. Dan wara li d-Dipartiment kien ġie nfurmat fis-26 ta' Lulju 2004 mill-Korporazzjoni tas-Servizzi ta' l-Ilma li saru testijiet neċessarji fl-akkwata ndikata u ma nstab l-ebda leak fis-sistema ta' l-ilma eżistenti.
Iċ-Chief Executive Officer fi ħdan il-Korporazzjoni tas-Servizzi ta' l-Ilma kien reġa' ġie nfurmat b'dan kollu fis-26 ta' Awwissu 2004, wara li kien diġa' nfurmat b'korrespondenzi oħra datati Mejju 2004, Lulju 2004.
Il-persuna li għamlet l-ilment kienet ġiet infurmata b'dan kollu u minn dak iż-żmien 'l hawn qatt ma reġa' daħal l-ilment.
Sussegwentament, saret spezzjoni oħra llum 6 ta' Ġunju 2006 minn uffiċjal ta' dan id-dipartiment, fejn ittieħed kampjun ieħor ta' l-infiltrazzjoni. Il-każ ser jibqa' jiġi segwit.
Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm persuni jistennew li ssirilhom operazzjoni tal-kataretti? Kemm saru operazzjonijiet ta' dan it-tip f'dawn l-ewwel xhur tas-sena, xahar b'xahar?
Response (DEGUARA, LOUIS)
L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant inġabret mis-Surgical Operations Register ta' l-Isptar San Luqa għal perjodu ta' bejn Jannar 2006 u 25 ta' Mejju 2006. L-operazzjonijiet tal-Kataretti għax-xhur ta' bejn Jannar u 25 ta' Mejju 2006, xahar b'xahar saru kif ġej:
Xahar
Numru ta' Operazzjonijiet tal-Kataretti ta' SLH
Jannar 2006
103
Frar
92
Marzu
87
April
86
1 sa 25 ta' Mejju
85
In-numru ta' persuni li hemm jistennew li ssirilhom operazzjoni tal-Katarretti huwa ta' 3,812.
Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm persuni jistennew biex jidħlu l-SVPR u ġod-djar ta' l-anzjani?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru ta' persuni li qed jistennew biex jidħlu fir-Residenza San Vinċenz de Paul huwa 699. In-numru ta' persuni li qed jistennew biex jidħlu fid-Djar ta' l-Anzjani hu 1030.
Jista' il-Ministru jgħid kemm kienet l-ispiża tal-fuel tal-Ministeru, dipartimenti u enti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu fl-ewwel erba' xhur ta' din is-sena? Jista' jipprovdi l-istess informazzjoni għall-istess perijodu għas-snin 2004 u 2005 separatament?
Response (DEGUARA, LOUIS)
L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant hi kif ġejja:
Year
Health Division
Dept. of Elderly & C.C
Mount Carmel Hospital
Medicines Authority
Zammit Clapp Hospital
2004
Lm67,828
Lm7,267.82
Lm29,295.57
Nil
Lm1,640.60
2005
Lm71,578
Lm5,092.35
Lm33,435.83
Nil
Lm3,752.95
2006
Lm113,614
Lm6,117.15
Lm56,015.42
Lm245.46
Lm4,297.42
Jista' il-Ministru jgħid xi pjani għandu l-gvern għall-isptar Zammit Clapp u l-impjegati li hemm illum?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li kif għidt f'diversi okkażżjonijiet l-Isptar Zammit Clapp se jiġi żviluppat fi sptar ta' l-Onkoloġija u jieħu l-funzjonijiet li għandu l-Isptar Boffa illum.
Is-servizzi ta' rijabilitazzjoni ser jiġu trasferiti għall-binja ġdida li ser tinbena fil-konfini tar-Residenza ta' San Vinċenz u l-ħaddiema li jaħdmu f'dan il-qasam illum f'Zammit Clapp jiġu trasferiti għal dan il-kumpless meta dan jitlesta.
