Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #23261 Sitting 510 2001-03-07 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

Accruals Pendenti

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru. 23017?

Response (DALLI, JOHN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra listi ta' accruals pendenti skond returns mibgħuta mid-diversi ministeri.
Leg 9 PQ #23843 Sitting 510 2001-03-07 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

Tuniżja — Investiment

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm azjendi Maltin investew fit-Tuniżja f'dawn l-aħħar ħames snin? Kemm kien l-ammont totali ta' dan l-investiment s'issa?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-azjendi Maltin li nvestew fit-Tuneżija f'dawn l-aħħar ħames snin kienu sebgħa, u l-ammont totali ta' dan l-investiment kien ta' ċirka Lm7.7 miljun lira.
Leg 9 PQ #23895 Sitting 510 2001-03-07 Oral · Final From: JEAN PIERRE FARRUGIA To: Ministeru tal-Finanzi

Dipartiment tal-Kuntratti

Question

Jista' l-Ministru jgħid fuq liema kriterji d-Dipartiment tal-Kuntratti ma aċċettax proposti għal istallazzjoni ta' lifts f'appartamenti tal-Gvern mill-Awtorita' tad-Djar fil-Floriana

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-Kumitat Ġenerali tal-Kuntratti ma laqax ir-rakkomandazzjoni li saret mill-Awtorita' tad-Djar biex jingħata l-kuntratt imsemmi (Advert CT 261/2000) għal żewġ raġunijiet prinċipali:- a) il-parametri tekniċi ta' l-offerta ġew mibdula mill-Awtorita' wara li l-offerti kienu diġa ntefgħu u b) l-offerent li ġie rrakkomandat għal kuntratt mill-Awtorita' tad-Djar kien ġie mitlub mill-istess Awtorita' biex jikwota prezz ġdid li jirrifletti l-parametri tekniċi ġodda msemmija f'(a) hawn fuq, u dan mingħajr ma ntalab permess tad-Direttur tal-Kuntratti jew tal-Kumitat Ġenerali tal-Kuntratti kif suppost li sar. Dan il-fatt wieħed irid iqisu fil-kuntest li l-prezzijiet ta' kull offerent kienu magħrufa għax dawn jiġu ppublikati ma' l-għeluq ta' l-offerti. Il-Kumitat tal-Kuntratti għalhekk ddeċieda li minħabba li s-sejħa għall-offerti oriġinali kienet ġiet ivvizjata din kellha terġa toħroġ b'mod li tirrifletti s-sitwazzjoni teknika ġdida li nħolqot bid-deċiżjoni li l-lifts jibqgħu telgħin sal-bjut.
Leg 9 PQ #23896 Sitting 510 2001-03-07 Oral · Final From: JEAN PIERRE FARRUGIA To: Ministeru tal-Finanzi

VAT — Persuni b'diżabilita' - Lift

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk persuna reġistrata bħala persuna b'diżabilita', li fil-fatt tkun severa, tistax tiġi rifjutata milli tibbenefika mill-eżenzjoni ta' VAT fuq l-importazzjoni ta' lift fir-residenza tagħha, minħabba l-kriterji ta' dħul finanzjarju?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li skond il-paragrafu (2) tal-partita 4 tal-Ħames Skeda li tinsab ma' l-Att ta' l-1998 dwar Taxxa fuq il-Valur Miżjud, L-importazzjoni ta' oġġetti li jkunu speċifikament maħsuba għall-edukazzjoni, l-impieg jew l-avvanz soċjali ta' persuna li tbati minn xi inkapaċita' fiżika jew mentali permanenti, b'dan illi l-Kontrollur tad-Dwana jkun sodisfatt li l-imsemmija oġġetti jkunu mportati għall-użu esklusiv ta' l-imsemmija persuna hija importazzjoni eżentata. F'dan ir-rigward ma japplikaw ebda kriterji ta' dħul finanzjarju.
Leg 9 PQ #23908 Sitting 510 2001-03-07 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

Eur 1 Certificates

Question

Jista' l-Ministru jara li jitħaffef l-ipproċessar tal-Eur 1 Certificates mit-teżor (u mhux mid-dwana)?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-ipproċessar tal-Euro 1 deposits min-naħa tat-Teżor isir bl-aktar mod regolari possibbli. Madanakollu, d-dipartiment tat-Teżor flimkien ma' dak tad-Dwana qed jesploraw possibilitajiet kif dan il-proċess jista' jiġi mħaffef aktar.
Leg 9 PQ #23912 Sitting 510 2001-03-07 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

