Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #16882 Sitting 315 2000-06-15 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali

Kunsilli Lokali — Multi

Question

Jista' l-Ministru jgħid f'liema perċentaġġ bejn il-gvern u l-kunsilli lokali jitqassmu l-flus miġbura minn multi fuq taħrikiet maħruġa mill-gwardjani lokali?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-flus miġbura mill-multi jinżammu kollha mill-Kunsill Lokali ta` fejn tkun saret il-kontravenzjoni.

Kunsilli lokali — Gwardjani Lokali

Question

Jista' l-Ministru jgħid, mill-introduzzjoni tal-gwardjani lokali sal-lum, kemm ingħataw ċitazzjonijiet? Jista' jgħid: (1) x'kienu l-kontravenzjonijiet li għalihom ingħataw iċ-ċitazzjonijiet; (2) iċ-ċitazzjonijiet li ngħataw kemm huwa stmat li jammontaw fi flus; (3) f'liema lokalitajiet ngħataw dawn iċ-ċitazzjonijiet?

Response (GATT, AUSTIN)

Peress li l-informazzjoni trid tinġabar, nagħti tweġiba f`xi seduta oħra.

Membri tal-Ġudikatura — Rappreżentanti

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-membri tal-ġudikatura li jirrapreżentaw lil Malta f'xi kumitat jew organu ieħor tal-Kunsill ta' l-Ewropa jew tal-Ġnus Magħquda? Jista' l-Ministru jgħid ukoll liema huma l-membri tal-ġudikatura li għandhom xi kariga f'xi organu governattiv jew parastatali?

Response (GATT, AUSTIN)

Jien infurmat illi hemm biss l-Imhallef Carmel A. Agius li jirrappreżenta l-Gvern fil-laqgħat dwar l-Qorti Kriminali Internazzjonali li jsiru taħt l-awspiċi tal-Ġnus Magħquda u li mistennija ttemm ix-xogħol tagħha din is-sena.
Leg 9 PQ #16695 Sitting 311 2000-06-13 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali

Gwardjani lokali

Question

Jista' l-Ministru jgħid, lokalita' b'lokalita', kemm kienu n-numru ta' tickets maħruġa f'kull lokalita' fejn qed jaħdmu l-gwardjani lokali, ġurnata b'ġurnata, x'kienet il-kontravenzjoni u l-ammont ta' flus imħallsa jew le?

Response (GATT, AUSTIN)

Nirforma l-Onor. Interpellant li billi l-informazzjoni ghada qed tingabar, risposta tinghata f`seduta ohra.
Leg 9 PQ #16696 Sitting 311 2000-06-13 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali

Tribunali — Kawżi

Question

Jista' l-Ministru jgħid, tribunal b'tribunal, kemm-il kawża sema', n-natura tal-kontravenzjoni u d-deċiżjoni?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma l-Onor. Interpellant li billi l-informazzjoni ghada qed tingabar, risposta tinghata f`seduta ohra.
Leg 9 PQ #16697 Sitting 311 2000-06-13 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali

Kunsilli Lokali — Ħlasijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kull kunsill lokali ħallas, sena b'sena mill-1994 'il hawn, f'onorarja lis-sindku tiegħu? Jekk hux titħallas taxxa fuq id-dħul u jekk fl-affermattiv, hemmx rata komuni għas-sindki kollha? Huwa l-ħsieb tal-gvern li jilqa' t-talba ta' l-assoċjazzjoni tal-kunsill lokali tar-reviżjoni ta' din l-onorarja?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma l-Onor. Interpellant li billi l-informazzjoni ghada qed tingabar, risposta tinghata f`seduta ohra.
Leg 9 PQ #16798 Sitting 310 2000-06-12 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali

