Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #31126 Sitting 685 2002-01-28 Oral · Final From: FRANCIS AGIUS To: Ministeru tas-Saħħa

Mediċini

Question

Jista' l-Ministru jagħti l-arranġamenti partikulari - jekk jeżistu - sabiex jagħmluha iktar ħafifa li pazjenti neqsin mid-dawl ikunu jistgħu jieħdu l-mediċini (ħafna drabi iridu bilfors imorru St. Luke's) u t-taqtir tal-għajnejn?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Pazjenti bi bżonnijiet speċjali inkluż dawk neqsin mid-dawl jingħataw preċedenza fil-kju u jinqdew minn garzella iddedikata għalihom fl-ispiżeriji governattivi. Terzi persuni jistgħu jiġbru l-mediċini għall-dawn il-pazjenti u jinqdew mill-istess garzella.
Leg 9 PQ #31164 Sitting 685 2002-01-28 Oral · Final From: MICHAEL BONNICI To: Ministeru tas-Saħħa

Resurfacing

Question

Jista' l-Ministru jordna li jsir resurfacing tal-parti tal-lane quddiem l-outpatients block fl-isptar San Luqa?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-Amministrazzjoni ta` l-Isptar San Luqa ser tieħu passi neċessarji sabiex isir resurfacing meħtieġ. F'dan l-istadju, pero`, ma jistax jingħata bidu għal dan ix-xogħol ta` resurfacing qabel jiġu finalizzati xogħolijiet oħra pendenti ta` drenaġġ.
Leg 9 PQ #31172 Sitting 685 2002-01-28 Oral · Final From: JEAN PIERRE FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Kumpens

Question

Jista' l-Ministru jgħid hemmx il-ħsieb li l-pazjenta li d-dettalji tagħha qed ngħaddi separatament li kellha kumplikazzjonijiet wara intervent kirurġiku tiġi mogħtija xi forma ta' kumpens?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Peress li l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant hija ta` natura personali, għandha tiġi segwita l-proċedura kif indikata fit-tweġiba għall-mistoqsija numru 13567 f'seduta 235.
Leg 9 PQ #31174 Sitting 685 2002-01-28 Oral · Final From: JEAN PIERRE FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Pazjenti — Operazzjonijiet

Question

Peress li t-tliet pazjenti li d-dettalji tagħhom qed ngħaddi separatament ilhom ħafna jistennew operazzjoni mhux urġenti iżda minħabba kundizzjoni ta' inkonvenjent kbir, jista' l-Ministru jgħid jistax jiġi mistħarreġ il-każ tagħhom?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Peress li l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant hija ta` natura personali, għandha tiġi segwita l-proċedura kif indikata fit-tweġiba għall-mistoqsija numru 13567 f'seduta 235.
Leg 9 PQ #31001 Sitting 682 2002-01-22 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tas-Saħħa

Konsulenti Mhux Legali — Ħlas

Question

Liema huma il-konsulenti mhux legali mal-Ministeru tiegħek? Kemm qed jitħallsu?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Il-Ministru tas-Saħħa m'għandu l-ebda konsulent.
Leg 9 PQ #30910 Sitting 681 2002-01-22 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru tas-Saħħa