Dipartiment tal-Lottu

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġie irrealizzat profitt fuq kull attivita' tal-logħob organizzat mid-dipartiment tal-lottu fl-aħħar ħames snin, sena b'sena, logħba logħba?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitlub hija pubblika fir-Rapport Annwali.
Leg 9 PQ #24142 Sitting 510 2001-03-07 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

Ftehim Kollettiv

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari nru. 23657, jista' l-Ministru jindika jekk l-assistent personali tiegħu jinnegozjax il-kundizzjonijiet li bihom jiġu ingaġġati executives għolja (il-barra mil-parametri tal-ftehim kollettiv) f'kumpaniji u enti parastatali?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta hi fin-negattiv.
Leg 9 PQ #24067 Sitting 509 2001-03-07 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tal-Finanzi

VAT — Fuel

Question

Jista' l-Ministru jinfurmana kemm kien id-dħul mill-VAT fuq il-fuel matul ix-xahar ta' Jannar u Frar ta' din is-sena? Jista' jagħti l-istess tagħrif għas-sena 2000?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li d-dħul mill-VAT fuq il-fuel matul ix-xhur ta' Jannar u Frar 2001 kien ta' Lm602,472 u Lm549,754, filwaqt li d-dħul f'Jannar u Frar 2000 kien ta' Lm102,181 u Lm603,465 rispettivament.
Leg 9 PQ #24071 Sitting 509 2001-03-07 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tal-Finanzi

VAT — Dħul

Question

Jista' l-Ministru jinfurmana kemm kien id-dħul mill-VAT mill-kafeteriji, ristoranti, eċċ matul ix-xhur ta' Jannar u Frar ta' din is-sena? Jista' jagħti l-istess tagħrif għas-sena 1999 u 2000?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li d-dħul mill-VAT taħt l-Att ta’ l-1998 dwar Taxxa fuq il-Valur Miżjud minn kafeteriji (bars) u ristoranti u stabbilimenti ta' l-ikel matul ix-xhur ta’ Jannar u Frar ta’ din is-sena u fl-istess xhur tas-sena 2000 kien kif jidher hawn taħt. Dħul mill-VAT taħt l-Att tal-1998 dwar Taxxa fuq il-Valur Miżjud Sena Xahar Ristoranti u Stabbilimenti ta' l-ikel (Lm) Kafeteriji (Bars) (Lm) Total (Lm) 2001 Jannar Frar 844,709 72,253 136,401 4,470 981,110 76,723 2000 Jannar Frar 893,155 80,324 141,041 4,148 1,034,196 84,472 Matul Jannar u Frar tas-sena 1999 ma kien hemm ebda dħul mill-VAT minn dawn l-istabbilimenti peress li l-ewwel denunzji tat-taxxa taħt l-istess Att kienu jagħlqu fil-15 ta’ Marzu 1999.
Leg 9 PQ #24085 Sitting 509 2001-03-07 Oral · Final From: JEAN PIERRE FARRUGIA To: Ministeru tal-Finanzi

VAT — Persuni B'Diżabilita' - Lift

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru. 23896?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li risposta għall din il-mistoqsija ser tingħata f'seduta 510.
Leg 9 PQ #24086 Sitting 509 2001-03-07 Oral · Final From: JEAN PIERRE FARRUGIA To: Ministeru tal-Finanzi

Dipartiment tal-Kuntratti

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru. 23895?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li risposta għall din il-mistoqsija ser tingħata f'seduta 510.
Leg 9 PQ #24021 Sitting 507 2001-03-06 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru tal-Finanzi

Fringe Benefits — Taxxi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa maħsub li se jdaħħal il-gvern f'income tax fuq il-fringe benefits din is-sena? Jista' jagħti breakdown ta' din il-figura li se tinġabar?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li m'għandi xejn x'inżid mar-risposta li tajt fil-mistoqsija parlamentari nru. 23301.
Leg 9 PQ #24054 Sitting 507 2001-03-06 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