Żabbar — Toroq

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 16534 li oriġinarjament kienet saret lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni u li issa ġiet riferuta lilek u ċioe': jista' jgħid jekk it-toroq, Farfett tal-Felġel u Berebis, Żabbar fost oħrajn u tal-madwar humiex se jkunu fost dawk it-toroq li se jingħataw tarmac sa l-aħħar ta' din is-sena?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li dawn iz-zewg toroq ghandhom parti zghira minnhom li ghada m`hiex maghmula u ghalhekk taqa` taht ir-responsabbilta` tal-Gvern centrali. Il-bqija huma tal-Kunsill u dawna bhala korpi statutorji ta` Gvern Lokali u fil-qadi tal-funzjonijiet taghhom jagixxu skond il-prijoritajiet, esigenzi u l-mezzi taghhom. Ghaldaqstant, fejn tidholil-parti tal-Kunsill, nissuggerixxi l-Onorevoli Membru li jirreferi l-mistoqsija tieghu lill-Kunsill tal-Lokalita`.

Ġustizzja u Gvern Lokali — Azzjonijiet Industrijali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa l-ammont ta' ittri li jinsabu maqbuda fil-Ministeru, Dipartimenti u entitajiet oħra li jaqgħu taħtu b'riżultat ta' l-azzjonijiet industrijali kontra l-miżuri anti-soċjali mħabbra fl-aħħar budget mill-GWU?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li billi l-informazzjoni ghada qed tingabar, risposta tinghata f`seduta ohra.

Qrati — Awli

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex minkejja l-ilmenti f'mistoqsija preċedenti tiegħi dwar l-assenjazzjoni ta' awli lill-maġistrati u imħallfin dawn l-assenjazzjonijiet għadhom isiru? Jikkonferma li l-Imħallef David Scicluna fl-24 ta' Marzu ħassar is-seduta tiegħu għaliex ma kellux awla? La l-kawżi kienu ġew ippubblikati, għaliex ma ġietx pprovduta awla għall-Imħallef Scicluna?

Response (GATT, AUSTIN)

Kif kelli diga okkazzjoni nispjega din l-amministrazzjoni dahhlet sistema ta ~pre-booking~ tal-awli biex tigi evitata l-problema li semma l-Onor.Interpellant. Fil-kaz specifiku jien infurmat mid-Direttrici tal-Qorti illi meta dahlu l-~bookings~ tal-awli gimgha qabel id-data msemmija mill-Onor. Interpellant (24 ta` Marzu), id-deputat registratur tal-Imhallef Scicluna gie avzat li l-Imhallef ma setax izomm seduta fl-24 ta` Marzu peress illi l-Imhallef Filletti kien ibbukja l-awla. L-awli l-ohra kolla kienu wkoll ibbukjati u fil-fatt gew uzati fl-24 ta` Marzu. Dawn il-fatti kienu a konoxxenza tad-deputat registratur tal-Imhallef Scicluna mill-anqas gimgha qabel.

Kunsilli Lokali — Mtarfa

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li s-segretarju tal-kunsill (ġdid) ta' l-Imtarfa, ġie msejjaħ lura u ma jistax ikompli jaqdi dmiru fil-kunsill b'detriment għall-operat ta' l-istess kunsill?

Response (GATT, AUSTIN)

Huwa skorrett li tgħid li s-Segretarju tal-Kunsill ġdid ta` l-Imtarfa ġie msejjaħ lura u ma jistax ikompli jaqdi dmiru fil-Kunsill b`detriment għall-operat ta` l-istess Kunsill. L-Aġent Segretarju Eżekuttiv ġie appuntat b`impjieg part-time sat-30 ta Ġunju 2000 u l-Kunsill, mill-ewwel ġurnata, ġie nfurmat b`dan sabiex jittieħdu l-passi kollha neċessarji biex jimpjegaw Segretarju Eżekuttiv. Skond il-Kunsill ta` l-Imtarfa din il-materja bdiet tiġi ttrattata mill-ewwel laqgħa tal-Kunsill.

