Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 10 PQ #2714 Sitting 57 2003-11-18 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin

Weapons and materials of mass destruction

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'inhi l-pożizzjoni tal-Gvern Malti dwar il-Global Partnership against the spread of weapons and materials of mass destruction li oriġinat fil-livell tal-grupp imsejjaħ G8? Billi hija l-politika dikjarata ta' dan il-grupp illi jistieden third countries biex jipparteċipaw f'din l-inizjattiva u jikkontribwixxu bħala donors għall-proġetti mnedija taħt dan il-partnership, jista' jgħid jekk Malta ġietx avviċinata f'dan ir-rigward, x'kienet it-tweġiba tal-Gvern Malti u jekk fl-affermattiv, x'kien l-impenn u l-kontribut ta' Malta f'dan ir-rigward?

Response (BORG, JOE)

Malta dejjem tat l-appoġġ tagħha favur inizjattivi u miżuri mmirati lejn il-waqfien tal-firxa ta' l-armi u materjal maħsuba għad-distruzzjoni tal-massa. Malta hija Firmatarja tat-Trattati ewlenin dwar id-diżarmament u implimentat il-miżuri li jinsabu f'dawn l-istrumenti permezz ta' leġiżlazzjoni nazzjonali u regolamenti amministrattivi. Il-Gvern jemmen illi bl-eliminazzjoni ta' l-armi maħsuba għad-distruzzjoni tal-massa u bit-trawwim ta' miżuri li jibnu l-kunfidenza bejn il-pajjiżi, permezz ta' koordinazzjoni ta' kontrolli fuq l-esportazzjoni u ta' kooperazzjoni, tista tiżdied s-sigurta' u l-istabbilita' b'mod sinifikanti. Biex tiffaċċja t-theddida terroristika eżistenti u emerġenti, Malta adottat pożizzjoni li biha mpenjat ruħha illi twaqqaf il-proliferazzjoni ta' kull xorta ta' armi maħsuba għad-distruzzjoni tal-massa. F'dan ir-rigward, Malta tappoġġja bis-sħiħ il-prinċipji tal-G8 Global Partnership, adottati fil-laqgħa għolja tal-G8 f'Ġunju 2002, li jżommu lit-terroristi, kif ukoll dawk illi jipproteġuhom, milli jakkwistaw armi jew materjal maħsuba għad-distruzzjoni tal-massa. Malta tappoġġja wkoll l-adozzjoni mill-G8 tal-linji gwida għal proġetti ġodda u dawk mwessgħa ta' kooperazzjoni, li għall-ewwel se jiffukaw fuq proġetti fir-Russja u l-pajjiżi ta' l-ex Unjoni Sovjetika. Wieħed għandu iżda jifhem illi Malta għandha limitazzjonijiet fil-kontribuzzjoni li tista' tagħti fi proġetti ta' dan it-tip. Malta ma ġietx avviċinata biex tipparteċipa jew tikkontribwixxi f'din l-inizjattiva dwar proġetti mnedija taħt il-Global Partnership tal-G8.
Leg 10 PQ #2681 Sitting 56 2003-11-17 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin

Laqgħa ministerjali f'Cancun — Negozjati

Question

Jista' il-Ministru jippubblika il-working paper li tħejjiet mill-ministeru tiegħu dwar ir-raġunijiet li wasslu għall-falliment tan-negozjati tal-laqgħa ministerjali ta' Cancun jew executive summary tagħha?

Response (BORG, JOE)

Ninforma lill-Onorevoli Membru li ebda working paper jew executive summary tal-working paper ma ġiet ippreparata mill-Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin dwar ir-raġunijiet li wasslu għall-falliment tan-negozjati tal-laqgħa ministerjali ta' Cancun.
Leg 10 PQ #2682 Sitting 56 2003-11-17 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin

UNDP — Status ta' Malta

Question

Jista' il-Ministru jikkonferma li fil-UNDP l-istatus ta' Malta inbidel minn dak ta' receiving għal contributing state?

Response (BORG, JOE)

Nikkonferma li fil-UNDP l-istatus ta' Malta inbidel minn dak ta' receiving country għal net contributing country.
Leg 10 PQ #2683 Sitting 56 2003-11-17 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin

Laqgħa tal-OSCE — Nuqqas ta' attendenza minn naħa Maltija

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk huwiex minnu li ħadd ma attenda minn naħa Maltija għal-laqgħa tal-OSCE għall-police experts?