Jista' il-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni li daħlu l-isptar kawża ta' xorb eċċessiv fl-ewwel erba' xhur tas-sena 2006? X'eta' kellhom?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Minn tagħrif miġbur permezz tas-sistema tal-Hospital Activity Analysis (HAA) jirriżulta li fl-ewwel erba' xhur ta' din is-sena ġew ammessi 30 każ minħabba f'xorb eċċessiv fl-Isptar San Luqa. Il-każijiet jitqassmu fi tliet kategoriji kif ġej:
Kategorija A: Sindromu ta' dipendenza fuq l-alkoħol, jew stat ta' withdrawal state minħabba li minjkun dipendenti fuq l-alkoħol jkun waqqaf jew naqqas l-ammont li s-soltu jixrob, jew dawk li jabbużaw mill-alkoħol (ICD-10 codes F10.2, F10.3 u F10.1 rispettivament)
Kategorija B: Intossikazzjoni ikkawżata mill-alkoħol iżda il-persuna ma kenitx dipendenti fuq l-alkoħol (ICD-10 code F10.0)
Kategorija C: Mard tal-fwied attribbwit għall-alkoħol (ICD-10 code K70)
L-etajiet għal pazjenti f'kull kategorija huma kif ġej:
Numru ta' Pazjenti li ddaħħlu fl-Isptar San Luqa
Eta'
Kategorija A
Kategorija B
Kategorija C
10-19
-
1
-
20-29
1
1
-
30-39
1
-
-
40-49
7
1
1
50-59
2
-
7
60-69
2
-
3
70-79
1
-
1
80+
-
-
1
Total
14
3
13
Jista' il-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni li daħlu l-isptar kawża ta' overdose fl-ewwel erba' xhur tas-sena 2006? X'eta' kellhom?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Minn tagħrif miġbur permezz tas-sistema tal-Hospital Activity Analysis in-numru ta' każijiet ta' overdose li ddaħħlu fl-Isptar San Luqa fl-ewwel erba' xhur ta' din is-sena (Jannar sa April 2006) huma kif ġej:
It-terminu overdose jinkludi dawn it-tliet Kategoriji:
Kategorija A: Avvelenament inċidentali kkawżat minn drogi, mediċinali jew sustanzi bijoloġiċi (ICD-10 codes X40-X44)
Kategorija B: Attentat ta' suwiċidju ikkawżat minn avvelenament b'sustanzi solidi jew likwidi (ICD-10 codes X60-X64)
Kategorija C: Avvelenament minn drogi, mediċinali jew sustanzi bijoloġiċi, fejn mhux magħruf jekk l-avvelenament kienx inċidentali jew premeditat (ICD-10 codes Y10-Y14)
Kategorija A (Jannar-April 2006)
Eta'
Total
0-5
4
Total
4
Kategorija B (Jannar-April 2006)
Ma kienx hemm każijiet
Kategorija C (Jannar-April 2006)
Eta'
Total
10-19
10
20-29
8
30-39
6
40-49
2
60-69
4
70-79
1
Total
31
Jista' il-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni li daħlu l-isptar kawża ta' avvelenament fl-ikel fl-ewwel erba' xhur tas-sena 2006? X'eta' kellhom?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninsab infurmat li minn tagħrif miġbur permezz tas-sistema tal-Hospital Activity Analysis (SLH), in-numru ta' pazjenti li ddaħlu fl-Isptar San Luqa kawża ta' avvelenament fl-ikel (food poisoning) fl-ewwel erba' xhur ta' din is-sena ammontaw għal erbgħa. L-etajiet tagħhom jidhru kif ġej:
Eta'
Numru ta' pazjenti li ddaħħlu l-Isptar San Luqa (Jannar-April)
0-4
2
20-29
1
40-49
1
Total
4
Fit-terminu food poisoning huma inklużi wkoll infezzjonijiet tas-sistema gastroenteroloġika kkawżati minn viruses li jistgħu jkunu trasmessi mill-ikel (ICD-10 codes: A00-A09u T61-T62)
Jista' il-Ministru jgħid kemm saru echocardiograms fil-Cardiac laboratory ta' l-isptar San Luqa mill-1 ta' Jannar 2006 sat-30 ta' April 2006?
Kemm hemm tobba li jagħmlu dawn l-echocardiograms fil-Cardiac lab?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninsab infurmat li mill-1 ta' Jannar 2006 sat-30 ta' April 2006 saru 1361 echocardiograms. Hemm għaxar tobba li jagħmlu dawn l-echocardiograms.