Kunsilli Lokali — Sindki

Question

Jista' l-Ministru jikkonsidra l-problemi ta' sindki li m'għandhomx impjieg fiss, u għall-iskop ta' l-NI, qegħdin ikunu kkonsidrati bħala self-employed? Ma jkunx f'waqtu illi l-onorarji tas-sindki ma twassalx għal dan il-piż fuq numru ta' sindki u għalhekk ma jiġux ikkonsidrati bħala self-employed?

Response (GATT, AUSTIN)

Il-problemi ta` sindki li m`għandhomx impjieg fiss u peress li qed jirċievu allowance bħala Sindki qed jiġu kkunsidrati bħala self-employedqed tiġi ttrattata mill-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali u d-Dipartiment tas-Sigurta Socjali u dan skond il-provvedimenti attwali ta`l-Att dwar is-Sigurta Socjali.

Naxxar — Triq in-Nissieġ

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex fi Triq in-Nissieġ fejn hemm parti mit-triq fl-aħħar tagħha li tidjieq u tiżbokka għall-21st September Avenue, Naxxar, u li t-triq m'hijiex asfaltata, kull darba qed imur il-warden u jneħħi vetturi li jkunu pparkjati f'din it-triq quddiem il-bieb tagħhom? Jarax il-Ministru li għandu jkun aktar loġiku u prudenti fil-konfront ta' każijiet simili? Kopja ta' l-area mmarkata bl-aħmar għal aktar dettalji u spjegazzjoni qed tintbagħat separatament.

Response (GATT, AUSTIN)

Bhal ma jaf l-Onorevoli Interpellant, il-Kunsilli Lokali huma korpi statutorji ta` gvern lokali b`personalita` legali distinta. Ir-ronda tal-Wardens hi determinata mill-Joint Committee tal-Kunsilli Lokali koncernati u mhux mill-Ministeru jew mid-Dipartiment.

Qrati — Każ ta' Wilfred Cardona

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta jirriżulta li naqsu l-bullets mill-qorti li ntużaw biex joqtlu lil Wilfred Cardona? Jista' jgħid ukoll jekk ir-rapport ta' l-espert li eżamina dawn il-bullets għadux jeżisti fir-rapport tal-maġistrat? Jista' jgħid jekk itteħdux ritratti ta' dawn il-bullets u jekk dawn għadhomx jeżistu?

Response (GATT, AUSTIN)

L-inkjesta dwar il-qtil ta` Wilfred Cardona għadha mhux finaliżżata u l-informazzjoni mitluba ma tistax tingħata f`dan l-istadju.
Leg 9 PQ #16283 Sitting 299 2000-05-23 Oral · Interim From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali

Qrati — Awli

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex minkejja l-ilmenti f'mistoqsija preċedenti tiegħi dwar l-assenjazzjoni ta' awli lill-maġistrati u imħallfin dawn l-assenjazzjonijiet għadhom isiru? Jikkonferma li l-Imħallef David Scicluna fl-24 ta' Marzu ħassar is-seduta tiegħu għaliex ma kellux awla? La l-kawżi kienu ġew ippubblikati, għaliex ma ġietx pprovduta awla għall-Imħallef Scicluna?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta tingħata f`Seduta oħra.

Qorti tal-Familja

Question

Jista' l-Ministru jgħid fejn waslu l-pjani tal-gvern biex titwaqqaf il-Qorti tal-Familja?

Response (GATT, AUSTIN)

Il-Kummissjoni dwar il-Qorti tal-Familja, li kienet ġiet imwaqqfa fl-1996, bdiet tiltaqa` f`Jannar tal-1997 u ppubblikat ir-Rapport tagħhaf`Lulju ta` dik l-istess sena. Ma jidhirx li dan ir-Rapport, dak iż-żmien, kien ingħata l-importanza li tisthoqqlu - tant li jien stess f`April tal-1999 kont ippublikajt studju tiegħi dwaru u anki awgurajt li dak li ħejjejt jien jiġi analiżżat u diskuss minn dawk kollha li b`xi mod jew ieħor jinteressaw ruħhom fil-materja. Minn dak iż-żmien l`hawn saru numru ta` laqgħat bejn il-Ministeru tiegħi, dak tal-Politika Soċjali, l-Avukat Generali u s-Social Welfare Development Programme biex jiġu finaliżżati kemm l-istrutturi kif ukoll leġislazzjoni. Saru wkoll `drafts` preliminari ta` leġislazzjoni iżda għad m`hemmx `draft` finali.

