Tista' l-Ministru tara li l-persuna bla xogħol minn Bormla li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament u li tgħix f'post li s-saqaf tiegħu huwa perikoluż, jibbenefika mill-iskema care and repair?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li ma jirriżultax mir-rekords ta' l-Awtorita' tad-Djar li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant qatt għamlet talba biex tibbenefika mill-inizjattiva tal-Care and Repair.
Ninsab infurmata wkoll li, b'dankollu, fil-futur qarib l-Awtorita' ser tispezzjona l-fond indikat biex tivverifika jekk il-persuna tistax tibbenefika minn din l-inizjattiva.
Tista' l-Ministru tgħid meta se ssir l-ispezzjoni mid-dipartiment ta' l-akkomodazzjoni soċjali fil-fond f'Bormla li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament? Tista' tgħid x'se jsir minn dawn l-inkwilini ladarba se jispiċċaw barra minn darhom tlett snin oħra?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Jien infurmata illi l-applikazzjoni qed tiġi proċessata.
Tista' l-Ministru tara li l-ex pulizija li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament, tingħatalu r-revizjoni tal-pensjoni eżistenti tiegħu? U dan peress li l-istess individwu, qabel ma daħal fil-korp tal-pulizija diġa' għandu mas-sitt snin kontribuzzjonijiet imħallsin oħrajn, peress li kien jaħdem bnadi oħra.
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant ġiet infurmata bil-miktub mid-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali dwar il-każ tagħha.
Tista' l-Ministru tara li jitmexxa l-każ ta' appell tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, peress li m'għandha l-ebda dħul u l-każ huwa ġenwin? Tista' il-persuna tiġi nformata bl-iżviluppi?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li minn riċerka li għamel id-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali ma rriżultax li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant għandha xi appell pendenti quddiem l-Arbitru maħtur taħt l-Att dwar is-Sigurta' Soċjali.
Tista' il-Ministru tgħid min hu ntitolat għal sussidju fuq il-kont tad-dawl? Xi trid tagħmel persuna biex tapplika għal dan is-sussidju?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Il-kategoriji ta’ persuni li mill-1 ta’ Jannar ta’ din is-sena jistgħu jikkwalifikaw għall-Energy Benefit kif imħabbar fid-diskors tal-budget għal din is-sena huma:
1. persuni li jkunu qed jirċievu Għajnuna mhux kontributorja għall-Qgħad, Għajnuna Soċjali, Pensjoni ta’ l-Eta’ jew Benefiċċju għall-Disimpieg Speċjali, mħallsa taħt l-Att dwar is-Sigurta’ Soċjali, jikkwalifikaw awtomatikament għal dan il-benefiċċju;
2. persuni li jkunu qed jirċievu pensjoni kontributorja għall-irtirar, għar-romol jew l-invalidita’, mħallsa taħt l-istess Att, jistgħu jikkwalifikaw għal dan il-benefiċċju kemm il-darba jissodisfaw test tal-mezzi;
3. familji jistgħu ukoll jikkwalifikaw għal dan il-benefiċċju fuq bazi umanitarja kemm-il darba jkun hemm xi membru fil-familja li jkun ibati minn marda jew kundizzjoni ċertifikata fejn ikun meħtieġ konsum eċċessiv ta’ dawl u ilma, u d-dħul kollu tal-familja ma jkunx jeċċedi Lm13,270 fis-sena.
Id-dettalji dwar il-proċedura biex persuna tapplika għall-Energy Benefit ser jiġu mħabbra aktar tard permezz ta’ avviż għall-istampa.
Tista' il-Ministru tgħid liema huma dawk il-ħaddiema (il-grad) taċ-ċivil li huma ntitolati għal karozza? Kemm spiċċaw ħaddiema f'dan il-grad tul dawn l-aħħar ħames snin u kemm minnhom baqgħu jgawdu minn din il-karozza anke meta spiċċa? X'tip ta' karozza kienet f'kull każ u s-sena ta' reġistrazzjoni għal kull karozza?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista' l-Ministru tinvestiga ftit il-każ ta' pensjoni ta' persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separtament, minħabba li jidher li l-pensjoni tagħha hija baxxa u għaldaqstant għandu jiġi ċċekkjat jekk mhux qed jieħu tajjeb?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant ġiet infurmata bil-miktub mid-Dipartiment tas-Sigurta’ Soċjali dwar il-każ tagħha.