Mobile Phone Antennae — Problemi tas-Saħħa

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'passi ttieħdu mill-awtoritajiet tas-saħħa biex jiġi żgurat li l-mobile phone antennae mhux qed jikkaġunaw problemi għas-saħħa ta' dawk li jgħixu qrib fejn twaħħlu, mindu ħarġet l-istqarrija li tgħid li ma jikkaġunawx problemi?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qabel ma jingħata permess, kull talba għal mobile phone antenna tiġi investigata mid-Dipartiment tal-Wireless and Telegraphy sabiex jiġi żgurat li r-rakommandazzjonijiet li ħarġu mill-kodiċi ta` prattika qegħdin jiġu osservati. Barra dan, id-Dipartiment tas-Saħħa Pubblika irċieva 30 rikjesta mill-pubbliku biex jiġu mkejla l-livell ta` radjazzjoni minn antennae. Dawn it-talbiet ġew referuti għall-investigazzjonijiet neċessarji lid-Dipartiment tal-Wireless and Telegraphy bħala d-Dipartiment responsabbli biex jagħmel monitoraġġ għal-livelli ta` radjazzjoni minn dawn l-antennae. Minn dawn l-investigazzjonijiet irriżulta li l-livelli kollha mkejla kienu f'livelli ferm aktar baxxi minn dawk rakkomandati għall-pubbliku. Kull min għamel din it-taba ntbagħtitlu ittra mid-Dipartiment tas-Saħħa Pubblika fejn ingħatat l-informazzjoni kollha, nkluż il-livelli mkejla f'kull każ.
Leg 9 PQ #30864 Sitting 680 2002-01-21 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tas-Saħħa

Artrite — Operazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jinvestiga l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament li tinsab irreġistrata għall-operazzjoni ta' l-artrite billi tgħarrafha jekk din l-operazzjoni tistax tinġieb 'il quddiem?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Peress li l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant hija ta` natura personali, għandha tiġi segwita l-proċedura kif indikata fit-tweġiba għall-mistoqsija numru 13567 f'seduta 235.
Leg 9 PQ #30899 Sitting 680 2002-01-21 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru tas-Saħħa

Nursing & Midwifey Board

Question

Jista' l-Ministru jikkunsidra li fil-futur jibda jaħtar nurse jew midwife bħala chairperson tan-Nursing & Midwifey Board

Response (DEGUARA, LOUIS)

It-talba li qiegħed jagħmel l-Onor. Ministru ġiet innotata.
Leg 9 PQ #30916 Sitting 680 2002-01-21 Oral · Final From: JEAN PIERRE FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar San Luqa

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm pażjenti fil-korsiji fil-wards fl-Isptar San Luqa bħalissa, ward, ward? Kemm hemm social cases li qed jistennew li jiġu trasferiti fl-Isptar San Vinċenz bħalissa, ward, ward?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Infurmat li l-pożizzjoni fil-21 ta` Jannar 2002 hija kif ġej: Wards Corsia Social Cases M1 12 2 M2 7 7 M3 10 5 M4 12 13 M5 7 5 M6 8 9 M7 4 5 M8 5 6 MS I 1 3 MS II 0 3 S 4 0 2 WS I 0 2 WS II 0 4 GDW 0 1 Orth I 2 1 Orth III 2 2 Gynae 0 1
Leg 9 PQ #30918 Sitting 680 2002-01-21 Oral · Interim From: JEAN PIERRE FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

MAN — Outpatient Clinics

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il appuntament fid-diversi outpatient clinics fl-isptarijiet San Luqa u Boffa ġew posposti mindu bdew l-azzjonijiet tal-MAM ix-xahar li għadda?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Risposta tingħata f'seduta oħra.
Leg 9 PQ #30922 Sitting 680 2002-01-21 Oral · Final From: MICHAEL ASCIAK To: Ministeru tas-Saħħa

Sptarijiet — Ħobż

Question

Jista' l-Ministru jgħid kif joħorġu t-tenders għall-provvista tal-ħobż fl-isptarijiet? Hemm ħsieb li kull sptar joħroġ l-offerti tiegħu? Meta jerġa' jmiss li joħorġu dawn it-tenders?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Infurmat li t-tender tal-ħobż fl-isptarijiet toħroġ mid-Dipartiment tal-Kuntratti darba fis-sena. Għal din is-sena m'hemm l-ebda ħsieb li kull sptar joħroġ l-offerti għal rasu. Normalment is-sejha għall-offerti tiġi ppubblikata f'Ġunju.
Leg 9 PQ #30800 Sitting 676 2002-01-15 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru tas-Saħħa