Jista' il-Ministru jgħid jekk id-dipartiment tas-saħħa pubblika jafx x'joħroġ minn katusa tal-plastic ta' xi sitt pulzieri dijametru li hemm mirduma friska taħt is-simenta li hemm mal-baħar eżatt taħt il-Qawra Palace Hotel? Jista' jgħid ukoll jekk id-dipartiment jafx minn fejn ġej u x'inhu l-likwidu li joħroġ minn din il-katusa u li qed jispiċċa fil-baħar? Jista' jippubblika r-riżultat ta' l-investigazzjonijiet li saru jew li jistgħu jsiru?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninsab infurmat li minn investigazzjonijiet li saru minn uffiċjali ta' dan id-Dipartiment fl-24 ta' Mejju 2006 fil-post indikat, ma rrużultax li kien ħiereġ xi likwidu mill-katusa tal-plastik li għadha kemm ġiet impoġġija ġo kanal fis-simenta taħt il-Qawra Palace Hotel. Minn aktar investigazzjonijiet irriżulta li din il-katusa ser isservi bħala discharge pipe għall-reverse osmosis plant li qiegħda tiġi nstallata fil-lukanda imsemmija. Jirriżulta wkoll li hemm applikazzjoni pendenti quddiem l-Awtorita' ta' l-Ambjent u l-Ippjanar għall-istess żvilupp.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 19178 li oriġinarjament saret lill-Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali u li issa ġiet riferuta lilek, tista' jekk jogħġbok tara għaliex anzjana li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament qed tħallas Lm10.83 fil-ġimgħa bħala arretrati? Tista' din il-persuna tiġi nformata direttament dwar ir-raġuni?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninsab infurmat li l-anzjana li dettalji qed jintbagħtu separatament mhix fil-listi tad-Dipartiment għall-Anzjani u Kura fil-Komunita'.
Jista' il-Ministru jgħid kemm-il principal officer hemm fil-government pharmaceutical service? X'inhu x-xogħol li jagħmel kull wieħed minnhom? Hawn minnhom li qegħdin jiġu mitluba jagħmlu xogħol li suppost jagħmlu impjegati fi grad anqas? Hawn sezzonijet oħra fi ħdan id-diviżjoni tas-saħħa li għandhom bżonn ħaddiema fil-grad ta' principal officer?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninsab infurmat li preżentament hemm tlett Principal Officers ġewwa l-GPS. Dawn il-Principal Officers kollha jagħmlu xogħol relatat mal-grad tagħhom, kif ukoll xogħol ieħor skond l-esiġenzi tas-servizz.
Jista' il-Ministru jgħid matul l-ewwel erba' xhur ta' din is-sena kemm kienet l-ispiża tas-safar tal-ministeru, dipartimenti u enti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?
Response (DEGUARA, LOUIS)
L-ispiża totali tas-safar matul l-ewwel erba' xhur ta' din is-sena kienet ta' Lm24,843.
Jista' il-Ministru jgħid kemm iggradwaw tobba kull sena għal dawn l-aħħar għaxar snin u kemm minnhom qed jaħdmu Malta llum?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninsab infurmat li n-numru ta' tobba li iggradwaw, sena b'sena mis-sena 1995 sal-lum huwa kif ġej:
Sena
Numru ta' Tobba Gradwati
1995
38
1996
-
1997
42
1998
-
1999
54
2000
-
2001
55
2002
30
2003
34
2004
65
2005
61
Id-Diviżjoni tas-Saħħa ma hiex f'pożizzjoni li tgħid kemm minn dawn it-tobba li iggradwaw matul il-perjodu hawn fuq imsemmi, għadhom jipprattikaw l-professjoni tagħhom f'pajjiżna.
Jista' il-Ministru jgħid kemm attendew nies il-unit li hemm Boffa Hospital li jieħu ħsieb il-mard sesswali infettiv is-sena l-oħra? Kemm kellhom eta' dawk li attendew? X'sess huma u x'marda għandhom?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-Genitourinary Clinic fl-Isptar Boffa s-sena l-oħra attendew 1832 pazjent.
L-etajiet kienu hekk kif ġej:
12.3%- bejn it-13 u 19-il sena
73.1%- bejn l-20 u 40 sena
14.6%- 'il fuq minn 40 sena
62% kienu rġiel
38% kienu nisa
Il-mard kien kif ġej:
Diagnosis
Number
Non-specific urethritis
209
Muco-purulent cervicitis
129
Chlamydia
43
Gonohorrea
23
Syphilis
18
Ano-genital warts
144
HIV
7
Candida
107
Bacterial Vaginosis
67
Desquamative inflammatory vaginitis
6
Pelvic inflammatory disease
12
Hepatitis C
5
Herpes simplex genitalis
26
Mulluscum contagiousm
40
Dermatoses
160
Peress li ġiet imwaqqfa kummissjoni nazzjonali tas-saħħa mentali ġdida, jista' il-Ministru jgħid jekk hemmx terminu ta' żmien li fih din trid tressaq ir-rakkmandazzjonijiet tagħha għal tibdil tal-liġi tas-saħħa mentali?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Għalkemm il-Kummissjoni tas-Saħħa Mentali ma ngħatatx termini speċifiku huwa ittamat li l-ewwel abbozz tal-liġi tas-Saħħa Mentali jkun lest sa tmiem din is-sena.