Qorti — Separazzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm il-każ ġdid ta' separazzjoni tressaq quddiem il-Qorti matul l-ewwel tlett xhur tas-sena? Kemm il-każ ġie deċiż matul l-istess żmien? Kemm il-kawża giet irtirata? X'inhu n-numru totali ta' kawżi ta' separazzjoni li hemm quddiem il-Qorti?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li: a. Matul l-ewwel tlett xhur tas-sena tressqu 47 kawża ġdida ta` separazzjon, b. Matul l-istess żmien ġew deċiżi 11-il każ u 5 degretati, c. Gew ċeduti 23 kawża u 1 deżerta, d. Hemm pendenti total ta` 495 kawża fil-Prim`Awla u 11-il kawża quddiem il-Qorti ta` l-Appell.

Condominium Act

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhu l-ħsieb tal-gvern fir-rigward tal-Condominium Act li ġie diskussa fil-Parlament matul il-leġislatura li għaddiet?

Response (GATT, AUSTIN)

L-Onorevoli Interpellant huwa mitlub li jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru koncernat.
Leg 9 PQ #16095 Sitting 292 2000-05-15 Oral · Final From: KARL CHIRCOP To: Ministeru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali

Qorti tal-Familja

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta l-gvern beħsiebu jwaqqaf qorti tal-familja? Il-kummissjoni dwar il-qorti tal-familja twaqqfet fin-1996? Xi progress sar f'dan il-qasam minn mindu twaqqfet il-kummissjoni?

Response (GATT, AUSTIN)

Il-Kummissjoni dwar il-Qorti tal-Familja, li kienet ġiet imwaqqfa fl-1996, bdiet tiltaqa` f`Jannar tal-1997 u ppublikat ir-Rapport tagħha f`Lulju ta` dik l-istess sena. Ma jidhirx li dan ir-Rapport, dak iż-żmien, kien ingħata l-importanza li tisthoqqlu - tant li jien stess f`April tal-1999 kont ippublikajt studju tiegħi dwaru u anki awgurajt li dak li ħejjejt jien jiġi analiżżat u diskuss minn dawk kollha li b`xi mod jew ieħor jinteressaw ruħhom fil-materja. Minn dak iż-żmien l`hawn saru numru ta` laqgħat bejn il-Ministeru tiegħi, dak tal-Politika Soċjali, l-Avukat Ġenerali u s-Social Welfare Development Programme biex jiġu finaliżżati kemm l-istrutturi kif ukoll legislazzjoni. Saru wkoll `drafts` preliminari ta` leġislazzjoni iżda għad m`hemmx `draft` finali.

Gwardjani lokali

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex mhux qed tingħata informazzjoni lill-pubbliku in ġenerali dwar min hija l-kumpannija li biha jkunu kkuntrattaw għas-servizz tal-gwardjani lokali?

Response (GATT, AUSTIN)

Niġbed l-attenzjoni tal-Onorevoli Interpellant li l-isem tal-Kumpanija fejn ikun impjegat il-Gwardjan Lokali jidher fuq l-uniformi li dawn ikunu libsin waqt il-qadi tad-doveri tagħhom. Għaldaqstant ma nafx għaliex l-Onorevoli Interpellant wasal għall-konklużjoni li semma fil-Mistoqsija tiegħu.

Kunsilli lokali — Sindki

Question

Jista' l-Ministru jgħid min huma s-sindki u l-viċi sindki tat-68 kunsill f'Malta u f'Għawdex? Jista' jgħid ukoll f'isem min ikkontestaw l-elezzjonijiet lokali?

Response (GATT, AUSTIN)

Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.