Response (BORG, JOE)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel il-Mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Leg 10 PQ #2684 Sitting 56 2003-11-17 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin

Kunsill ta' l-Ewropea — Dettalji dwar special investigation techniques in relation to acts of terrorism

Question

Jista' il-Ministru jgħid kif wieġbet Malta lill-kunsill ta' l-Ewropa dwar it-talba għal dettalji dwar special investigation techniques in relation to acts of terrorism?

Response (BORG, JOE)

It-tweġiba ta' Malta lill-Kunsill ta' l-Ewropa dwar it-talba da parti ta' l-istess Kunsill għal dettalji dwar special investigation techniques in relation to acts of terrorism għada qed tiġi formulata mill-awtoritajiet konċernati.
Leg 10 PQ #2685 Sitting 56 2003-11-17 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin

Commonwealth heads of government meeting

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'inhi l-pożizzjoni attwali ta' Malta dwar il-commonwealth heads of government meeting li jmiss? Intgħażlet diġa' jew għadha fil-proċess tal-lobbying dwar dan? U jekk iva, x'appoġġ inkiseb s'issa mill-pajjiżi membri tal-commonwealth?

Response (BORG, JOE)

Deċiżjoni dwar fejn se tinżamm il-Commonwealth Heads of Government Meeting fis-sena 2005 tittieħed fil-laqgħa li jmiss fin-Niġerja f'Diċembru li ġej. Malta esprimiet l-interess tagħha li tospita din il-laqgħa mal-pajjiżi tal-Commonwealth. Fil-fatt jien bgħatt ittra f'dan is-sens lil kull Ministru ta' l-Affarijiet Barranin ta' din l-organiżżazzjoni. Ma naħsibx li jkun prudenti u għaqli li niżvela l-appoġġ li Malta kisbet s'issa sabiex tospita il-Commonwealth Heads of Government Meeting li jmiss, minħabba f'raġunijiet ovvji.
Leg 10 PQ #2669 Sitting 55 2003-11-12 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin

Affarijiet Barranin — Forgery detection of passports equipment

Question

Jista' il-Ministru jikkonferma li l-Gvern Malti rċieva, permezz ta' l-Ambaxxata fi Stockholm, apparat għall-forgery detection of passports equipment mis-Schengen unit fil-ministeru ta' l-affarijiet barranin?

Response (BORG, JOE)

Naħseb li l-Onorevoli Interpellant qed jirreferi għall-apparat tal-forgery detection li l-Gvern Malti rċieva mingħand l-Ingliżi permezz ta' għajnuna mingħand l-Unjoni Ewropea taħt skema ta' assistenza fil-forma msejjħa 'Twinning Light'. Dan l-apparat ġie mibgħut mis-Schengen Unit tal-Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin lil kull Ambaxxata li għandna barra minn Malta, fosthom dik ġewwa Stokkolma.
Leg 10 PQ #2670 Sitting 55 2003-11-12 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin

Festi ta' l-ewwel ta' Settembru fil-Libja

Question

Jista' il-Ministru jgħid min irrappreżenta lill-Gvern Malti fil-festi ta' l-ewwel ta' Settembru fil-Libja?

Response (BORG, JOE)

Il-festa nazzjonali Libjana ta' l-1 ta' Settembru din is-sena ġiet abbinata mal-promozzjoni mill-Gvern Libjan tas-sehem tal-mara fis-soċjeta'. Għalhekk, il-Gvern Libjan stieden lill-mara ta' l-Eċċellenza Tiegħu il-President tar-Repubblika, lill-mara tiegħi, lill-Ministru Giovanna Debono u lill-Onorevoli Dolores Cristina. Is-Sinjura de Marco kienet indisposta waqt li l-Ministru Giovanna Debono ma setgħetx tmur. Għalhekk Malta kienet rappreżentata mill-Onorevoli Dolores Cristina u mill-mara tiegħi. Is-Sinjorina Joanna Darmanin, uffiċċjal fil-Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin u membru tas-Segretarjat tiegħi, akkumpanjathom.
Leg 10 PQ #2671 Sitting 55 2003-11-12 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin

Ambaxxata Spanjola f'Malta

Question

Jista' il-Ministru jikkonferma li hemm pjani li tinfetaħ Ambaxxata Spanjola f'Malta? Jista' jikkonferma li l-Gvern Spanjol, ir-Re Juan Carlos, m'għandu l-ebda ħsieb li jżur Malta qabel ma din l-ambaxxata tkun qed tiffunzjona sew? Jekk fl-affermattiv meta mistennija tinfetaħ l-ambaxxata?