Ħal Luqa — Ħal Farruġ

Question

B'referenza għall-mistoqsijiet u għat-tweġibiet parlamentari nru. 24903 dwar il-problema tal-ġrieden fl-area ta' Ħal Farruġ f'Ħal Luqa, jista' l-Onor Ministru jgħid b'liema mod ġiet segwita regolarment matul is-sena li għaddiet mis-Sezzjoni tal-Pest Control tad-Dipartiment tas-Saħħa, il-problema tal-ġrieden li hemm f'din l-area u kif indika l-istess Ministru fit-tweġiba tiegħu?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninsab infurmat li spezzjonijiet saru minn Uffiċjali ta` dan id-Dipartiment fl-area ta` Ħal Farruġ Luqa matul is-sena li għaddiet kif indikat fit-tabella hawn taħt: Xhar Rimarki Frar Sar trattament fl-area inikata April Team mis-sessjoni tal- Pest Control kien stazzjonat f'dan ir-raħal u għamel xogħol regolari ta` tqegħid ta` velenu kuljum Mejju Awissu Saru spezzjonijet u trattamenti regolari biex tibqa` taħt kontroll din il-problema ta` ġrieden Settembru Ottubru Novembru Ninforma li l-problema ser tibqa` tiġi segwita regolarment matul din is-sena, sakemm l-infestazzjoni tiġi kontrollata.
Leg 9 PQ #30485 Sitting 675 2002-01-14 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru tas-Saħħa

Fondi Pubbliċi — Kalmanti

Question

Jista' l-Ministru jgħid matul is-sena 2000 kemm intużaw fondi pubbliċi biex jingħataw kalmanti lill-persuni ntitolati għal dawn il-mediċini? Kemm persuni ħadu minn dawn il-kalmanti? X'tip ta' kalmanti ħadu? U kemm ħarġu kalmanti matul is-sena 2000?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Infurmat li l-ispiża tal-Gvern matul is-sena 2000 kienet ta' Lm813,655.2. In-numru ta' persuni bil-kartuna l-bajda f'Malta u Għawdex sa Diċembru 2000 kien ta' 21923. Rigward it-tip ta' kalmanti u kemm inħarġu matul is-sena 2000 jidhru fil-lista li qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #30576 Sitting 675 2002-01-14 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar San Luqa — Inkjesta

Question

B'referenza għall-inkjesta li kienet saret fuq każ ġara fis-sala MS fl-isptar San Luqa fl-14 ta' April 2001, 1 x'kienu r-rakomandazzjonijiet li saru fir-rapport ta' l-inkjesta? 2 lil min ingħata dan ir-rapport? 3 x'passi ttieħdu in vista tal-konklużjoni ta' l-inkjesta?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant ikun iktar specifiku, u jghidilna liema hi s-sala li dwarha saret din il-Mistoqsija parlamentari.
Leg 9 PQ #30588 Sitting 675 2002-01-14 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru tas-Saħħa

CT Scan

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex appuntament ta' CT Scan li ġie mitlub f'Novembru fl-Isptar San Luqa, ingħata għal Frar tas-sena 2002?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Infurmat li ma hemmx "waiting list" għal CT Scan li huma kkunsindrati urġenti. Isiru konsultazzjonijiet bejn il-konsulenti kliniċi u r-Radjoloġisti, f'każi li huma ta inqas urġenza. Dawn il-pazjenti jiġu s-slottjati bħala 'over-booking', sistema li turi l-effiċjenza tar-radiographers u r-radjoloġisti li jaħdmu f'dan id-dipartiment. Bħalissa il-waiting time ta` l-appuntamenti għall-CT Scan mhux urġenti huwa bejn wieħed u ieħor ta` minn erba` sa ħames ġimgħat. Id-Dipartiment tar-Radioloġija fl-Isptar San Luqa jagħmel madwar 25 CT Scan kuljum. Dan ifisser li jsiru 20% iktar CT Scans minn dipartiment tar-radioloġija fl-isptarijiet fl-Ewropa li bħalna jservu popolazzjoni ta` xi 400,000.
Leg 9 PQ #30591 Sitting 675 2002-01-14 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru tas-Saħħa