Tista' l-Ministru tara jekk pensjonant li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, u li qed jieħu pensjoni ta' Lm38.00 fil-ġimgħa hijiex pensjoni maħduma sewwa u hux jieħu kemm huwa intitolat? Jista' dan l-anzjan jiġi infurmat bl-aħħar żviluppi?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant ġiet infurmata bil-miktub mid-Dipartiment tas-Sigurta’ Soċjali dwar il-każ tagħha.
Tista' l-Ministru tgħid x'kondizzjonijiet irid jissodisfa l-persuna li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, biex jerġa' jiġi ntitolat għall-benefiċċji soċjali peress li bħalissa m'hu jingħata xejn b'detriment għalih u għall-familja tiegħu li qed ikollha tiddependi mill-karita' biex tgħix?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant ġiet infurmata bil-miktub mid-Dipartiment tas-Sigurta’ Soċjali dwar il-każ tagħha.
Tista' l-Ministru tgħid kemm-il lift ġew istallati s'issa b'kollox fi blokki ta' appartamenti tal-gvern/awtorita' tad-djar, f'liema lokalitajiet u kemm kienet l-ispiża globali s'issa? Tista' tgħid ukoll jekk humiex qegħdin ikunu stallati lifts oħra u fejn, u x'talbiet oħra hemm pendenti?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li minn Ġunju 1999, meta nfetħet l-iskema ta’ stallar ta’ lifts fi blokki eżistenti tal-Gvern, l-Awtorita’ tad-Djar stallat 81 lift f’dawn il-blokki bi spiża ta’ Lm1,302,800. It-tagħrif dwar il-lokalitajiet ta’ dawn il-blokki hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ninsab infurmata wkoll li, xi ġimgħat ilu, ingħataw kuntratti għal stallar ta’ lifts f’żewg blokki oħra, wieħed ir-Rabat u l-ieħor f’Ħal-Lija, u nħarġu sejħiet għall-offerti għal tliet lifts oħra fi blokki l-Isla, il-Birgu u Tarxien. In-numru ta’ applikazzjonijiet pendenti li qiegħdin fi stadji differenti ta’ ipproċessar huma 12.
Tista' l-Ministru tara li jitmexxa l-każ tal-benefiċċju ta' persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament li qed idur bil-ġenitur tiegħu peress li tinstab b'saqajha maqtugħin u għadha ma rċeviet xejn? Jista' jiġi infurmat bl-aħħar żviluppi?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant ġiet infurmata bil-miktub mid-Dipartiment tas-Sigurta’ Soċjali dwar il-każ tagħha.
Tista' il-Ministru tara li ssir ispezzjoni mill-perit f'post li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, u ħadet sussidju mill-awtorita' tad-djar?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li minn spezzjoni li saret f’Novembru 2006 mill-perit ta’ l-Awtorita’ tad-Djar fir-residenza tal-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant irriżulta li x-xogħol, li għalih l-Awtorita’ approvat l-għotja, ma kienx komplut.
Ninsab infurmata wkoll li għalhekk l-Awtorita’ ser tagħmel spezzjoni oħra biex tivverifika jekk ix-xogħol sarx kollu.
Tista' l-Ministru tara li jsir il-kuntratt mill-awtorita' tad-djar biex isir ix-xogħol fuq Ref. 5 HA 155/2006?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li l-Awtorita' tad-Djar qiegħda fil-proċess li tivverifika l-assi ta' l-applikant u li kif dan il-proċess jitlesta tkun tista' tibgħat għalih biex jiġi ffirmat il-kuntratt ta' l-għotja.
San Ġiljan — Qasam tad-Djar ta' Giorni - istallazzjoni ta' lift
Question
Tista' l-Ministru tgħid x'possibbiltajiet hemm li jitwaħħal lift fi Block G, Qasam tad-Djar ta' Giorni, f'San Ġiljan peress li fis-sulari ta' fuq hemm anzjani li qed ikollhom tbatija jitilgħu bix-xirja u qed isibuha diffiċli jiġu pprovduti b'servizzi bħaċ-ċilindri tal-gass minħabba t-taraġ twil li hemm?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-Awtorita’ tad-Djar tikkunsidra applikazzjonijiet għal stallar ta’ lift fi blokk mikri mill-Gvern jekk ikun hemm persuna b’diżabilita’ ta’ mobilta’ residenti f’dak il-blokk.
Ninsab infurmata li minn riċerka li saret ma jirriżultax li l-Awtorita’ għandha applikazzjoni għal stallar ta’ lift fil-blokk indikat mill-Onor. Interpellant.