Response (BORG, JOE)

Nikkonferma li l-Gvern Spanjol feħsiebu jiftaħ ambaxxata f'Malta. Nista' nikkonferma wkoll li r-Re Juan Carlos laqa' stedina tal-President tar-Repubblika biex jagħmel żjara f'Malta għalkemm s'issa għadhom ma ġewx miftehma dati konvenjenti għaż-żewġ naħat. Skond l-indikazzjonijeit li għandu l-Gvern, jidher li din iż-żjara tista' sseħħ matul is-sena d-dieħla, u possibilment wara l-ftuħ ta' l-Ambaxxata Spanjola f'Malta.
Leg 10 PQ #2672 Sitting 55 2003-11-12 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin

Negozjati dwar id-double taxation agreement

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk sarux taħdidiet mal-Gvern Amerikan biex jerġgħu jinfetħu negozjati dwar id-double taxation agreement bejn iż-żewġ pajjiżi? X'kienet ir-reazzjoni tal-Gvern Amerikan s'issa?

Response (BORG, JOE)

Il-Gvern Malti talab lill-Gvern Amerikan sabiex jinfetħu negozjati dwar Double Taxation Agreement bejn iż-żewġ pajjiżi. Sa issa, l-Gvern Amerikan għad ma rrispondiex pożittivament għat-talba Maltija.
Leg 10 PQ #2680 Sitting 55 2003-11-12 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin

Nuclear suppliers group consultative committee — Sħubija ta' Malta

Question

Jista' il-Ministru jikkonferma jekk Malta applikatx għal sħubija fin-nuclear suppliers group consultative committee u jekk iva, meta saret din l-applikazzjoni?

Response (BORG, JOE)

Malta applikat għas-sħubija fi ħdan in-Nuclear Suppliers' Group (NSG) u mhux fin-Nuclear Suppliers' Group Consultative Committee, kif indikat fil-mistoqsija ta l-Onorevoli Interpellant. L-applikazzjoni għall-sħubija fin-Nuclear Suppliers' Group saret fid-9 t'Ottubru 2003 lill-President tal-Grupp.
Leg 10 PQ #2665 Sitting 54 2003-11-11 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin

Malta-China Extradition Agreement

Question

Jista' il-Ministru jgħid fiex waslu t-taħdidiet li nifhem li kien hemm maċ-Ċina biex jintlaħaq Malta-China Extradition Agreement?

Response (BORG, JOE)

It-test ta' l-Extradition Agreement propost bejn Malta u ċ-Ċina għadu qed jiġi studjat min-naħa taċ-Ċina, u għalhekk sa issa għadhom ma sarux taħdidiet dwaru.
Leg 10 PQ #2666 Sitting 54 2003-11-11 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin

Ambaxxata Maltija f'Hague — Kuntatti ma' kumpanniji ta' insurance mediċi

Question

Jista' il-Ministru jikkonferma li saru kuntatti mill-Ambaxxata Maltija f'The Hague ma' diversi kumpanniji ta' insurance mediċi fin-Netherlands biex jikkonsidraw lil Malta bħala destinazzjoni għall-interventi mediċi? Kien hemm xi eżitu dwar dawn l-attentati?

Response (BORG, JOE)

L-Ambaxxata Maltija t'The Hague għamlet kuntatti ma' kumpanniji ta' l-assikurazzjoni mediċi fl-Olanda biex jikkonsidraw lil Malta bħala destinazjzoni għal interventi mediċi. L-eżitu ta' dawn it-tentattivi kien illi hemm xi intraprendituri privati Olandiżi illi qed ikollhom taħdidiet kemm mad-Dipartiment tas-Saħħa kif ukoll ma' sptar privat Malti sabiex jiġi studjat jekk il-proposta li pazjenti Olandiżi jiġu ikkurati f'Malta hijiex vijabbli.
Leg 10 PQ #2667 Sitting 54 2003-11-11 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin

Korp tal-pulizija — Courses offruti mill-Guardia Civilia Spanjola

Question

Jista' il-Ministru jikkonferma li il-Guardia Civilia Spanjola offriet diversi courses speċjalizzati lill-korp tal-pulizija Malti? Dawn se jsiru bl-Ispanjol jew le u jekk iva, kemm hemm pulizija eliġibbli li jafu bl-Ispanjol?