Angio Plasti

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex appuntament għal Angio Plasti li ġie mitlub f'Novembru għall-persuna li d-dettalji tagħha qed jingħataw kunfidenzjalment, sa llum għadu ma' ingħatax?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Peress li l-informazzjoni mitluba mill-Onor Interpellant hija ta' natura personali, għandha tiġi segwita l-proċedura kif indikata fit-tweġiba għall-mistoqsija numru 13567 f'seduta 235.
Leg 9 PQ #30613 Sitting 675 2002-01-14 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru tas-Saħħa

Berġa taż-Żejtun

Question

Jista' l-Ministru jinvestiga ilment li wasal għandi minn nies li jużaw il-berġa taż-Żejtun li dawn qed ikollhom jistennew barra ġol-bitħa għax-xita u l-bard? Possibli d-Diviżjoni tas-Saħħa tinvestiga dan l-ilment u tapprova tirrimedja is-sitwazzjoni?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Infurmat li l-Berġa taż-Żejtun bħal issa tinstab fi stat avvanzat ta` rinovazzjoni. Minħabba f'hekk in-nies qed ikollhom jużaw il-kurutur ġewwa l-Għassa tal-Puluzija bħala waiting area. Nies li joħorġu jistennew barra fil-bitħa ta` l-Għassa jagħmlu hekk volontarjament.
Leg 9 PQ #30620 Sitting 675 2002-01-14 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tas-Saħħa

Ċimiterju tal-Addolorata

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm opqbra vakanti fiċ-Ċimiterju tal-Addolorata? Kemm hemm applikazjonijiet pendenti għal xiri ta' oqbra fiċ-Ċimiterja tal-Addolorata? Xi proċedura tintuża biex dawn l-oqbra jinxtraw? Kif jintgħażlu dawk li lilhom jiġu allokati b'xiri l-oqbra? Hemm il-ħsieb li jiġi estiż iċ-ċimiterju tal-Addolorata b'bini ta' oqbra ġodda? Jekk fl-affermativ, meta huwa maħsub li dan isir?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Infurmat li fiċ-Ċimiterju ta` l-Addolorata preżentament m'hemmx oqbra/siti għal oqbra, għal bejgħ. Numru ta` applikazzjonijiet pendenti għal xiri ta` oqbra fl-istess ċimiterju issa laħaq l-1912 l-applikazzjoni. Il-proċedura li tintuża biex oqbra jinxtraw ilha bla mittiefsa għal ħafna snin. Kull applikazzjoni tiġi l-ewwel reġistrata, ġo reġistru fejn jiġu enumerati. Meta jkun hemm oqbra ġodda għal bejgħ jew xi oqbra oħra vakanti dawn jiġu allokati skont tali lista. L-applikant ikkonċernat jiġi nformat b'dan, b'ittra uffiċjali. Is-sit allokat jiġi ndikat lill-applikant b'numru. Wara jsir il-kuntratt neċessarju min-nutar tal-Gvern. Dwar l-aħħar parti tal-mistoqsija ninforma li d-Dipartiment qiegħed fil-proċess biex jagħmel applikazzjoni mal-Planning Authoruty biex jiġi estiż iċ-Ċimiterju ta` l-Addolorata.
Leg 9 PQ #30811 Sitting 675 2002-01-14 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru tas-Saħħa

Kummissjonant tal-Funerali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kif kummissjonant tal-funerali partikolari qed ikun fis-swali ta' l-isptar San Luqa meta persuna tkun ġiet nieqsa? Kif dan il-kummissjonant tal-funerali qed ikun infurmat qabel kulħadd?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Infurmat illi l-pulizija lestiet l-investigazzjonijiet tagħha wara li ġewwa din il-kamra kienet tpoġġiet petizzjoni f'Ġunju ta` 2001. Ser jittieħdu passi dixxiplinarji kontra dawk li nstabu ħatja.