Tax Compliance Unit

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru. 23840?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li hemm erbatax il-impjegat mat-Tax Compliance Unit ingaġġati bħala self-employed minn barra iċ-ċivil. Se toħroġ fil-ġimgħat li ġejjien, sejħa pubblika għall-applikazzjonijiet taħt ir-regolamenti tal-PSC. Hemm każ wieħed ta' reklutaġġ miċ-ċivil li waqaf quddiem il-PSC minħabba li huwa każ ta' uffiċjal li ġa qiegħed fuq Performance Agreement fi grad simili.
Leg 9 PQ #23913 Sitting 506 2001-03-05 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru tal-Finanzi

Income Tax — Refunds

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'policy qiegħed jimxi biha d-Dipartiment tat-Taxxi Interni fir-rigward ta' refunds ta' l-income tax? Jista' jgħid kemm hemm tax payers pendenti li għandhom refund, sena b'sena, u l-ammont ta' kull sena? Meta jaħseb li dawn il-pendenzi jiġu klarifikati?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li din il-mistoqsija saret kemm il-darba. M'għandi xejn x'inżid mar-risposta li tajt fil-mistoqsijiet parlamentari nri. 15313 u 16937 rispettivament.
Leg 9 PQ #23943 Sitting 506 2001-03-05 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

Fringe Benefits — Allowances

Question

Jista' l-Ministru jgħid kif ser jiġu affettwati mit-taxxa tal-fringe benefits diplomatiċi Maltin residenti barra il-pajjiż li jkunu intitolati għall-ċerti allowances?

Response (DALLI, JOHN)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-Tax Guide dwar l-ivvalutar ta' fringe benefits li għadu kif ħareġ id-Dipartiment tat-Taxxi Interni. Dak li hu klassifikat bħala fringe benefits li huma intitolati għalihom Diplomatiċi Maltin residenti barra l-pajjiż huma wkoll regolati minn dawn il-guidelines skond il-każi speċifiċi.
Leg 9 PQ #23944 Sitting 506 2001-03-05 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

Fringe Benefits — Ministru

Question

Jista' l-Ministru jgħid kif ser jiġu affettwati mit-taxxa tal-fringe benefits, il-ministri tal-kabinett meta ġieli jieħdu magħhom in-nisa tagħhom meta jsiefru fuq xogħol tal-Gvern?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li vjaġġar li jsir strettament għall-finijiet tax-xogħol (business travel) mhux kunsidrat bħala fringe benefit. Spejjeż extra li mhumiex bħala 'business travel' huma taxabbli.
Leg 9 PQ #23945 Sitting 506 2001-03-05 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

Fringe Benefits

Question

Jista' l-Ministru jgħid kif ser jiġu affettwati mit-taxxa tal-fringe benefits, dawk l-impjegati li f'ċirkostanzi ta' safar barra l-pajjiż ta' membri tal-familji tagħhom għal kura, ġieli jkollhom xi spejjeż koperti mill-kumpanija fejn jaħdmu?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li mpjegati li jkollhom spejjeż koperti mill-kumpanija fejn jaħdmu, għal kwalunkwe raġuni minbarra dawk imsemmija speċifikament fit-Tax Guide bħala eżenti, jkunu qed jirċievu dan il-benefiċċju minħabba r-relazzjoni ta' mpjieg mal-employer tagħhom. Dawn l-ispejjeż imħallsa għalhekk jikkostitwixxu 'fringe benefits'.
Leg 9 PQ #23910 Sitting 505 2001-02-27 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

Fringe Benefits Tax

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-ministri, parliamentary secretaries u l-membri tal-ġudikatura ser jkunu soġġetti għal fringe benefits tax fuq dawk li s'issa huma tax free allowances li għandhom?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li 'Cash allowances' huma suġġetti għat-taxxa bħal kull income ieħor.
Leg 9 PQ #23912 Sitting 505 2001-02-27 Oral · Interim From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

Dipartiment tal-Lottu

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġie irrealizzat profitt fuq kull attivita' tal-logħob organizzat mid-dipartiment tal-lottu fl-aħħar ħames snin, sena b'sena, logħba logħba?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li risposta għall din il-mistoqsija ser tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #23843 Sitting 504 2001-02-27 Oral · Interim From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

Tuniżja — Investiment

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm azjendi Maltin investew fit-Tuniżja f'dawn l-aħħar ħames snin? Kemm kien l-ammont totali ta' dan l-investiment s'issa?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li risposta għall din il-mistoqsija ser tingħata f'xi seduta oħra.