Response (BORG, JOE)

Fl-ambitu tal-kooperazzjoni teknika bejn Malta u Spanja, il-Guardia Civilia Spanjola reċentement offriet korsijiet speċjaliżżati bil-lingwa Spanjola intiżi għall-membri tal-Korp tal-Pulizija. Din l-offerta ma setgħetx tintlaqa' għax ma nstabux uffiċċjali fil-Korp li jafu l-lingwa Spanjola.
Leg 10 PQ #2668 Sitting 54 2003-11-11 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin

Integrated regional planning — Sehem ta' Malta bħala partner country

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'kienet ir-reazzjoni tan-naħa Maltija għall-proposta tal-Gvern ta' Iżrael biex Malta tieħu sehem bħala partner country fl-organizzazzjoni ta' kors internazzjonali dwar integrated regional planning kemm f'Iżrael kif ukoll fil-partner country?

Response (BORG, JOE)

F'Settembru li għadda, Aġenziji Iżraeljani ressqu l-proposta li Malta tkun pajjiż sieħeb fl-organiżżazzjoni ta' kors internazzjonali fuq 'Integrated Regional Planning'. Filwaqt li l-Ministeru ta' l-Affarijiet Rurali u l-Ambjent ma kienx f'pożizzjoni li jilqa' din il-proposta, il-Ministeru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura qed jikkonsidra jekk jaċċettahiex.
Leg 10 PQ #2591 Sitting 53 2003-11-10 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin

International criminal court

Question

Fid-dawl tad-dikjarazzjoni riċenti tas-sotto segretarju ta' l-istat Amerikan John Bolton dwar iċ-ċaħda ta' l-għajnuna lil dawk il-pajjiżi li jonqsu milli jiggarantixxu immunita liċ-ċittadini ta' l-Istati Uniti mill-prosekuzzjoni quddiem l-International Criminal Court permezz tal-hekk imsejħa article 98 - Exemption Agreement, jista' il-Ministru jgħid jekk sarux xi rappreżentazzjonijiet ġodda lill-Gvern Malti minn dak Amerikan u jekk le, kienx hemm xi żviluppi oħrajn marbutin ma' dan il-każ? Min-naħa l-oħra fid-dawl tal-pressjoni li allegatament saret mill-UE fuq l-acceding countries, jista' il-Ministru jgħid jekk sarux xi rappreżentazzjonijiet lill-Gvern Malti dwar dan il-każ mill-Kummissjoni Ewropea f'tali mod li tista' tinfluwenza id-deċiżjoni finali tal-Gvern Malti?

Response (BORG, JOE)

Ir-rapprezentazzjonijiet li saru mill-Gvern Amerikan lill-Gvern Malti rigwardanti l'hekk imsejjah Artiklu 98, jigifieri ftehim bejn iz-zewg Gvernijiet li jiggarantixxi immunita' lil cittadini Amerikani minn prosekuzzjoni quddiem il-Qorti Kriminali Internazzjonali, huma l-istess bhalma saru ma' Gvernijiet ohrajn madwar id-dinja sa nofs din is-sena, u ma saru ebda rapprezentazzjonijiet godda minn dakinhar u ma kien hemm l-ebda zviluppi ohra marbuta ma' dan il-kaz. F'din il-materja, il-Gvern Malti jaderixxi mal-linji gwida ta' l-Unjoni Ewropea, u ma hemm l-ebda htiega li ssir xi forma ta' pressjoni biex Malta tonora l-obbligi taghha internazzjonali f'dan ir-rigward.
Leg 10 PQ #2219 Sitting 50 2003-11-03 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin

Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin — Konsulenti/kumpanniji ta' konsulenza

Question

Jista' il-Ministru jagħti lista ta' konsulenti jew kumpanniji ta' konsulenza, lokali jew barranin, li l-ministeru tiegħu, inkluż il-korporazzjonijiet pubbliċi kollha li jaqgħu taħtu, għamel jew jagħmel użu minnhom mit-13 ta' April, 2003 sal-lum? Fiex kienu jikkonsistu s-servizzi li ngħataw f'kull każ u kemm kienu l-ħlasijiet? Jista' jgħid kemm għad baqa' ħlasijiet li jridu jsiru?

Response (BORG, JOE)

Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta' konsulenti li tista tgħid kważi kollha, l-Ministeru kien jagħmel użu mis-servizzi tagħhom sa minn qabel it-13 ta' April 2003 u għadu jagħmel użu mis-servizzi tagħhom anke mit-13 ta' April, 2003 sa' llum. Min ġie ngaġġat mit-13 ta' April, 2003 huwa indikat fl-istess lista. Is-servizzi li jagħtu dawn il-konsulenti huma 'ongoing' u l-onorarju s'issa jitħallas f'pagamenti indaqs darba fix-xahar.
Leg 10 PQ #2465 Sitting 50 2003-11-03 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin

Ministeru ta' l-affarijiet barranin — Ħaddiema bil-kuntratt

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema bil-kuntratt mal-ministeru tiegħu li ma jagħmlux parti mis-segretarjat tal-ministeru jiġifieri fid-dipartimenti, korporazzjonijiet u aġenziji li jaqgħu taħt id-dikasteru tiegħu? X'inhu x-xogħol tagħhom u x'tip ta' kuntratti definiti għandhom? Kif ġew magħżula għall-postijiet li qegħdin jokkupaw bħalissa? Kemm minnhom għandhom 'il fuq mill-eta' ta' l-irtirar?

Response (BORG, JOE)

Fil-preżent, fil-Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin, hemm 61 uffiċċjali bil-kuntrattt f'bosta livelli. Dawn huma mqassmin hekk: Grad Numru ta' Impjegati Tip ta' Kuntratt (Terminu) Ambaxxatur (Mhux Residenti) 14 Tliet Snin Ambaxxatur (Mhux Residenti) u Konsulent 3 Sena Ambaxxatur (Residenti) 14 Tliet Snin Ambaxxatur (Residenti) 1 Sena Konsulenti 4 Tliet Snin Konsulenti 4* Sena Konslu Ġenerali 1 Tliet Snin Konslu Ġenerali 1 Sena Media Officer 2 Tliet Snin Policy Officer 2 Tliet Snin Senior Policy Officer 4 Tliet Snin Research Analyst 2 Tliet Snin Administrative Assistant 1 Tliet Snin Support Officer 4 Tliet Snin Casual Substitute Clerk 3 Sena Casual Substitute Executive Officer 1 Sena * Wieħed minn dawn għandu kuntratt definit li għad irid jiġi ffirmat. Il-proċess ta' l-għażla ta' l-Ambaxxaturi u Konsli Ġenerali isir b'konsultazzjoni mal-Prim Ministru u l-ħatra tagħhom issir mill-President ta' Malta. Fil-każ ta' konsulenti dawn jiġu ngaġġati wara l-approvazzjoni ta' l-uffiċċju tal-Prim Ministru, fuq rakkomandazzjoni ta’ dan il-Ministeru. Fl-għażla tal-Media Officers, Policy Officers, Senior Policy Officers, Research Analysts, Administrative Assistant (MIC) u Support Officers (MIC) il-proċess huwa mmexxi mill-Kummissjoni għas-Servizz Pubbliku. Il-proċess ta' l-għażla tal-Casual Substitute Clerk u Casual Substitute Executive Officer kien immexxi mill-Ministeru, b'kollaborazzjoni mal-Korporazzjoni għall-Impjieg u Taħriġ. Dwar ix-xogħol li qed jagħmlu dawn il-ħaddiema, li huwa varju u relatat mal-kariga li qed jokkupaw, lest li nuri lill-Onorevoli Interpellant, il-kuntratti ta' dawn in-nies, li jindikaw ix-xogħol rekwiżit minnhom. In-numru ta' ħaddiema bil-kuntratt li għandhom 'il fuq mill-eta' ta' irtirar huwa 22.

Protokoll — Italja

Question

Fiex wasal il-proċess tar-ratifika tal-ħames protokoll ma' l-Italja? Meta għadda mis-senat Taljan kif kienet il-votazzjoni? Meta huwa maħsub li jgħaddi mill-Kamra tad-Deputati ta' l-Italja?

Response (BORG, JOE)

Il-ħames protokoll finanzjarju bħalissa għaddej mill-proċeduri parlamentari Taljani neċessarji għar-ratifika. Fit-22 ta' Ottubru, beda jiġi diskuss fil-Kummissjoni ta' l-Affarijiet Barranin tal-Kamra tad-Deputati. Il-Protokoll ġie approvat mis-Senat Taljan fit-2 ta' Ottubru. Il-votazzjoni b'turija ta' l-id kienet favorevoli b'maġġoranza assoluta. Sabiex jitressaq għall-vot fil-Kamra il-protokoll irid igħaddi mill-proċeduri stabbiliti li jieħdu ż-żmien tagħhom.
Leg 10 PQ #2279 Sitting 48 2003-10-28 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin

Taħdidiet mal-Libja dwar żvilupp tal-continental shelf

Question

Jista' il-Ministru jgħid meta mistennija jsiru t-taħdidiet mal-Libja dwar l-iżvilupp tal-continental shelf?

Response (BORG, JOE)

Il-Gvern Malti qed jikkunsidra l-possibiltajiet f'dan ir-rigward mal-Libja.